SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla)
21 ta’ Novembru 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Data miftuħa u użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku – Direttiva (UE) 2019/1024 – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘użu mill-ġdid’ ta’ dokumenti – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti miżmuma minn organu tas-settur pubbliku”
Fil-Kawża C‑336/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Mejju 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Mejju 2023, fil-proċedura
HP – Hrvatska pošta d.d.
vs
Povjerenik za informiranje,
fil-preżenza ta’:
STAS d.o.o.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),
komposta minn D. Gratsias (Relatur), President tal-Awla, I. Jarukaitis, President tar-Raba’ Awla, u Z. Csehi, Imħallef,
Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għall-Povjerenik za informiranje, minn Z. Pičuljan, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Kroat, minn G. Vidović Mesarek, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn J. Očková, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch u J. Schmoll, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn U. Małecka, M. Mataija u G. Meessen, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU 2019, L 172, p. 56). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn HP – Hrvatska pošta d.d. (iktar ’il quddiem “HP”) u l-Povjerenik za informirje (il-Kummissarju għall-Informazzjoni, il-Kroazja) dwar talba għal informazzjoni mressqa quddiem HP, intiża b’mod partikolari sabiex tinkiseb il-komunikazzjoni ta’ kuntratti ta’ kostruzzjoni, ta’ rendikonti dwar l-istatus tax-xogħlijiet u ta’ minuti tal-immissjoni fil-pussess tal-bini. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Il-premessi 9, 13, 23 u 70 tad-Direttiva 2019/1024 jiddikjaraw:
[...]
[...]
[...]
|
|
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni”, jipprovdi: “1. Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ data miftuħa u tiġi stimulata l-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi, din id-Direttiva tistabbilixxi sett ta’ regoli minimi li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid ta’:
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal: [...]
[...]
[...]
[...] 3. Din id-Direttiva tibni fuq, u hija mingħajr preġudizzju għal, reġimi ta’ aċċess tal-Unjoni u dik nazzjonali. [...] 7. Din id-Direttiva tirregola l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi tal-Istati Membri [...]” |
|
5 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2019/1024, intitolat “Definizzjonijiet”, huwa fformulat kif ġej: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[...]
[...]
[...]” |
Id‑dritt Kroat
|
6 |
L-Artikolu 5 taż-zakon o pravu na pristup informacijama (il-Liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni) (Narodne novine, Nri 25/13, 85/15 u 69/22, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni”) jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din il-liġi, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [...]
[...]
[...]” |
|
7 |
L-Artikolu 15 ta’ din il-liġi, li jinsab fil-Kapitolu IV tagħha, intitolat “Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni”, jipprevedi: “[...] (2) L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni: [...]
[...] (4) L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni jekk:
[...]
[...]” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 27 tal-imsemmija liġi, li jagħmel parti mill-Kapitolu VI ta’ din tal-aħħar, intitolat “Użu mill-ġdid ta’ informazzjoni”: “[...]
[...]
[...]” |
|
9 |
L-Artikolu 29 tal-Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, intitolat “Talba għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti”, jipprovdi: “(1) Fit-talba għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni, l-applikant għandu jsemmi, minbarra d-data msemmija fl-Artikolu 18(3) ta’ din il-liġi, l-informazzjoni li huwa jixtieq juża mill-ġdid, il-format tagħha u l-mod kif jixtieq jirċievi l-kontenut tal-informazzjoni mitluba, kif ukoll l-iskop tal-użu tal-informazzjoni (skop kummerċjali jew mhux kummerċjali). (2) L-entitajiet li ġejjin ma humiex obbligati jilqgħu talba għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni: [...]
[...] (7) Id-deċiżjonijiet mogħtija fil-qasam tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-Kummissarju [għall-Informazzjoni] fi żmien 15‑il jum min-notifika tad-deċiżjoni. Id-digrieti mogħtija mill-Kummissarju [għall-Informazzjoni] ma jistgħux jiġu appellati, iżda jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors kontenzjuż amministrattiv quddiem il-Visoki upravni sud [(il-Qorti Amministrattiva tal-Appell, il-Kroazja)]. [...]” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
10 |
HP, li hija kumpannija li r-Repubblika tal-Kroazja għandha 100 % tal-ishma tagħha, hija l-fornitur tas-servizz postali universali f’dan l-Istat Membru. Hija twettaq ukoll attivitajiet kummerċjali. |
|
11 |
HP ġiet adita b’talba għal informazzjoni li għandha bħala suġġett, b’mod partikolari, kuntratti ta’ kostruzzjoni, rendikonti dwar l-istatus tax-xogħlijiet u minuti tal-immissjoni fil-pussess tal-bini. |
|
12 |
Billi din it-talba ġiet miċħuda minn HP, ġie ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni, li ordna lil HP tilqa’ l-imsemmija talba. |
|
13 |
Adita b’rikors ippreżentat minn HP kontra dan id-digriet tal-Kummissarju għall-Informazzjoni, il-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell) bagħtet lura l-kawża quddiem din tal-aħħar sabiex jeżaminaha mill-ġdid minħabba li, fid-data li fiha dan il-kummissarju kien ta l-imsemmi digriet, it-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1024 kien skada u li l-obbligu ta’ komunikazzjoni li l-imsemmi kummissarju impona fuq HP kellu jiġi eżaminat fid-dawl tad-definizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet il-ġodda previsti f’din id-direttiva. |
|
14 |
Wara li eżamina l-kawża mill-ġdid, il-Kummissjarju għall-Informazzjoni reġa’ ordna lil HP tikkomunika l-informazzjoni mitluba. |
|
15 |
HP ippreżentat rikors kontra dan id-digriet quddiem il-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell), li hija l-qorti tar-rinviju. |
|
16 |
Insostenn tar-rikors tagħha, HP issostni, b’mod partikolari, li d-Direttiva 2019/1024 ġiet trasposta b’mod inkorrett fid-dritt Kroat, sa fejn, fil-fehma tagħha, il-kunċett ta’ “awtorità pubblika”, fis-sens tal-Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, ma għandux l-istess portata bħall-kunċett ta’ “impriża pubblika”, fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, HP tmantni li din id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett tal-aħħar li tinsab fl-imsemmija direttiva tapplika kemm għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni kif ukoll għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni. HP issostni, fl-aħħar nett, li l-informazzjoni li hija ġiet ordnata tipproduċi għandha x’taqsam mal-attività settorjali tagħha u li din l-informazzjoni tikkostitwixxi sigriet kummerċjali. |
|
17 |
Il-Kummissarju għall-Informazzjoni jsostni, min-naħa tiegħu, li t-tilwima fil-kawża prinċipali ma tirrigwardax l-eżerċizzju tad-dritt għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni, iżda dak tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni. Issa, id-Direttiva 2019/1024 tirregola, fil-fehma tiegħu, id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u mhux ukoll id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni. |
|
18 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex issolvi t-tilwima pendenti quddiemha, hija għandha tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk HP kinitx obbligata tikkomunika, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, informazzjoni li ma hijiex relatata direttament mal-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, u li dan jimplika, fost oħrajn, id-determinazzjoni tal-portata tal-kunċett ta’ “użu mill-ġdid” ta’ informazzjoni, fis-sens tad-Direttiva 2019/1024. |
|
19 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Il‑proċeduri quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
20 |
Permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ Lulju 2023, HP – Hrvatska pošta (C‑336/23, EU:C:2023:617), it-talba tal-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell), intiża sabiex din il-kawża tiġi suġġetta għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ġiet miċħuda. |
Fuq id‑domandi preliminari
|
21 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-talba li wasslet għat-tilwima fil-kawża prinċipali, imsemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, kienet tirrigwarda biss l-aċċess għal dokumenti miżmuma minn organu tas-settur pubbliku, mingħajr ma kienet intiża wkoll sabiex dawn id-dokumenti jintużaw mill-ġdid. |
|
22 |
Min-naħa l-oħra, minn din id-deċiżjoni jirriżulta, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, li d-data rilevanti sabiex jiġi ddeterminat id-dritt applikabbli ratione temporis għat-tilwima fil-kawża prinċipali hija dik li fiha l-Kummissarju għall-Informazzjoni adotta d-digriet li ordna lil HP tilqa’ din it-talba, f’liema data t-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1024 kien laħaq skada. |
|
23 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom isiru mill-qorti nazzjonali fil-qafas regolamentari u fattwali li dik il-qorti hija responsabbli li tiddefinixxi, u li l-eżattezza tiegħu ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifikaha (sentenza tas‑27 ta’ April 2023, M.D.(Projbizzjoni ta’ dħul fl-Ungerija), C‑528/21, EU:C:2023:341, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
24 |
B’hekk, permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2019/1024 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li talba għal aċċess għal dokumenti miżmuma minn organu tas-settur pubbliku taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
25 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2019/1024, moqri fid-dawl tal-premessi 9, 13 u 70 tagħha, din tal-aħħar tfittex li tiffavorixxi l-użu tad-data miftuħa u li toħloq il-kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp, fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri, ta’ prodotti u ta’ servizzi b’kontenut diġitali bbażati fuq dokumenti li joriġinaw mis-settur pubbliku bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. |
|
26 |
Għal dan il-għan, din id-direttiva tistabbilixxi sett ta’ regoli minimi dwar l-użu mill-ġdid u l-arranġamenti prattiċi intiżi sabiex jiffavorixxu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn organi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri u minn ċerti impriżi pubbliċi, kif ukoll dwar l-użu mill-ġdid tad-data tar-riċerka. |
|
27 |
Skont il-punt 11 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, “użu mill-ġdid” għandu jinftiehem bħala l-użu ta’ tali dokumenti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali li ma jkunux l-iskop inizjali tal-kompiti ta’ servizz pubbliku li għalih ikunu ġew prodotti d-dokumenti. |
|
28 |
Għalkemm l-“użu mill-ġdid”, fis-sens tad-Direttiva 2019/1024, jippreżupponi li wieħed ikollu aċċess għad-dokumenti kkonċernati, xorta jibqa’ l-fatt li dawn huma żewġ ħwejjeġ manifestament distinti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑27 ta’ Ottubru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja, C‑362/10, EU:C:2011:703, punt 54). |
|
29 |
Issa, din id-direttiva tirregola, kif proprju jistabbilixxi l-Artikolu 1(7) tagħha, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-organi tas-settur pubbliku u mill-impriżi pubbliċi tal-Istati Membri, mingħajr madankollu ma tipprevedi ebda obbligu fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti. |
|
30 |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2019/1024, moqri fid-dawl tal-premessa 23 tagħha, din id-direttiva tibni fuq, u hija bla ħsara ta’, ir-regoli ta’ aċċess tal-Unjoni u r-regoli ta’ aċċess nazzjonali fis-seħħ. Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2)(d) u (f) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li din tal-aħħar ma tapplikax għad-dokumenti li l-aċċess għalihom ikun eskluż mir-regoli ta’ aċċess fis-seħħ fl-Istati Membri. |
|
31 |
B’hekk, id-Direttiva 2019/1024 ma tistabbilixxix dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, iżda tippreżupponi l-eżistenza ta’ tali dritt fil-liġi tal-Istati Membri jew fil-liġi tal-Unjoni, b’tali mod li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għal dawn id-dokumenti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2018, NKBM, C‑215/17, EU:C:2018:901, punt 32). |
|
32 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2019/1024 għandha tiġi interpretata fis-sens li talba għal aċċess għal dokumenti miżmuma minn organu tas-settur pubbliku ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
Fuq l‑ispejjeż
|
33 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, |
|
għandha tiġi interpretata fis-sens li: |
|
talba għal aċċess għal dokumenti miżmuma minn organu tas-settur pubbliku ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Kroat.