European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1951

11.7.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/1951 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-3 ta’ Lulju 2024

li taħtar tliet Imħallfin u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2024.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perjodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2024 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2030.

(3)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Irmantas JARUKAITIS bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Ġew proposti għall-ewwel mandat is-Sur Fredrik SCHALIN u s-Sur Bernardus SMULDERS bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Is-Sur Rimvydas NORKUS ġie propost għall-ewwel mandat bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(6)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2024 sas-6 ta’ Ottubru 2030:

—

Is-Sur Irmantas JARUKAITIS,

—

M. Fredrik SCHALIN,

—

M. Bernardus SMULDERS.

Artikolu 2

Il-persuna li ġejja għandha tinħatar Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2024 sas-6 ta’ Ottubru 2030:

—

Is-Sur Rimvydas NORKUS.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2024.

Il-President

ÓDOR B.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1951/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)