|
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 82/2010
tat-2 ta’ Lulju 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/121/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li temenda, għall-finijiet tal-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u V tad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 4c (id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim:
“, kif emendat permezz ta’:
|
— |
32009 L 0121: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/121/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/121/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 10.
(2) ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.