|
8.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10040 — M Group Services/Skanska Infrastructure Services)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 6/12)
1.
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
In-negozju tas-servizzi tal-infrastruttura ta’ Skanska Construction UK Limited (Skanska Infrastructure Services, “SIS”, ir-Renju Unit), finalment proprjetà ta’ Skanska AB (“Skanska”, l-Isvezja) u kkontrollat minnha, |
|
— |
M Group Services Ltd (“M Group Services”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn PAI Partners SAS (“PAI”, Franza). |
M Group Services takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ SIS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SIS: servizzi ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura, kapaċitajiet ta’ disinn u inġinerija ċivili fis-setturi tal-awtostradi, tat-tidwil tat-toroq u tal-ferroviji fir-Renju Unit, |
|
— |
M Group Services: fornitur ta’ diversi tipi ta’ servizzi lill-utilitajiet regolati, is-setturi tat-telekomunikazzjoni u tat-trasport fir-Renju Unit, inklużi l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tan-network, il-metraġġ u s-servizzi tad-data relatati, u l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ toroq, ferroviji u infrastruttura oħra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10040 — M Group Services/Skanska Infrastructure Services
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).