02021D0357 — MT — 26.02.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/357 tal-25 ta’ Jannar 2021 (ĠU L 069 26.2.2021, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/357
tal-25 ta’ Jannar 2021
li temenda d-Deċiżjoni 98/683/KE dwar kwistjonijiet tar-rata tal-kambju relattivi għall-frank CFA u għall-frank Comorjan
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 98/683/KE hija emendata kif ġej:
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Deċiżjoni tal-Kunsill 98/683/KE tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar kwistjonijiet tar-rata tal-kambju relattivi għall-muniti tal-UEMOA, tas-CEMAC u tal-Comoros”;
l-Artikoli 3 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 3
L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għandhom iżommu lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju informati fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinformaw lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma jsir tibdil fil-parità bejn l-euro u l-muniti tal-UEMOA, tas-CEMAC jew tal-Comoros.
Artikolu 4
Franza tista’ tinnegozja u tikkonkludi modifiki għall-ftehimiet preżenti, jew tissostitwihom, dment li n-natura jew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet ma jinbidlux. Hija għandha tinforma, minn qabel, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju b’tali modifiki.
Artikolu 5
Kwalunkwe pjan biex isir tibdil fin-natura jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet preżenti, kemm permezz tal-emendar jew permezz tas-sostituzzjoni tagħhom, għandu jiġi ppreżentat minn Franza lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Tali pjanijiet ikunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.