Official Journal L 052 , 21/02/1998 P. 0018 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 417/98 ta’ l-20 ta’ Frar 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għoti permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għall-butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7a(3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [4], ipprovda, sas-sospensjoni tiegħu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 19/98 [5], għall-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għall-butir ikkonċentrat prodott minn butir jew krema mis-suq u maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità; billi, sabiex ikun eleġibbli għall-għajnuna, il-fabbrikazzjoni tal-butir ikkonċntrat, iż-żieda ta’ tracers u l-ippakkjar għandhom isiru fi żmien 90 jum mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti; Billi l-iffissar ta’ l-għajnuna massima għall-180 sejħa għall-offerta, li d-data ta’ l-għeluq tagħha għas-sottomissjoni ta’ l-offerti kienet id-9 ta’ Diċembru 1997, ġie ttardjat; billi l-Istati Membri ġew notifikati biss dwar din id-Deċiżjoni fid-9 ta’ Jannar 1998; billi d-data ta’ l-għeluq għall-fabbrikazzjoni tal-butir ikkonċentrat ikkonċernat għandha għalhekk tiġi estiża sal-31 ta’ Marzu 1998; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u l-prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 429/90: "Madankollu, għall-kwantitajiet ta’ butir ikkonċentrat mogħtija taħt il-180 sejħa għall-offerta, li għaliha d-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti kien id-9 ta’ Diċembru 1997, il-limitu perentorju imsemmi fl-ewwel inċiż għandu jkun il-31 ta’ Marzu 1998." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [4] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27. [5] ĠU L 4, tat-8.1.1998, p. 39. --------------------------------------------------