<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑416/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0416</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:574">EU:C:2017:574</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170720">20.7.2017</DATE> – KAWŻA C-416/16</P><P>PISCARRETA RICARDO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/23</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(d)</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-416/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (qorti distrettwali ta’ Faro, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160727">27 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Luís Manuel Piscarreta Ricardo</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Portimão Urbis SA, fi stralċ,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Município de Portimão,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão SA</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal L. M. Piscarreta Ricardo, minn M. Ramirez Fernandes, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão SA, minn R. Rosa, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo kif ukoll minn S. Feio, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(b) u tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Luís Manuel Piscarreta Ricardo, minn naħa, u l-impriża muniċipali Portimão Urbis SA, fi stralċ (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Portimão Urbis<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), il-Município de Portimão (muniċipalità ta’ Portimão, il-Portugall) u l-impriża muniċipali Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Emarp<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), min-naħa l-oħra, dwar il-legalità tat-tkeċċija ta’ L. M. Piscarreta Ricardo.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 tikkostitwixxi kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>). (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva 77/187<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 8 tad-Direttiva 2001/23 jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(3)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjega, b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Il-konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u trasparenza legali kienu jeħtieġu li l-kunċett legali ta’ trasferiment għandu jiġi ċċarat fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din il-kjarifika ma biddlitx il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [77/187] skond kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk jaħdmu bi skop ta’ lukru kemm jekk le. Ir-riorganizzazzjoni amministrattiva ta’ l-awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, mhijiex trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(d) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>impjegat [il-ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kull persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg.</ALINEA><ALINEA><P>Madanakollu, l-Istati Membri m’għandhomx jeskludu mill-iskop ta’ din id-Direttiva kuntratti ta’ mpjieg jew relazzjonijiet ta’ mpjieg biss minħabba:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li huma relazzjonijiet ta’ mpjieg irregolati minn kuntratt ta’ mpjieg fiss fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-<DATE ISO="19910625">25 ta’ Ġunju 1991</DATE> li jissupplimentaw il-miżuri biex jiġi nkoraġġit titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol li għandhom relazzjoni tax-xogħol għal perjodu fiss jew relazzjoni ta’ xogħol temporanja [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 206, p. 19</REF.DOC.OJ>)] […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ewwel subparagrafu ma japplikax għal ċerti kategoriji speċifiċi ta’ mpjegati li mhumiex koperti mil-liġijiet jew mill-prattika ta’ l-Istati Membri għar-rigward ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol jintemmu minħabba li t-trasferiment jinvolvi bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment ta’ l-impjegat, min jimpjega għandu jitqies bħala responsabbli għat-tmiem tal-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni ta’ l-impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, hija, essenzjalment, identika għal dik tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/187.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 285 tal-Código do Trabalho (kodiċi tax-xogħol) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="285.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ trasferiment, taħt kwalunkwe titolu, tal-proprjetà ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju li jikkostitwixxi entità ekonomika, għandhom jiġu ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment id-drittijiet u l-obbligi tal-persuna li timpjega fil-kuntest tal-kuntratti ta’ xogħol tal-ħaddiema kkonċernati, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-ħlas tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tad-dritt industrijali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li twettaq trasferiment hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-obbligi dovuti fid-data tat-trasferiment, matul is-sena ta’ wara din.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti japplikaw ukoll għat-trasferiment, għaċ-ċessjoni jew għat-twettiq mill-ġdid tal-ġestjoni diretta tal-attività tal-impriża, tan-negozju jew tal-entità ekonomika, u, fil-każ ta’ ċessjoni jew twettiq mill-ġdid tal-ġestjoni diretta tal-attività, hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> il-persuna li kienet tmexxi l-operat preċedentement.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti ma humiex applikabbli fil-każ tal-ħaddiem li, qabel it-trasferiment, ġie ttrasferit mill-persuna li twettaq trasferiment għal negozju ieħor jew għal entità ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 194, filwaqt li jibqa’ impjegat magħha, bl-eċċezzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-persuna li lilha jsir trasferiment fil-qasam ta’ ħlas tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tad-dritt industrijali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Hija kkunsidrata bħala entità ekonomika l-mezzi organizzati kollha bl-għan li titwettaq attività ekonomika, prinċipali jew aċċessorja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ksur tar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 iktar ’il fuq u fl-ewwel parti tal-paragrafu 3 jikkostitwixxi ksur gravi ħafna.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 295 tal-kodiċi tax-xogħol, dwar l-effetti tat-tnaqqis jew tas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="295.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Matul it-tnaqqis jew is-sospensjoni [tal-kuntratt ta’ xogħol], id-drittijiet, l-obbligi u l-garanziji tal-partijiet li ma humiex obbligati li effettivament jaħdmu għandhom jinżammu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="295.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tat-tnaqqis jew tas-sospensjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-anzjanità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="295.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis jew is-sospensjoni ma għandhiex taffettwa t-tul tal-kuntratt u ma timpedixxix lill-partijiet milli jirrexxindu l-kuntratt skont ir-regoli ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="295.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-perijodu ta’ tnaqqis jew ta’ sospensjoni tal-kuntratt jispiċċa, id-drittijiet, l-obbligi u l-garanziji tal-partijiet li jirriżultaw minn xogħol effettiv għandhom jiġu stabbiliti mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="295.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatt li l-persuna li timpjega timpedixxi lill-ħaddiem milli jerġa’ jibda jaħdem fi tmiem l-perijodu ta’ tnaqqis jew ta’ sospensjoni jikkostitwixxi ksur serju.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 317(4) tal-kodiċi tax-xogħol:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-leave jwassal għas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, bl-effetti previsti fl-Artikolu 295.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-Lei n.° 50/2012 aprova o regime jurídico da actividade empresarial local e das participações locais e revoga as Leis n.<HT TYPE="SUP">os</HT> 53-F/2006, de 29 de dezembro, e 55/2011, de 15 de novembro (Liġi Nru°50/2012 dwar ir-regolamentazzjoni tan-negozji lokali u tal-entitajiet lokali, li tħassar il-Liġijiet Nri 53-F/2006, tad-29 ta’ Diċembru, u 55/2001, tal-15 ta’ Novembru), tal-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, l-ewwel Serje, Nru 169, tal-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>RJAEL<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), dwar ix-xoljiment tal-impriżi lokali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 35 tal-kodiċi dwar il-kumpanniji kummerċjali, l-impriżi lokali għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjoni ta’ xoljiment, fi żmien sitt xhur, jekk tkun teżisti waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="062.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-paragrafu li ġej, is-sistema tal-kuntratt ta’ xogħol tapplika għall-persuni li effettivament jeżerċitaw funzjonijiet fl-impriżi lokali li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, u li ma jaqgħux taħt strumenti tal-mobbiltà previsti mill-Liġi Nru l2-A/2008 tas-<DATE ISO="20080227">27 ta’ Frar 2008</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-impriżi lokali fil-proċess ta’ stralċ jistgħu jittrasferixxu lill-entitajiet pubbliċi parteċipanti l-ħaddiema tagħhom taħt kuntratt ta’ xogħol, konformement mal-Artikolu 58 tal-Liġi Nru l2-A/2008 tas-<DATE ISO="20080227">27 ta’ Frar 2008</DATE>, biss sa fejn dawn ikunu assenjati u jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li huma s-suġġett tal-integrazzjoni jew tal-internalizzazzjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="062.011"><NO.PARAG>11.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 6 sa 10 japplikaw biss għall-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat konkluż mill-inqas sena qabel id-data tad-deliberazzjoni li takkumpanja x-xoljiment tal-impriża lokali, u li għalihom, fil-każ tal-kostituzzjoni ta’ rabta legali ta’ impjieg pubbliku għal żmien indeterminat, l-ebda kumpens ma jkun dovut għat-tmiem tal-post tax-xogħol preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L. M. Piscaretta Ricardo kien irreklutat, f’Ottubru 1999, għal żmien indeterminat, mill-muniċipalità ta’ Portimão sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>uffiċjal tat-turiżmu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’Ottubru 2008, L. M. Piscaretta Ricardo waqaf mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ma’ dan il-muniċipalità sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet, taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, fi ħdan l-impriża muniċipali Portimão Turis SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Portimão Turis<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li ddeċieda, f’Marzu 2010, jgħaqqad diversi impriżi muniċipali, il-muniċipalità ta’ Portimão inkorpora lil Portimão Turis ma’ Portimão Urbis. Minn din id-data, L. M. Piscaretta Ricardo eżerċita l-funzjonijiet ta’ amministratur u sussegwentement ta’ direttur f’din l-aħħar impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’Settembru 2011, L. M. Piscaretta Ricardo talab u ingħata leave mingħajr ħlas għal perijodu ta’ sentejn. F’Lulju 2013, fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, dan il-leave ġie mġedded għal perijodu ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’Ottubru 2014, il-muniċipalità ta’ Portimão ddeċieda li jxolji lil Portimão Urbis, li huwa kien l-uniku azzjonist tagħha. Parti mill-attivitajiet ta’ din l-impriża ġiet ittrasferita mill-ġdid lill-muniċipalità ta’ Portimão, jiġifieri l-ġestjoni tas-sistema ta’ trasport, il-ġestjoni tal-apparat tal-iżvilupp ekonomiku, bħas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, iċ-ċentru tal-fieri u tal-wirjiet u l-pavaljun għal skopijiet varji, il-ġestjoni tal-bejgħ itineranti kif ukoll dik tas-swieq u l-fieri tradizzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-parti l-oħra tal-attivitajiet ta’ Portimão Urbis ġiet esternalizzata lil Emarp, li l-muniċipalità ta’ Portimão kien ukoll l-uniku azzjonist tagħha, jiġifieri, minn naħa, il-ġestjoni tal-ispazju pubbliku, li tinkludi l-attività ta’ reklamar relatata magħha, l-okkupazzjoni tat-toroq pubbliċi u l-parkeġġ pubbliku urban fil-miftuħ u taħt l-art, u min-naħa l-oħra, il-ġestjoni tal-apparat kollettiv u l-provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-edukazzjoni, l-azzjoni soċjali, il-kultura u l-isport, jiġifieri t-tmexxija tat-teatru muniċipali ta’ Portimão, tar-razzett edukattiv, tad-dar Manuel Teixeira Gomes u taċ-ċentri komunitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konformement ma’ dawn id-deċiżjonijiet, parti mill-ħaddiema ta’ Portimão Urbis kienet is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ftehim ta’ trasferiment ta’ interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u, għalhekk, ġew direttament impjegati mill-ġdid mill-muniċipalità ta’ Portimão. Fir-rigward tal-parti l-oħra tal-ħaddiema, din kienet is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>trasferiment ta’ pożizzjoni kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u ġew impjegati minn Emarp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li, madankollu, L. M. Piscaretta Ricardo ma ttieħed inkunsiderazzjoni la mill-pjan ta’ internalizzazzjoni u lanqas mill-pjan ta’ esternalizzazzjoni, imsemmija fil-punt preċedenti, huwa ġie informat li l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kien ġie tterminat wara t-trasferiment ta’ attività definittiva ta’ Portimão Urbis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L. M. Piscaretta Ricardo, għaldaqstant, ressaq kawża quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex it-tkeċċija tiegħu tiġi ddikjarata illegali, billi jsostni li kien seħħ trasferiment ta’ negozju ta’ Portimão Urbis lill-muniċipalità ta’ Portimão u lil Emarp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Portimão Urbis, Emarp u l-muniċipalità ta’ Portimão jikkontestaw dan l-argument. Huma jsostnu li, peress li L. M. Piscaretta Ricardo kien jinsab f’pożizzjoni ta’ leave mingħajr ħlas, jiġifieri huwa ma kienx effettivament jeżerċita funzjonijiet, il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ma seta’ jiġi ttrasferit la lil wieħed u lanqas lill-ieħor mill-persuni li lilhom sar trasferiment. Huma jsostnu wkoll li ma seħħ l-ebda trasferiment ta’ negozju, peress li Portimão Urbis kienet ġiet xolta skont liġi u għalhekk kienet waqfet twettaq l-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, minn naħa, li, fil-kawża prinċipali, jeżistu kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà li ħaddiem li ma jkunx effettivament jeżerċita funzjonijiet, pereżempju minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, jistax jiġi kkunsidrat li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>impjegat [ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23. F’dan ir-rigward, hija tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk id-drittijiet u l-obbligi ta’ Portimão Urbis, li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol eżistenti mar-rikorrent, għandhomx jew le jitqiesu bħala li ġew ittrasferiti lill-muniċipalità ta’ Portimão u lil Emarp, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa dubjuż jekk l-Artikolu 62(5)(6) u (11) tar-RJAEL jistax jitqies, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet previsti fih, bħala li huwa konformi mal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (qorti distrettwali ta’ Faro) ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 […](1)(b) […] tad-Direttiva […] 2001/23 […] huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha impriża muniċipali (li l-uniku azzjonist tagħha huwa l-muniċipalità) tiġi llikwidata (fuq deċiżjoni tal-organu eżekuttiv tal-muniċipalità), fejn l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-muniċipalità u parzjalment lil impriża muniċipali oħra (li l-għanijiet tagħha ġew emendati f’dan is-sens – u li hija wkoll kollha kemm hija miżmuma mill-muniċipalità), jiġifieri, f’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jitqies li seħħ trasferiment ta’ negozju, fis-sens tal-imsemmija direttiva?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ħaddiem li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ funzjonijiet (b’mod speċifiku, minħabba li l-kuntratt tax-xogħol tiegħu jinsab sospiż) jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23 […] u, konsegwentement, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt tax-xogħol għandhom jitqiesu li ġew ittrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment, konformement ma’ kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23[…]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ ħaddiema, b’mod speċifiku skont it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol jew tul ta’ żmien tiegħu, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ negozju, b’mod partikolari tat-tip previst fl-Artikolu 62(5), (6) u 11 tar-RJAEL hija ammissibbli fis-sens li għandha titqies konformi mad-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn impriża muniċipali, li l-uniku azzjonist tagħha huwa muniċipalità, li ġiet xolta b’deċiżjoni tal-organu eżekuttiv ta’ dan il-muniċipalità, u li l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-imsemmi muniċipalità, sabiex jiġu eżerċitati direttament minnu, u parzjalment lil impriża muniċipali oħra rrikostitwita għal dan il-għan, li dan l-istess muniċipalità huwa wkoll l-uniku azzjonist, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(1)(ċ) tagħha, id-Direttiva 2001/23 tapplika għall-impriżi pubbliċi u privati li jeżerċitaw attività ekonomika, kemm jekk dawn l-impriżi jaħdmu bi skop ta’ lukru kif ukoll jekk le. Għall-kuntrarju, skont din l-istess dispożizzjoni, riorganizzazzjoni amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi amministrattivi jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet pubbliċi amministrattivi ma jikkostitwixxux trasferiment fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kkonsistiet fit-trasferiment tal-attivitajiet ta’ impriża muniċipali, parzjalment, għal muniċipalità u, parzjalment, għal impriża oħra muniċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, qabelxejn, li l-fatt li, fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni, il-persuna li wettqet it-trasferiment kienet impriża muniċipali u l-persuni li lilhom sar it-trasferiment kienu muniċipalità u impriża muniċipali oħra ma jipprekludix, waħdu, li d-Direttiva 2001/23 tkun tapplika għall-imsemmija operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà iddeċidiet li l-fatt li l-persuna li twettaq trasferiment tkun persuna ġuridika tad-dritt pubbliku ma huwiex ta’ natura li jeskludi l-eżistenza ta’ trasferiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23, kemm jekk din il-persuna ġuridika tkun impriża pubblika responsabbli għal servizz pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Aira Pascual u Algeposa Terminales Ferroviarios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-509/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:781">EU:C:2015:781</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kemm jekk tkun Komun (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, <NAME.CASE>CLECE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-463/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:24">EU:C:2011:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta li, sabiex din tkun tapplika, it-trasferiment għandu jirrigwarda entità li teżerċita attività ekonomika, kemm jekk tkun bi skop ta’ lukru kif ukoll jekk le.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jinkludi kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq partikolari. Bħala prinċipju huma esklużi mill-kwalifika ta’ attività ekonomika, l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ setgħa pubblika, peress li s-servizzi li huma żgurati fl-interess pubbliku u mingħajr skop ta’ lukru u li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ dawk proposti minn operaturi bi skop ta’ lukru jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>attivitajiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattolon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-attivitajiet varji mwettqa minn Portimão Urbis u li ser jitwettqu mill-muniċipalità ta’ Portimão kif ukoll minn Emarp, kif deskritti fil-punti 19 u 20 ta’ din is-sentenza, ma jidhrux li jwettqu prerogattivi ta’ setgħa pubblika, b’tali mod li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala attivitajiet ekonomiċi, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-termini tal-Artikolu 1(1)(a) ta’ din id-direttiva, dawn tal-aħħar għandhom japplikaw għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-portata ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi evalwata abbażi biss ta’ interpretazzjoni testwali. Minħabba differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 2001/23 kif ukoll diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fuq il-kunċett ta’ trasferiment legali, il-Qorti tal-Ġustizzja tat interpretazzjoni biżżejjed flessibbli ta’ dan il-kunċett sabiex jintlaħaq l-għan ta’ din id-direttiva li huwa, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha, li jipproteġi lill-impjegati f’każ li tinbidel il-persuna li timpjega tal-impriża (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, <NAME.CASE>CLECE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-463/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:24">EU:C:2011:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li t-trasferiment jirriżulta minn deċiżjonijiet unilaterali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u mhux minn qbil tal-intenzjonijiet ma jeskludix l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>UGT-FSP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-151/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:452">EU:C:2010:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li trasferiment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jirriżulta mix-xoljiment ta’ impriża muniċipali abbażi ta’ deċiżjoni tal-organu eżekuttiv tal-muniċipalità kkonċernat ma jidhirx li jostakola, fih innifsu, l-eżistenza ta’ trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23, peress li tali operazzjoni tippreżupponi bdil tal-persuna li timpjega tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23, sabiex din tkun tapplika, it-trasferiment għandu jirrigwarda lil entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha wara li tkun ittieħdet lura mill-persuna li timpjega l-ġdida (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Amatori <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</NAME.CASE> <NO.CASE>C-458/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:124">EU:C:2014:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fosthom, b’mod partikolari, it-tip ta’ impriża jew negozju kkonċernat, it-trasferiment jew le ta’ assi tanġibbli, bħalma huma l-bini jew proprjetà, il-valur tal-elementi intanġibbli fil-mument tat-trasferiment, it-teħid lura jew le tal-parti l-kbira tal-impjegati mill-persuna li timpjega l-ġdida, it-trasferiment jew le tal-klijentela, kif ukoll il-livell ta’ xebh tal-attivitajiet eżerċitati qabel u wara t-trasferiment u t-tul ta’ żmien ta’ eventwali sospensjoni ta’ dawn tal-aħħar. Huwa paċifiku li dawn l-elementi jikkostitwixxu biss aspetti parzjali tal-evalwazzjoni globali li għandha ssir u għalhekk ma jistgħux, għalhekk, jiġu evalwati b’mod iżolat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Aira Pascual u Algeposa Terminales Ferroviarios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-509/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:781">EU:C:2015:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-importanza rispettiva li għandha tingħata lil dawn il-kriterji differenti tvarja neċessarjament skont l-attività eżerċitata, jew il-metodi ta’ produzzjoni jew ta’ operazzjoni użati fl-impriża, fin-negozju jew f’parti min-negozju inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Aira Pascual u Algeposa Terminales Ferroviarios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-509/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:781">EU:C:2015:781</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li s-sempliċi teħid lura, minn entità ekonomika, tal-attività ekonomika ta’ entità oħra ma twassalx għall-konklużjoni taż-żamma tal-identità ta’ din tal-aħħar. Fil-fatt, l-identità ta’ tali entità ma tistax tiġi ridotta għall-attività li hija twettaq. Din tirriżulta minn pluralità inseparabbli ta’ elementi bħall-persunal li jikkomponiha, il-persunal ta’ sorveljanza tagħha, l-organizzazzjoni tax-xogħol tagħha, il-metodi ta’ operat tagħha jew anki, fejn xieraq, ir-riżorsi operazzjonali disponibbli għaliha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, <NAME.CASE>CLECE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-463/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:24">EU:C:2011:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, barra minn hekk, li hija ż-żamma mhux tal-organizzazzjoni speċifika imposta mill-imprenditur għad-diversi fatturi ta’ produzzjoni ttrasferiti, iżda tar-rabta funzjonali ta’ interdipendenza u ta’ komplementarjetà bejn dawn il-fatturi li tikkostitwixxi l-element rilevanti sabiex jiġi konkluż li tkun inżammet l-identità tal-entità ttrasferita. Iż-żamma ta’ tali rabta funzjonali bejn id-diversi fatturi ttrasferiti tippermetti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment juża lil dawn tal-aħħar, anki jekk dawn ikunu integrati, wara t-trasferiment, fi struttura organizzattiva ġdida differenti, sabiex ikompli attività ekonomika identika jew analoga (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Klarenberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-466/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ferreira da Silva e Brito <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-160/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:565">EU:C:2015:565</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan jirriżulta li l-fatt li entità ekonomika tiġi xolta u l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti lil żewġ entitajiet oħra ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ostakolu għall-applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl tal-elementi mfakkra fil-punti 41 sa 44 ta’ din is-sentenza jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-identità tal-entità ttrasferita ġietx miżmuma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn impriża muniċipali, li l-uniku azzjonist tagħha huwa muniċipalità, ġiet xolta b’deċiżjoni tal-organu eżekuttiv ta’ dan il-muniċipalità, u li l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-imsemmi muniċipalità, sabiex jiġu eżerċitati direttament minnu, u parzjalment lil impriża muniċipali oħra rrikostitwita għal dan il-għan, li dan l-istess muniċipalità huwa wkoll l-uniku azzjonist, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, sakemm l-identità tal-impriża inkwistjoni tinżamm wara t-trasferiment, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, ma teżerċitax effettivament il-funzjonijiet tagħha, taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>impjegat [ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23 u jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt għandhomx jitqiesu li ġew ittrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li skont l-Artikolu 2(1)(d) tal-imsemmija direttiva, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>impjegat [ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> huwa deskritt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kull persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif jirriżulta mit-termini stess tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, il-protezzjoni li din id-direttiva hija intiża sabiex tiżgura tikkonċerna biss il-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol jew relazzjoni ta’ xogħol li tkun teżisti fid-data tat-trasferiment (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100915">15 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Briot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-386/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:526">EU:C:2010:526</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tad-Direttiva 77/187, li ġiet sussegwentement ikkodifikata mid-Direttiva 2001/23, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li, ħlief għal dispożizzjoni kuntrarja speċifika, peress li l-benefiċċju ta’ din id-direttiva jista’ jiġi invokat biss mill-ħaddiema li l-kuntratt tagħhom jew ir-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom tkun għadha fis-seħħ fid-data tat-trasferiment, l-eżistenza jew le ta’ kuntratt jew ta’ relazzjoni ta’ xogħol f’din id-data għandha tiġi evalwata skont id-dritt nazzjonali, sakemm, madankollu, jiġu osservati r-regoli obbligatorji tal-imsemmija Direttiva 77/187 dwar il-protezzjoni tal-impjegati kontra t-tkeċċija minħabba t-trasferiment (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100915">15 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Briot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-386/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:526">EU:C:2010:526</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li filwaqt li, fid-data ta’ xoljiment ta’ Portimão Urbis, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kien marbut magħha b’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, f’din l-istess data, huwa ma kienx effettivament jeżerċita il-funzjonijiet tiegħu, minħabba l-fatt li huwa kien jibbenefika minn leave mingħajr ħlas u minħabba li dan il-leave kellu bħala effett, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jwassal għas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju speċifikat li din il-leġiżlazzjoni tipprevedi li, tul is-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, id-drittijiet, l-obbligi u l-garanziji tal-partijiet li ma humiex obbligati li effettivament jaħdmu għandhom jinżammu. Għalhekk, jidher li l-imsemmija leġiżlazzjoni tipproteġi, bħala ħaddiem, lil persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li ma teżerċitax effettivament il-funzjonijiet tagħha minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, li hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, bla ħsara għal din il-verifika, jirriżulta li d-drittijiet u l-obbligi ta’ tali persuna, li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tagħha, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, għandhom jiġu ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment minħabba l-fatt tat-trasferiment ta’ impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, ma teżerċitax effettivament il-funzjonijiet tagħha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>impjegat [ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23, sa fejn din tidher li tkun protetta bħala ħaddiem mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, li hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Bla ħsara għal din il-verifika, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tagħha għandhom jitqiesu bħala ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/23 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ impriża lokali, tissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema għal ċerti restrizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol jew it-tul tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentarju u fattwali li huwa l-kompitu tagħha li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li<?PAGE NO="11"?> tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba bl-ebda mod ma hija relatata mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sommer Antriebs- und Funktechnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-369/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:491">EU:C:2015:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li t-trasferiment tal-ħaddiema ta’ impriża lokali huwa suġġett, b’mod partikolari, għall-eżistenza minn qabel ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, konkluż mill-inqas sena qabel id-data tad-deliberazzjoni li takkumpanja x-xoljiment ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, kif tfakkar fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, fid-data ta’ waqfien tal-attività ta’ Portimão Urbis, L. M. Piscarreta Ricardo kellu kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat konkluż diversi snin qabel din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jirriżulta li qorti nazzjonali tista’, fi kwalunkwe ħin, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-atti mwettqa mill-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni, jekk hija tqis li deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt hija meħtieġa sabiex hija tagħti s-sentenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li, f’dan il-kuntest, risposta għad-domanda magħmula hija meħtieġa għas-soluzzjoni tat-tilwima quddiemha. B’mod partikolari, hija ma spjegatx għalfejn ir-restrizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif speċifikati fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, huma applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ L. M. Piscarreta Ricardo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet domanda preliminari għandha tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn impriża muniċipali, li l-uniku azzjonist tagħha huwa muniċipalità, ġiet xolta b’deċiżjoni tal-organu eżekuttiv ta’ dan il-muniċipalità, u li l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-imsemmi muniċipalità, sabiex jiġu eżerċitati direttament minnu, u parzjalment lil impriża muniċipali oħra rrikostitwita għal dan il-għan, li dan l-istess muniċipalità huwa wkoll l-uniku azzjonist, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, sakemm l-identità tal-impriża inkwistjoni tinżamm wara t-trasferiment, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, ma teżerċitax effettivament il-funzjonijiet tagħha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>impjegat [ħaddiem]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23, sa fejn din tidher li tkun protetta bħala ħaddiem mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, li hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Bla ħsara għal din il-verifika, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tagħha għandhom jitqiesu bħala ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet domanda magħmula mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (qorti distrettwali ta’ Faro, il-Portugall) hija inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>