|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1235 |
9.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1235
tat-8 ta’ Ġunju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 dwar miżura ta’ assistenza li tieħu l-forma ta’ programm ġenerali ta’ appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perjodu 2022-2024
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza li tieħu l-forma ta’ programm ġenerali ta’ appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perijodu 2022-2024 (il-“Miżura ta’ Assistenza”). |
|
(2) |
Fl-14 ta’ April 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà inkariga lill-Economat des Armées bl-implimentazzjoni ta’ parti minn azzjoni b’appoġġ għall-komponent militari tal-Missjoni ta’ Appoġġ u Stabbilizzazzjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja,li għandha tiġi ffinanzjata taħt il-Miżura ta’ Assistenza. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-lista ta’ entitajiet li jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ jew parzjalment azzjonijiet taħt il-Miżura ta’ Assistenza tinkludi lill-Economat des Armées. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Lista tal-ministeri, tad-dipartimenti tal-gvern, u ta’ korpi u aġenziji oħra tal-liġi pubblika tal-Istati Membri, u ta’ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jkunu ngħataw garanziji finanzjarji adegwati, li jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ jew parzjalment azzjonijiet taħt il-Miżura ta’ Assistenza (*1):
|
— |
Deutsche Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit |
|
— |
Expertise France |
|
— |
Défense Conseil International (DCI Group) |
|
— |
Economat des Armées |
Lista ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ li jistgħu jimplimentaw kompletament jew parzjalment azzjonijiet taħt il-Miżura ta’ Assistenza:
|
— |
COGINTA |
(*1) Din il-lista tirrelata biss mal-Miżura ta’ Assistenza stabbilita minn din id-Deċiżjoni, u ma tipprekludix il-possibbiltà li jiġu appuntati entitajiet oħra għal miżuri ta’ assistenza futuri, inkluż dawk li jieħdu l-forma ta’ programm ġenerali.”."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VAFEADES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/667 tal-21 ta’ April 2022 dwar miżura ta’ assistenza li tieħu l-forma ta’ programm ġenerali ta’ appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-perijodu 2022-2024 (ĠU L 121, 22.4.2022, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/667/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1235/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)