|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10067 — ElringKlinger/Plastic Omnium New Energies/EKPO Fuel Cell Technologies/ElringKlinger Fuelcell Systems Austria)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 39/07)
1.
Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ElringKlinger AG (“EK”, il-Ġermanja), |
|
— |
Plastic Omnium New Energies S.A. (“PO NE”, il-Belġju), li tappartjeni għall-grupp Compagnie Plastic Omnium SE (“PO”, Franza), sussidjarja ta’ Burelle SA (Franza), |
|
— |
EKPO Fuel Cell Technologies GmbH (“EKPO”, il-Ġermanja), |
|
— |
ElringKlinger Fuelcell Systems Austria GmbH (“EKAT”, l-Awstrija). |
EK u PO NE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EKPO kollha kemm hi, u PO NE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ EKAT kollha kemm hi. Iż-żewġ tranżazzjonijiet huma interrelatati.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EK: il-kumpanija prinċipali finali tal-grupp Ġermaniż, ElringKlinger, li jissupplixxi l-karozzi b’operazzjonijiet internazzjonali, li jispeċjalizza f’soluzzjonijiet ħfief, l-emobilità, it-teknoloġija tal-issiġillar u l-protezzjoni, l-għodod u s-servizzi tal-inġinerija, |
|
— |
PO NE: parti mill-grupp tal-PO, li jissupplixxi karozzi b’operazzjonijiet internazzjonali, li joffri komponenti esterni (speċjalment bumpers u moduli ta’ quddiem) minn naħa waħda (sistemi esterni intelliġenti u diviżjonijiet HBPO) kif ukoll sistemi ta’ ħżin u kunsinna tal-fuel (inklużi tankijiet u pajpijiet tal-mili), sistemi ta’ ħżin bi pressjoni għolja u sistemi ta’ dekontaminazzjoni min-naħa l-oħra, |
|
— |
EKPO: ir-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ stacks taċ-ċelloli tal-fuel tal-idroġenu u servizzi ta’ inġinerija relatati, komponenti taċ-ċelloli tal-fuel (pereż. pjanċi bipolari, moduli tal-media, soluzzjonijiet tal-issiġillar) u moduli taċ-ċelloli tal-fuel immuntati primarjament għall-industrija tal-karozzi definiti bħala vetturi ħfief (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief) u vetturi kummerċjali medji u tqal (karozzi tal-linja u trakkijiet), |
|
— |
EKAT: speċjalizzata fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ sistema taċ-ċelloli tal-fuel tal-idroġenu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10067 — ElringKlinger/Plastic Omnuim New Energies/EKPO Fuel Cell Technologies/ElringKlinger Fuelcell Systems Austria
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).