Official Journal L 100 , 20/04/2000 P. 0005 - 0006
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 813/2000 tas-17 ta’ April 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni ta’ l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni protetta ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu, Billi: (1) Kien mitlub tagħrif addizzjonali dwar ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 sabiex jiġi żgurat li jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament. Dan it-tagħrif addizzjonali juri illi l-ismijiet iħarsu dawn l-Artikoli. Għandhom għalhekk jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/96 [2]. (2) Il-Kumitat ipprovdut fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma tax opinjoni favorevoli, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ismijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1107/96. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ April 2000. Għall-Kunsill Il-President L. Capoulas Santos [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1068/97 (ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10). [2] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (EC) Nru 1070/1999 (ĠU L 130, tas-26.5.1999, p. 18). -------------------------------------------------- ANNESS "IL-PRODOTTI L-OĦRA ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT Il-Ħall (għajr għall-ħall mill-inbid) L-ITALJA - Aceto balsamico tradizionale di Modena (DPO) - Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia (DPO)" --------------------------------------------------