|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1972 |
29.9.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1972
tad-29 ta’ Settembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), laħqu ftehim mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt (“PAKK”) kellha tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan, u tipprevedi t-tneħħija komprensiva tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet nukleari. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2231 (2015) fejn approva l-PAKK, filwaqt li ħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stabbilita fil-PAKK u ppreveda azzjonijiet li għandhom iseħħu f’konformità mal-PAKK. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill laqa’ u approva l-PAKK u ħa l-impenn li jirrispetta t-termini tiegħu u jsegwi l-pjan ta’ implimentazzjoni maqbul. Il-Kunsill appoġġa wkoll bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Dikjarazzjoni 2015/C 345/01 (2), filwaqt li nnota li l-impenn li jitneħħew is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati man-nukleari f’konformità mal-PAKK kien mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit fil-PAKK u għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqas sinifikanti ta’ twettiq mill-Iran tal-impenji tiegħu skont il-PAKK. Barra minn hekk, il-Kunsill ħa l-impenn li jintroduċi mill-ġdid mingħajr dewmien is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati man-nukleari li jkunu ġew sospiżi jew mitmuma, f’każ ta’ nuqqas sinifikanti ta’ twettiq mill-Iran tal-impenji tiegħu skont il-PAKK fuq rakkomandazzjoni konġunta lill-Kunsill mir-Rappreżentant Għoli, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Jannar 2020, ir-Rappreżentant Għoli, bħala l-Koordinatur tal-Kummissjoni Konġunta tal-PAKK (“il-Koordinatur”), irċieva ittra mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit li tirreferi lill-Kummissjoni Konġunta kwistjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Iran skont il-PAKK għal riżoluzzjoni permezz tal-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim, kif stipulat fil-paragrafu 36 tal-PAKK. Fl-istess jum, il-Koordinatur ħareġ dikjarazzjoni li tindika li kien ser iwettaq monitoraġġ tal-proċess tal-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“il-proċess”). |
|
(7) |
Fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Koordinatur ħareġ dikjarazzjoni li tindika li, skont il-proċess, huwa kien wettaq konsultazzjonijiet bilaterali u kollettivi estensivi u li l-parteċipanti kollha fil-PAKK kienu reġgħu kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom li jżommu l-PAKK, li kien fl-interess ta’ kulħadd. Il-Koordinatur indika li, minkejja diverġenzi rigward il-modalitajiet, kien hemm qbil li kien meħtieġ aktar żmien minħabba l-kumplessità tal-kwistjonijiet involuti. Għaldaqstant ġiet estiża l-iskadenza għall-proċess. Il-partijiet kollha involuti qablu li jkomplu d-diskussjonijiet fil-livell tal-esperti biex jiġu indirizzati t-tħassib dwar l-implimentazzjoni nukleari, kif ukoll l-impatt aktar ġenerali tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-PAKK u l-impożizzjoni mill-ġdid, min-naħa tagħhom, tas-sanzjonijiet kontra l-Iran. Rigward dan, il-parteċipanti kollha fil-PAKK kienu esprimew id-dispjaċir tagħhom. |
|
(8) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, f’Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta dwar il-PAKK, il-parteċipanti fil-PAKK reġgħu enfasizzaw l-impenn tagħhom li jippreżervaw il-ftehim u enfasizzaw l-isforzi rispettivi tagħhom f’dak ir-rigward. Id-dikjarazzjoni ssottolinjat li l-Ministri kienu ddiskutew kif l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PAKK mill-partijiet kollha baqgħet kruċjali, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi attwali għall-implimentazzjoni, inkluż dawk dwar l-impenji għan-nonproliferazzjoni nukleari u t-tneħħija tas-sanzjonijiet. Il-Ministri qablu li jkomplu d-djalogu tagħhom sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-PAKK mill-partijiet kollha. Il-Ministri għarfu l-prospett li l-Istati Uniti jerġgħu jirritornaw fil-PAKK u ssottolinjaw r-rieda tagħhom li jindirizzaw dak ir-ritorn b’mod pożittiv fi sforz konġunt. |
|
(9) |
Minn April 2021 sa Awwissu 2022, il-Koordinatur mexxa taħditiet diplomatiċi biex jiġi nnegozjat ir-ritorn tal-Istati Uniti fil-PAKK u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PAKK mill-Iran. Minkejja dawk l-isforzi, inkluż diversi laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta matul dak il-perjodu, ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim. |
|
(10) |
Fl-14 ta’ Settembru 2023, il-Koordinatur irċieva ittra mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit relatata mal-implimentazzjoni tal-PAKK. Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin iddikjaraw li l-Iran kien ilu ma jikkonforma mal-PAKK mill-2019 u li huma kienu jqisu li ma nstabitx soluzzjoni għal dan permezz tal-proċess. Huma esprimew l-intenzjoni tagħhom li ma jieħdux passi rigward it-tneħħija ta’ aktar sanzjonijiet fit-18 ta’ Ottubru 2023, il-Jum ta’ Tranżizzjoni tal-PAKK. Fl-istess data, il-Koordinatur ħareġ dikjarazzjoni li tindika li kien iċċirkola l-ittra ministerjali fost il-parteċipanti l-oħra fil-PAKK, u li kien ser jikkonsulta mal-parteċipanti kollha fil-PAKK dwar it-triq ’il quddiem. |
|
(11) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2023, il-Koordinatur ħareġ dikjarazzjoni li tindika li wara konsultazzjonijiet mal-parteċipanti fil-PAKK, il-kwistjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Iran skont il-PAKK kienet baqgħet ma ssolvietx minħabba l-opinjonijiet diverġenti espressi. |
|
(12) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2195 (3), li emendat id-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Il-Kunsill qies li l-Unjoni kellha raġunijiet validi biex jinżammu, wara l-Jum ta’ Tranżizzjoni tal-PAKK, il-miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4). Għaldaqstant, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet ġew trasferiti mill-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għall-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni u mill-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 għall-Anness IX ta’ dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-Kunsill ikkunsidra wkoll li l-Unjoni kellha raġunijiet validi biex jinżammu, wara l-Jum ta’ Tranżizzjoni tal-PAKK, il-miżuri restrittivi fuq is-servizzi ta’ messaġġi finanzjarji, b’rabta mas-settur tat-trasport, b’rabta mal-attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni u s-servizzi assoċjati, u dawk fuq il-metalli u s-servizzi assoċjati, fuq is-software u s-servizzi assoċjati, u fuq l-armi u s-servizzi assoċjati. |
|
(14) |
Il-Kunsill qies ukoll li l-Unjoni kellha raġunijiet validi biex ma jintemmux, wara l-Jum ta’ Tranżizzjoni tal-PAKK, il-miżuri restrittivi li ġew sospiżi fil-Jum ta’ Tranżizzjoni tal-PAKK permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1863 (5). |
|
(15) |
Fit-28 ta’ Awwissu 2025, il-Koordinatur u l-President tal-KSNU rċevew ittra mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit relatata mal-implimentazzjoni tal-PAKK. Permezz ta’ din l-ittra, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin innotifikaw lill-KSNU li, abbażi ta’ evidenza fattwali, huma kienu jemmnu li l-Iran mhux qed jikkonforma, b’mod sinifikanti, mal-impenji tiegħu skont il-PAKK, u b’hekk infetħet il-proċedura biex jerġgħu jiġu introdotti s-sanzjonijiet tan-NU li tneħħew bir-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU, f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU. |
|
(16) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2025, f'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 2015/C 345/01, ir-Rappreżentant Għoli, Franza u l-Ġermanja bagħtu rakkomandazzjoni konġunta lill-Kunsill, fejn irrakkomandaw li s-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni marbutin ma’ kwistjonijiet nukleari li kienu ġew sospiżi jew mitmuma, jew it-tnejn li huma, jerġgħu jiġu introdotti mingħajr dewmien ladarba tkun reġgħet ġiet introdotta s-sanzjoni tan-NU, skont ir-Riżoluzzjoni UNSCR 2231 (2015). |
|
(17) |
Sas-27 ta’ Settembru 2025, il-KSNU ma kienx adotta riżoluzzjoni ġdida biex ikompli bit-tneħħija tas-sanzjonijiet fi żmien 30 jum wara n-notifika tat-28 ta’ Awwissu 2025. Għaldaqstant, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 37 tal-PAKK, id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) tal-KSNU għandhom jerġgħu jiġu imposti. |
|
(18) |
Il-Kunsill iqis li l-Unjoni għandha raġunijiet validi biex terġa’ timponi s-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati ma’ kwistjonijiet nukleari fuq l-Iran li kienu ġew sospiżi jew terminati taħt il-PAKK. |
|
(19) |
F’dan il-kuntest, il-Kunsill jikkunsidra wkoll li minħabba l-attivitajiet ta’ proliferazzjoni Iranjani, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija li jinsabu fil-listi tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari u tas-Sistema ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, jenħtieġ li l-miżuri l-aktar stretti jinżammu fis-seħħ. |
|
(20) |
F’konformità mad-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 37 tal-PAKK, l-impożizzjoni mill-ġdid ta’ miżuri restrittivi ma għandhiex tapplika b’effett retroattiv għal kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025, jew ta’ kuntratti anċillari għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, dment li l-attivitajiet ikkontemplati skont, u l-eżekuzzjoni ta’, tali kuntratti jkunu konsistenti mal-PAKK u d-dispożizzjonijiet imposti mill-ġdid. |
|
(21) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(22) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għat-trasferiment dirett jew indirett lill-Iran, jew għall-użu fl-Iran, jew għall-benefiċċju tiegħu, bi tranżitu mit-territorji tal-Istati Membri ta’ oġġetti msemmija fis-subparagrafi 3(b)(i) u (ii) tal-UNSCR 1737 (2006) għal reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju, mibdija qabel Diċembru 2006.” |
|
(2) |
l-Artikolu 3c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3c 1. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-1 ta’ Jannar 2026 ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2026. 2. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025, jew f’kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavat derivat mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta’ ammonti pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 dovuti lill-persuni jew entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborsi.” |
|
(3) |
l-Artikolu 3d huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3d 1. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-1 ta’ Jannar 2026 ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2026. 2. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew f’kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’ prodotti petrokimiċi jew ir-rikavat derivat mill-provvista ta’ dawk il-prodotti jkunu għar-rimborż ta’ ammonti pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 dovuti lil persuni jew entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament tali rimborżi.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 4b, il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 4(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kwalunkwe obbligu relatat mal-konsenja ta’ oġġetti previst f’kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025. 2. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 u relatat ma’ investimenti magħmulin fl-Iran qabel id-data msemmija qabel minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri. 3. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4a(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ obbligu relatat mal-konsenja ta’ oġġetti previsti f’kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025. 4. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 u relatat ma’ investimenti magħmulin fl-Iran qabel dawk id-dati minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri.” |
|
(5) |
l-Artikolu 4f huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4f Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4e għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.” |
|
(6) |
l-Artikolu 4h huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4h Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4g għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.” |
|
(7) |
L-Artikolu 4j huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4j Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4i għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-1 ta’ Jannar 2026, ta’ kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Settembru 2025 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.” |
|
(8) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(a) u (b) rispettivament:
2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6a(a) u (b) rispettivament:
|
|
(9) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Il-forniment miċ-ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, ta’ servizzi ta’ inġinerija u ta’ manutenzjoni lill-inġenji tal-ajru tal-merkanzija Iranjani għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli għall-konklużjoni li l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija jistgħu qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma projbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm il-forniment ta’ tali servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji u ta’ sigurtà jew sa ma l-merkanzija tkun ġiet spezzjonata, u kkonfiskata u eliminata jekk ikun neċessarju, f’konformità mal-Artikolu 15(1) u (5).” |
|
(11) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew għal pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, b’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1737 (2006), l-UNSCR 1747 (2007), l-UNSCR 1803 (2008) jew l-UNSCR 1929 (2010), inkluż miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif meħtieġ minn jew b’konnessjoni ma’, l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti mid-Deċiżjoni preżenti, ma għandha tingħata lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I jew II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fl-Iran, inkluż il-Gvern tal-Iran, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ kwalunkwe persuna jew entità bħal din jew għall-benefiċċju tagħhom.” |
|
(14) |
l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 1. Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat. 2. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta minn Stati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness II u jadotta modifiki għaliha.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I. 2. Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 19(1), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 20(1), il-punti (b) u (c), huwa għandu jemenda l-Anness II kif adattat.” |
|
(16) |
l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 1. L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta’ persuni, u entitajiet, kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I. 2. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati, kif ipprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-ID, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll id-data tad-deżinjazzjoni.” |
|
(17) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikoli 26a, 26b, 26c, 26d, 26f u 26g jitħassru; |
|
(19) |
l-Annessi III, IV, V u VI jitħassru. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/413/oj).
(2) Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 2015/C 345/1 tat-18 ta’ Ottubru 2015 (ĠU C 345, 18.10.2015, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2195 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L, 2023/2195, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2195/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/267/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1863 tat-18 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 274, 18.10.2015, p. 174, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1863/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1972/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)