|
11.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1110/2008
ta’ l-10 ta’ Novembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK tipprevedi miżuri restrittivi supplementari dwar, fost l-oħrajn, il-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi, ir-restrizzjoni fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju pubbliku, partikolarment il-krediti, il-garanziji u l-assigurazzjonijiet għall-esportazzjoni, sabiex jiġi evitat kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari u l-ispezzjoni ta’ tagħbijiet lejn jew mill-Iran ta’ inġenji tal-arju u bastimenti ta’ proprjetà ta’, jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line minkejja li jeżistu raġunijiet biex wieħed jaħseb li tali inġenju tal-ajru jew bastiment ikun qiegħed iġorr oġġetti pprojbiti mill-Pożizzjoni Komuni msemmija. Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK tipprevedi wkoll il-projbizzjoni tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ ċerti artikoli, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari. |
|
(2) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK titlob ukoll lill-Istati Membri kollha biex jeżerċitaw viġilanza fir-rigward tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom mal-banek kollha b’domiċilju fl-Iran, kif ukoll mal-fergħat u s-sussidjarji tagħhom barra mill-pajjiż, sabiex ikun evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari. Għal dan l-għan, xi dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni msemmija jikkonċernaw id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (2). |
|
(3) |
Għandu jkun iċċarat li l-preżentazzjoni u t-tressiq tad-dokumenti meħtieġa lil bank għall-fini ta’ trasferiment finali lil persuna, entità jew korp li mhumiex imniżżla fil-lista, sabiex jingħata bidu għal ħlasijiet permessi skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (3), ma jikkostitwixxux it-tqegħid għad-disposizzjoni tal-fondi skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 impona ċerti miżuri restrittivi kontra l-Iran, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. Għaldaqstant, l-operaturi ekonomiċi huma esposti għar-riskju ta’ pretensjonijiet u għalhekk jeħtieġ li dawn jitħarsu b’mod permanenti kontra kull pretensjoni marbuta ma’ xi kuntratt jew transazzjoni oħra li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun milquta mill-miżuri imposti mir-Regolament imsemmi. |
|
(5) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja sabiex timplimentahom fil-Komunità. |
|
(6) |
Ir-referenza għall-Artikolu 5(1)(c) fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandha tinbidel biex titqies l-emenda introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 618/2007 tal-5 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4). |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(8) |
Biex jiġi ggarantit li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu jkun emendat kif ġej:
|
(a) |
Fl-Artikolu 1, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
|
(b) |
Fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(c) |
Fl-Artikolu 3 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Għall-esportazzjonijiet kollha li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, awtorizzazzjoni bħal din għandhd tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa stabbilit u f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha.” |
|
(d) |
L-Artikolu 4 għandu jkun issostitwit bit-test li ġej: “Huwa pprojbit li jinkisbu, jiġu importati jew ittrasportati mill-Iran l-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fl-Annessi I u IA, kemm jekk l-artikolu kkonċernat ikun joriġina fl-Iran, kif ukoll jekk le.” |
|
(e) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 4a Sabiex ma jsirx it-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġiji elenkati fl-Annessi I u IA, l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u l-bastimenti tal-merkanzija ta’ proprjetà jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line għandhom ikunu mitluba jippreżentaw informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq, għall-oġġetti kollha miġjuba fil-Komunità jew maħruġa barra mill-Komunità, lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-regoli dwar l-obbligu tal-forniment ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq, partikolarment il-limiti taż-żmien li għandhom ikunu rrispettati u d-data meħtieġa, għandhom ikunu stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ, kif ukoll id-dikjarazzjoni doganali fir-Regolament Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6). Barra minn hekk, Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiddikjaraw jekk il-merkanzija hija koperta mir-Regolament KE 1334/2000 jew dan ir-Regolament u, jekk il-merkanzija hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, jispeċifikaw id-dettalji tal-liċenzja mogħtija lilhom. Sat-30 ta’ Ġunju 2009, id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa skond kif speċifikat hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub, bl-użu ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, bil-kondizzjoni li din tkun tinkludi d-dettalji meħtieġa. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni għall-esportazzjoni, id-dettalji stabbiliti fl-Anness 30A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 mhumiex meħtieġa sat-30 ta’ Ġunju 2009. Mit-1 ta’ Lulju 2009, l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor ta’ dħul u ħruġ, skond il-każ. |
|
(f) |
L-Artikolu 5(1) għandu jkun issostitwit bit-test li ġej: “1. Għandu jiġi pprojbit:
|
|
(g) |
L-Artikolu 7(1) għandu jkun issostitwit bit-test li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’ proprjetà tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness IV, kif ukoll il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li dawn il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jipposjedu, iżommu jew jikkontrollaw, għandhom jiġu ffriżati. L-Anness IV għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi magħżula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skond il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1803 (2008) tiegħu.” |
|
(h) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 11a 1. L-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, fl-attivitajiet tagħhom mal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 2, u sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar ta’ armamenti nukleari:
2. Il-miżuri mħabbra fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu fl-attivitajiet tagħhom ma’:
Artikolu 11b 1. Il-fergħat u s-sussidjarji tal-Bank Saderat li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, kif indikat fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, bit-trasferimenti kollha ta’ fondi mwettqa jew irċevuti minnhom, bl-ismijiet tal-partijiet, bl-ammont u bid-data tat-transazzjoni, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li t-trasferimenti ta’ fondi msemmija jkunu saru jew irċevuti. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, id-dikjarazzjoni għandha tippreċiża n-natura tat-transazzjoni u, jekk ikun il-każ, in-natura tal-oġġetti li dwarhom tkun saret it-transazzjoni u b’mod partikolari tindika jekk dawn humiex oġġetti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jew minn dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal awtorizzazzjoni, jippreċiżaw in-numru tal-liċenzja mogħtija. 2. Soġġett għall-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, u skond dawn l-istess arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti notifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din l-informazzjoni, skond il-ħtiġiet, biex tiġi evitata kwalunkwe transazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar ta’ armamenti nukleari, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.” |
|
(i) |
L-Artikolu 12(2), għandu jkun issostitwit bit-test li ġej: “2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(d) u fl-Artikolu 7(3) m’għandhom jinvolvu, għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati, ebda tip ta’ responsabiltà, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu qed jiksru dawn il-projbizzjonijiet.” |
|
(j) |
Fl-Artikolu 12, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-iżvelar in bona fede, kif previst fl-Artikoli 11a u 11b, minn istituzzjoni jew persuna koperta minn dan ir-Regolament, jew minn impjegat jew direttur ta’ tali istituzzjoni jew persuna, tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11a u 11b m’għandha tinvolvi ebda tip ta’ responsabiltà għall-istituzzjoni jew persuna jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.” |
|
(k) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 12a 1. M’għandha tintlaqa’ ebda talba għal kumpens u lanqas ebda talba oħra ta’ dan it-tip, bħal talba għal kumpens jew talba fil-forma ta’ garanzija, partikolarment talba bil-għan li tinkiseb l-estensjoni jew il-ħlas ta’ garanzija jew ta’ kontro-garanzija partikolarment finanzjarja, tkun xi tkun il-forma, ippreżentata minn:
fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt jew operazzjoni li jkunu ġew eżegwiti, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, bil-miżuri imposti minn dan ir-regolament. 2. L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew transazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala affettwata mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament meta l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawn il-miżuri. 3. F’kull proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat il-fatt li l-ilqugħ tat-talba mhux projbit mill-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li tkun qed titlob l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni.” |
|
(l) |
Fl-Artikolu 15(1) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(m) |
It-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala Anness Ia. |
|
(n) |
L-Anness II għandu jkun issostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(o) |
L-Anness III għandu jkun issostitwit bit-test tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
|
(p) |
It-test tal-Anness IV għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala Anness VI. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(2) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
ANNESS I
"ANNESS Ia
"Oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a)(iii)"
NOTI TA’ INTRODUZZJONI
|
1. |
Sakemm ma jingħadx mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna hawn taħt bit-titlu "Deskrizzjoni" jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġiji b'użu doppju li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. |
|
2. |
Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna bit-titlu "Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007" ifisser li l-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-kolonna "Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tal-oġġett b'użu doppju li għalih qed issir referenza. |
|
3. |
Id-definizzjonijiet ta' termini bejn ‧virgoletti singoli‧ huma mogħtija f'Nota Teknika dwar l-oġġett ikkonċernat. |
|
4. |
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007. |
Noti Ġenerali
|
1. |
L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġett mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti huma l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.
|
|
2. |
L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jistgħu jkunu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati. |
Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)
(Li għandha tinqara flimkien mat-Taqsima IA.B.)
|
1. |
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-"teknoloġiji" li huma "meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IA.B. |
|
2. |
It-"teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti taħt projbizzjoni tibqa' pprojbita anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti. |
|
3. |
Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, għall-operazzjoni, għall-manutenzjoni (verifika) u għat-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
|
4. |
Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni "ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi. |
IA.A. OĠĠETTI
A0. Materjali, Faċilitajiet, u Apparat Nukleari
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||
|
IA.A0.001 |
Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej:
|
– |
||||||
|
IA.A0.005 |
Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej:
|
0A001 |
||||||
|
IA.A0.006 |
Sistemi ta' rilevazzjoni nukleari għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta' materjali radjuattivi u radjazzjoni ta' oriġini nukeari kif ukoll partijiet iddisinjati apposta għal dan, barra minn dawk speċifikati f'0A001.j jew f’1A004.c. |
0A001.j 1A004.c |
||||||
|
IA.A0.007 |
Valvi ssiġillati bil-minfaħ, magħmula minn lega tal-aluminju jew minn stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L. Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax valvi tal-minfaħ kif definiti f'0B001.c.6 u 2A226. |
0B001.c.6 2A226 |
||||||
|
IA.A0.012 |
Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (Ċelloli jaħarqu) |
0B006 |
||||||
|
IA.A0.013 |
"Uranju naturali" jew "uranju eżawrit" jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001. |
0C001 |
A1. Materjali, kimiċi, "mikroorganiżmi" u "tossini"
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||||
|
IA.A1.001 |
Solvent tal-aċtu fosforiku Bis(2-etilesile) (HDEHP jew D2HPA) CAS 298-07-7, tkun xi tkun il-kwantità, li jkollu purezza ta' aktar minn 90 %. |
– |
||||||||||||||
|
IA.A1.002 |
Fluor gazeux (no CAS: Gass tal-flworin (Numru Astratt Kimiku (CAS) 7782-41-4), b'purezza ta' aktar minn 95 % |
– |
||||||||||||||
|
IA.A1.005 |
Ċelloli elettrolitiċi għal produzzjoni ta' fluworin b'kapaċità tal-produzzjoni ikbar minn 100 g ta' fluworin fis-siegħa. Note: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax ċelloli elettrolitiċi kif definiti fl-oġġett 1B225 |
1B225 |
||||||||||||||
|
IA.A1.008 |
Metalli manjetiċi ta' kull tip u ta' kull forma, li jkollhom permeabbiltà inizjali relattiva ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0.05 u 0.1 mm. |
1C003.a |
||||||||||||||
|
IA.A1.009 |
"Materjali fibbrili jew filamentari" jew preimprenjati, kif ġej:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax materjali fibrużi jew filamentari kif definiti fl-oġġetti 1C010.a, 1C010.b, 1C210.a u 1C210.b. |
1C010.a 1C010.b 1C210.a 1C210.b |
||||||||||||||
|
IA.A1.010 |
Fibri imprenjati bir-reżina jew miż-żift/qatran (preimprenjat), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (materja prima) jew "materja prima tal-fibri tal-karbonju", bħalma ġej:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax materjali fibrużi jew filamentari kif definiti fl-oġġett 1C010.e. |
1C010.e. 1C210 |
||||||||||||||
|
IA.A1.011 |
Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'"missili", barra minn dawk speċifikati f'1C107. |
1C107 |
||||||||||||||
|
IA.A1.012 |
Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f'1C116 jew 1C216, ‧kapaċi għal‧ reżistenza massima għat-tensjoni ta' 2 050 MPa jew iktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C). Nota teknika: Il-frażi ‧azzar maraging kapaċi għal‧ tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana. |
1C216 |
||||||||||||||
|
IA.A1.013 |
Tangstinn, tantalum, karbajd tat-tangstinn, karbajd tat-tantalum u liegi, li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax it-tangstinn, il-karbajd tat-tangstinn u liegi ddefiniti fl-oġġett 1C226 |
1C226 |
A2. L-Ipproċessar tal-Materjali
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||||
|
IA.A2.001 |
Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116:
Nota teknika: ‧mejda vojta‧ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal. |
2B116 |
||||||||||||||
|
IA.A2.004 |
Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:
Nota teknika: Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta' operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip prinċipali/sekondarju (master/slave) jew imħaddma b'joystick jew tastiera. |
2B225 |
||||||||||||||
|
IA.A2.011 |
Separaturi ċentrifugi, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' erosols, u magħmula minn:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax separaturi ċentrifugi kif definiti fl-oġġett 2B352.c. |
2B352.c |
||||||||||||||
|
IA.A2.012 |
Filtri tal-metall miksija bil-ġir tan-nikil jew lega tan-nikil, b'ammont ta' 40 % tan-nikil bil-piż. Note: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax filtri kif definiti fl-oġġett 2B352.d. |
2B352.d |
A3. Elettronika
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||||||
|
IA.A3.001 |
Provvisti ta' enerġija ta' vultaġġ għoli b'kurrent dirett li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax provvisti ta' enerġija f'0B001.j.5 u 3A227. |
3A227 |
||||||||||||||||
|
IA.A3.002 |
Spettrometri tal-massa, barra dawk indikati f'3A233 jew 0B002.g, li kapaċi jkejlu joni ta' 200 unità ta' massa atomika jew akbar u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2 partijiet f’200 kif ġejjin, u sorsi ta' jone għal dan l-iskop:
|
3A233 |
A6. Sensuri u lasers
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||
|
IA.A6.001 |
Vireg ta' granat tal-ittriju aluminju (YAG) |
– |
||||||||||||
|
IA.A6.003 |
Sistemi ta' korretturi tal-front tal-mewġ biex jintużaw b'faxx tal-laser b'dijametru ta' aktar minn 4 mm u l-komponenti magħmula speċifikament għalihom, inkluż is-sistemi ta' kontroll, sensuri ta' front tal-fażi u "mirja diformabbli", inkuż mirja bimorfi. Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar mirja definiti f'6A004.a, 6A005.e u 6A005.f. |
6A003 |
||||||||||||
|
IA.A6.004 |
"Lasers" tal-argon jonizzat li għandhom qawwa ta’ ħruġ ugwali għal 5 W, jew aktar. Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar "lasers" tal-argon jonizzat kif definiti f'0B001.g.5, 6A005 u 6A205.a. |
6A005.a.6 6A205.a |
||||||||||||
|
IA.A6.006 |
"Lasers" b'semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta' "lasers" b'semikondutturi sintonizzabbli, ta' tul ta' mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta' armaturi ta' "lasers" b'semikondutturi li fihom mill-anqas armatura "laser" waħda b'semikondutturi sintonizzabbli ta' dak it-tul ta' mewġ. Noti:
|
6A005.b |
||||||||||||
|
IA.A6.008 |
"Lasers" (għajr dawk tal-ħġieġ) drogati bin-neodimju, li jipproduċu tul tal-mewġ ogħla minn 1 000 nm iżda mhux ogħla minn 1 100 nm, u jipproduċu qawwa tal-ħruġ ogħla minn 10 J kull impuls. Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar "lasers" (għajr dawk tal-ħġieġ) drogati bin-neodimju kif definiti f'6A005.c.2.b. |
6A005.c.2 |
||||||||||||
|
IA.A6.010 |
Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, minbarra dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 × 103 Gy (silikon) [5 × 106 rad (silikon)] mingħajr ma jinbidlilhom il-funzjonament. Nota teknika: It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules kull kilogramm li tiġi assorbita minn kampjun ta' silikon mhux mgħotti meta dan ikun espost għal radjazzjoni jonizzanti. |
6A203.c |
||||||||||||
|
IA.A6.011 |
Amplifikaturi u oxxillaturi laser b'koloranti bl-impulsi sintonizzabbli, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Noti:
|
6A205.c |
||||||||||||
|
IA.A6.012 |
"Lasers" bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: Din l-annotazzjoni mhix dwar amplifikaturi u oxxillaturi laser bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju kif definiti f'6A205.d., 0B001.h.6. u 6A005.d. |
6A205.d |
IA.B. TEKNOLOĠIJI
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
|
IA.B.001 |
Teknoloġiji meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-prodotti tal-Parti IA.A. (Oġġetti), hawn fuq. |
–" |
ANNESS II
"ANNESS II
Oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 3
NOTI TA’ INTRODUZZJONI
|
1. |
Sakemm ma jingħadx mod ieħor, in-numri ta' referenza użati fil-kolonna hawn taħt bit-titlu "Deskrizzjoni" jirreferu għad-deskrizzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. |
|
2. |
Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna bit-titlu "Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007" ifisser li l-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-kolonna "Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tal-oġġett b'użu doppju li għalih qed issir referenza. |
|
3. |
Id-definizzjonijiet ta' termini bejn ‧virgoletti singoli‧ huma mogħtija f'Nota Teknika dwar l-oġġett konċernat. |
|
4. |
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007. |
Noti Ġenerali
|
1. |
L-għanijiet tal-kontrolli inklużi f'dan l-Anness m'għandhomx jingħelbu bl-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inkluż impjanti) li fihom wieħed jew aktar mill-komponenti kkontrollati meta l-komponent jew komponenti kontrollati jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jistgħu fil-prattika jitneħħew u jintużaw għal għanijiet oħra.
|
|
2. |
L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jistgħu jkunu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati. |
Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)
(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima II.B)
|
1. |
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-"teknoloġiji" li huma "meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B. |
|
2. |
It-"teknoloġija"“meħtieġa” għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti kkontrollati tibqa' kkontrollata anki meta din tapplika għal oġġetti mhux ikkontrollati. |
|
3. |
Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni (verifika) u għat-tiswija tal-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
|
4. |
Il-kontrolli fuq trasferiment ta' "teknoloġija"ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet għal privattivi. |
II.A. OĠĠETTI
A0. Materjali, Faċilitajiet u Tagħmir Nukleari
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||
|
II.A0.002 |
Iżolaturi Faraday fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm. |
– |
||||
|
II.A0.003 |
Retikoli ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm. |
– |
||||
|
II.A0.004 |
Fibri ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm miksija b'saffi mhux riflettenti fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm u b'dijametru ċentrali akbar minn 0,4 mm iżda mhux akbar minn 2 mm. |
– |
||||
|
II.A0.008 |
Mirja ċatti, konvessi u konkavi, miksija b'saffi multipli li jirriflettu ħafna jew kontrollati, fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm. |
0B001.g.5 |
||||
|
II.A0.009 |
Lentijiet, polarizzaturi, pjanċi ritardanti ta' nofs mewġa, pjanċi ritardanti ta' kwart ta' mewġa, twieqi tal-laser tas-silikon jew kwarz u rotaturi, miksija b'saffi mhux riflettenti fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm |
0B001.g |
||||
|
II.A0.010 |
Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmulin minn jew miksija b'nikil jew b'liega tan-nikil, b'aktar minn 40 % nikil fil-piż, minbarra minn dawk speċifikati fi 2B350.h.1. |
2B350 |
||||
|
II.A0.011 |
Pompi tal-vakum minbarra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej:
Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi tal-vakum, tax-xott, f'forma ta' spiral bil-minfaħ. |
0B002.f.2 2B231 |
A1. Materjali, sustanzi kimiċi, "mikroorganiżmi" u "tossini"
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||
|
II.A1.003 |
Siġilli u gaskits magħmula minn wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
|
||||||||||||
|
II.A1.004 |
Tagħmir għal użu personali għar-rilevament ta' radjazzjoni ta' oriġini nukleari, inklużi dożimetri personali. Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar sistemi ta' rilevament nukleari definiti f'1A004.c. |
1A004.c |
||||||||||||
|
II.A1.006 |
Katalizzaturi platinati, minbarra dawk speċifikati f'1A225, iddisinjati apposta jew ippreparati biex jipprovokaw ir-reazzjoni ta' skambju tal-isotopi tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil jew ta' sostituti għalih. |
1B231, 1A225 |
||||||||||||
|
II.A1.007 |
Aluminju u l-liegi tiegħu, minbarra dawk speċifikati f'1C002.b.4 jew 1C202.a, f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b'xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
1C002.b.4 1C202.a |
A2. Ipproċessar tal-materjali
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.002 |
Magni tal-għodda għad-dħin, ta' preċizjoni ta' ppożizzjonar bil-"kumpens kollu disponibbli" ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm tul kwalunkwe wieħed mill-assi lineari skont ISO 230/2 (1988) (1) jew l-ekwivalenti nazzjonali. Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar magni tal-għodod tad-dħin definiti fi 2B201.b u 2B001.c. |
2B201.b 2B001.c |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.002a |
Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati fi 2B001, 2B201 jew II.A2.002 hawn fuq. |
|
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.003 |
Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:
Nota teknika: Xi drabi l-irjus indikaturi huma magħrufa bħala strumentazzjoni tal-bilanċ. |
2B119 |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.005 |
Fran għat-trattament bis-sħana f'atmosfera kkontrollata, kif ġej: fran kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C |
2B226, 2B227 |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.006 |
Fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C. |
2B226, 2B227 |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.007 |
"Trasdutturi tal-pressjoni", minbarra dawk definiti fi 2B230, kapaċi jkejlu pressjoni assoluta f'kull punt fl-iskala 0 sa 200 kPa, u li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Nota teknika: Għall-iskop ta' 2B230, il-‧preċiżjoni‧ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà fit-temperatura ambjentali. |
2B230 |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.008 |
Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati u kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-kollezzjoni ta' likwidu mfassla għal assorbiment bħal dawn, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i huma magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:
Nota teknika: Il-‧karbonju grafit‧ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż. |
2B350.e |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.009 |
Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d, kif ġej: tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana b'medda ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, pjanċi, serpentini jew blokki ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i huma magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:
Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar radjaturi tal-vetturi. |
2B350.d |
||||||||||||||||||||||
|
II.A2.010 |
Pompi b'siġill multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, tajbin għall-fluwidi korrożivi, b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 0,6 m3/h, jew pompi tal-vakum b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 5 m3/h [f'kondizzjonijiet standard ta' temperatura (273 K, jew 0 °C) u pressjoni (101,3 kPa)]; u kaxex (korpi ta' pompi), kisi tal-kaxex preformati, impellers, skrejjen jew żennuni tal-ġett iddisinjati għal dawn il-pompi, fejn l-uċuħ li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanzi kimiċi li qed jiġu proċessati huma magħmula minn xi materjal minn dawn li ġejjin:
|
|
A6. Sensuri u lasers
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||
|
II.A6.002 |
Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta' mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm, u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe). Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar il-kameras u l-komponenti definiti f'6A003. |
6A003 |
||||||||||
|
II.A6.005 |
"Lasers" b'semikondutturi u l-komponenti tagħhom, kif ġej:
Noti:
|
6A005.b |
||||||||||
|
II.A6.007 |
"Lasers""sinkronizzabbli" fl-istat solidu, kif ġej, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:
Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar il-lasers biż-żafir-titanju u bl-alessandrite definiti f'0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.c.1. |
6A005.c.1 |
||||||||||
|
II.A6.009 |
Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:
|
6A203.b.4.c |
A7. Navigazzjoni u Avjonika
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
II.A7.001 |
Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:
|
7A003, 7A103 |
II.B. TEKNOLOĠIJI
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007 |
|
II.B.001 |
Teknoloġiji meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-prodotti fil-Parti II.A. (Oġġetti) hawn fuq." |
|
ANNESS III
“ANNESS III
Is-siti fuq l-internet li fihom informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(4) u (5), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 5(3), l-Artikoli 6, 8 u 9, l-Artikolu 10(1) u (2), l-Artikoli 11a u 11b, l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 17, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
IRLANDA
http://foreign-affairs.net/home/index.aspx?id=28519
GREĊJA
http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt
LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
OLANDA
http://www.minbuza.nl/sancties
AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
POLONJA
http://www.msz.gov.pl
PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3
SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
SVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
DĠ Relazzjonijiet Esterni |
|
Direttorat A - Pjattaforma ta' kriżijiet – Koordinazzjoni politika fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) |
|
Unità A.2. Ġestjoni ta' kriżijiet u konsolidazzjoni tal-paċi |
|
CHAR 12/106 |
|
B-1049 Bruxelles/Brussel (Belġju) |
|
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu |
|
Tel.: (32-2) 295 55 85 |
|
Fax: (32-2) 299 08 73” |
ANNESS IV
“ANNESS VI
Lista tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 11a(2)
Fergħat u sussidjarji, meta jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran, kif previsti fl-Artikolu 11 a(2)(b) (1)
1. BANK MELLI IRAN *
Franza
|
43, Avenue Montaigne, 75008 Paris |
|
Kodiċi BIC: MELIFRPP |
Ġermanja
|
Holzbrücke 2, D-20459, Hamburg |
|
Kodiċi BIC: MELIDEHH |
Renju Unit
|
Melli Bank Plc |
|
One London Wall, 11th Floor, London EC2Y 5EA |
|
Kodiċi BIC: MELIGB2L |
2. BANK SEPAH *
Franza
|
64 rue de Miromesnil, 75008 Paris |
|
Kodiċi BIC: SEPBFRPP |
Ġermanja
|
Hafenstraße 54, D-60327 Frankfurt am Main |
|
Kodiċi BIC: SEPBDEFF |
Italja
|
Via Barberini 50, 00187 Rome |
|
Kodiċi BIC: SEPBITR1 |
Renju Unit
|
Bank Sepah International plc |
|
5/7 Eastcheap, London EC3M 1JT |
|
Kodiċi BIC: SEPBGB2L |
3. BANK SADERAT IRAN
Franza
|
Bank Saderat Iran |
|
16 Rue de la Paix, 75002 Paris |
|
Kodiċi BIC: BSIRFRPP |
|
TELEX: 220287 SADER A / SADER B |
Ġermanja
|
Hamburg Branch |
|
Box 112227, Deichstraße11, D-20459 Hamburg |
|
Kodiċi BIC: BSIRDEHH |
|
TELEX: 215175 SADBK D |
|
Frankfurt Branch |
|
Box 160151, Friedensstraße 4, D-60311 Frankfurt am Main |
|
Kodiċi BIC: BSIRDEFF |
Greċja
|
Athens Branch |
|
Box 4308, 25-29 Venizelou St, GR 105 64 Athens |
|
Kodiċi BIC: BSIRGRAA |
|
TX: 218385 SABK GR |
Renju Unit
|
Bank Saderat plc |
|
5 Lothbury, London EC2R 7HD |
|
Kodiċi BIC: BSPLGB2L |
|
TX: 883382 SADER G |
4. BANK TEJARAT
Franza
|
Bank Tejarat |
|
124-126 Rue de Provence, 75008 Pariġi |
|
Kodiċi BIC: BTEJFRPP |
|
TELEX: 281972 F, 281973 F BKTEJ |
5. PERSIA INTERNATIONAL BANK plc
Renju Unit
|
Uffiċċju Prinċipali u Fergħa Ewlenrja |
|
6 Lothbury, London, EC2R 7HH |
|
Kodiċi BIC: PIBPGB2L |
|
TX: 885426 |
Fergħat u sussidjarji, meta ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran, u istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu mhux domiċiljati fl-Iran u li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18, iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran, kif previsti fl-Artikolu 11a(2)(c) u (d) (2)
1. BANK MELLI *
Ażerbajġan
|
Fergħa: Bank Melli Iran Baku |
|
Nobel Ave. 14, Baku |
|
Kodiċi BIC: MELIAZ22 |
Iraq
|
No 111–27 Alley 929 – District – Arasat Street, Baghdad |
|
Kodiċi BIC: MELIIQBA |
Oman
|
Oman Muscat Branch |
|
P.O. Box 5643, Mossa Abdul Rehman Hassan Building, 238 Al Burj St., Ruwi, Muscat, Oman 8 |
|
P.O. Box 2643 PC 112 |
|
Kodiċi BIC: MELIOMR |
Ċina
|
Melli Bank HK (branch of Melli Bank PLC) |
|
Unit 1703-04, Hong Kong Club Building, 3A Chater Road, Central Hong Kong |
|
Kodiċi BIC: MELIHKHH |
Eġittu
|
Representative Office |
|
P.O. Box 2654, First Floor, Flat No 1, Al Sad el Aaly Dokhi |
|
Tel.: 2700605 / Fax: 92633 |
Emirati Għarab Magħquda
|
Regional Office |
|
P.O. Box: 1894, Dubai |
|
Kodiċi BIC: MELIAEAD |
|
Abu Dhabi Branch |
|
Post Box no. 2656, Hamdan Street |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADADH |
|
Al Ain Branch |
|
Post Box no. 1888, Clock Tower, Industrial Road |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADALN |
|
Bur Dubai Branch |
|
Indirizz: Post Box no. 3093, Khalid Bin Waleed Street |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADBR2 |
|
Dubai Main Branch |
|
Post Box no. 1894, Beniyas Street |
|
Kodiċi BIC: MELIAEAD |
|
Fujairah Branch |
|
Post Box no. 248, Al Marash R/A, Hamad Bin Abdullah Street |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADFUJ |
|
Ras al-Khaimah Branch |
|
Post Box no. 5270, Oman Street, Al Nakheel |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADRAK |
|
Sharjah Branch |
|
Post Box no. 459, Al Burj Street |
|
Kodiċi BIC: MELIAEADSHJ |
Federazzjoni Russa
|
no 9/1 ul. Mashkova, 103064 Moscow |
|
Kodiċi BIC: MELIRUMM |
Ġappun
|
Representative Office |
|
333 New Tokyo Bldg, 3-1 Marunouchi, 3 Chome, Chiyoda-ku |
|
Tel.: 332162631. Fax (3)32162638. Telex: J296687 |
2. BANK MELLAT
Korea t'Isfel
|
Bank Mellat Seoul Branch |
|
Keumkang Tower 13/14th Floor, Tehran Road 889-13, Daechi-dong Gangnam-Ku, 135-280, Seoul |
|
Kodiċi BIC: BKMTKRSE |
|
TX: K36019 MELLAT |
Turkija
|
Istanbul Branch |
|
1, Binbircicek Sokak, Buyukdere Caddessi Levent-Istanbul |
|
Kodiċi BIC: BKMTTRIS |
|
TX: 26023 MELT TR |
|
Ankara Branch |
|
Ziya Gokalp Bulvari No:12 06425 Kizilay-Ankara |
|
Kodiċi BIC: BKMTTRIS100 |
|
TX: 46915 BMEL TR |
|
Izmir Branch |
|
Cumhuriyet Bulvari No:88/A P.K 71035210 Konak-Izmir |
|
Kodiċi BIC: BKMTTRIS 200 |
|
TX: 53053 BMIZ TR |
Armenja
|
Yerevan Branch |
|
6 Amiryan Str. P.O. Box: 375010 P/H 24 Yerevan |
|
Kodiċi BIC: BKMTAM 22 |
|
TLX: 243303 MLTAR AM 243110 BMTRAM |
3. PERSIA INTERNATIONAL BANK plc
Emirati Għarab Magħquda
|
Dubai Branch |
|
The Gate Building, 4th Floor, P.O. Box 119871, Dubai |
|
Kodiċi BIC: PIBPAEAD |
4. BANK SADERAT IRAN
Libanu
|
Regional Office |
|
Mar Elias – Mteco Center, P.O. Box 5126, Beirut |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
|
Beirut Main Branch |
|
Verdun Street – Alrose Building |
|
Box 5126 Beirut / P.O. Box 6717 Hamra |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
|
TELEX: 48602 – 20738, 21205 – SADBNK |
|
Algobeiri Branch |
|
No 3528, Alghobeiry BLVD, Jawhara BLDG Abdallah El Hajje Str., Gobeiri BLVD, Algobeiri |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
|
Baalbak Branch |
|
NO. 3418, Ras Elein Str., Baalbak |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
|
Borj al Barajneh Branch |
|
No 4280, Al Holam BLDG, Al Kafaat Cross, Al Maamoura Str., Sahat Mreyjeh, 1st Floor |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
|
Saida Branch |
|
No 4338, Saida – Riad Elsoleh BLVD, Ali Ahmad BLG |
|
Kodiċi BIC: BSIRLBBE |
Oman
|
BLDG 606, Way 4543, 145 Complex, Ruwi High Street, Ruwi, P.O. Box 1269, Muscat |
|
Kodiċi BIC: BSIROMR |
|
TLX: 3146 |
Qatar
|
Doha Branch |
|
NO. 2623, Grand Hamad Ave., P.O. Box 2256, Doha |
|
Kodiċi BIC: BSIR QA QA |
|
TELEX: 4225 |
Turkmenistan
|
Bank Saderat Iran Ashkhabad Branch |
|
Makhtoomgholi Ave., no 181, Ashkhabad |
|
TELEX: 1161134-86278 |
Emirati Għarab Magħquda
|
Regional Office Dubai |
|
Al Maktoum Road, P.O. Box 4182 Deira, Dubai |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD / BSIRAEADDLR / BSIRAEADLCD |
|
TX: 45456 SADERBANK |
|
Murxid Bazar Branch |
|
Murxid Bazar P.O. Box 4182 |
|
Deira, Dubai |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
|
Bur Dubai Branch |
|
Al Fahidi Road |
|
Box 4182 Dubai |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
|
Ajman Branch |
|
No 2900 Liwara Street, P.O. Box 16, Ajman, Dubai |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
|
Shaykh Zayed Road Branch |
|
Shaykh Road, Dubai |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
|
Abu Dhabi Branch |
|
No 2690 Hamdan Street, P.O. Box 2656, Abu Dhabi |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 22263 |
|
Al Ein Branch |
|
No 1741, Al Am Road, P.O. Box 1140, Al Ein, Abu Dhabi |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
|
Sharjah Branch |
|
No 2776 Alaroda Road, P.O. Box 316, Sharjah |
|
Kodiċi BIC: BSIRAEAD |
|
TELEX: 45456 SADERBANK |
Baħreïn
|
Baħreïn Branch |
|
106 Government Road; Box 825 Block no 316; Entrance no 3; Manama Center; Manama |
|
TELEX: 8363 SADER BANK |
|
OBU |
|
P.O. Box 825 - Manama |
|
Telex: 8688 SADER BANK |
Użbekistan
|
Bank Saderat Iran Tashkent |
|
10, Tchekhov Street, Mirabad District, 100060 Tashkent |
|
Kodiċi BIC: BSIRUZ21 |
|
TELEX: 116134 BSITA UZ |
5. TEJARAT BANK
Taġikistan
|
No 70, Rudaki Ave., Dushanbe |
|
P.O. Box: 734001 |
|
Kodiċi BIC: BTEJTJ22XXX |
|
TX: 201135 BTDIR TJ |
Ċina
|
Representative Office China |
|
Office C208, Beijing Lufthansa Center, no 50 Liangmaqiao Road, Chaoyang District, Pekin 100016 |
6. ARIAN BANK (magħruf ukoll bl-isem ta' Aryan Bank)
Afganistan
|
Head Office |
|
House no 2, Street no 13, Wazir Akbar Khan, Kabul |
|
Kodiċi BIC: AFABAFKA |
|
Harat Branch |
|
No 14301(2), Business Room Building, Banke Khoon Road, Harat |
|
Kodiċi BIC: AFABAFKA |
7. FUTURE BANK
Baħreïn
|
Future Bank |
|
Box 785, Government Avenue 304, Manama |
|
Shop 57, Block no 624 Shaikh Jaber Al Ahmed Al Sabah Avenue-Road no 4203, Sitra |
|
Kodiċi BIC: FUBBBHBM / FUBBBHBMOBU / FUBBBHBMXXX / FUBBBHBMSIT |
8. BANCO INTERNACIONAL DE DESARROLLO, SA
Venezwela
|
Banco Internacional de Desarrollo, Banco Universal |
|
Avenida Francisco de Miranda, Torre Dosza, Piso 8, El Rosal, Chacao, Caracas |
|
Kodiċi BIC: IDUNVECAXXX” |
(1) L-entitajiet immarkati b'* ukoll huma soġġetti għall-iffriżar tal-beni skont l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.
(2) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.