DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
4 ta’ Ġunju 2009 ( *1 )
Fil-Kawżi magħquda C-439/07 u C-499/07,
li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) (C-439/07) u mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) (C-499/07), permezz tad-deċiżjonijiet tat-13 ta’ Settembru u tal-, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fl- u fis-, fil-proċeduri
Belgische Staat (C-439/07)
vs
KBC Bank NV,
u
Beleggen, Risicokapitaal, Beheer NV (C-499/07)
vs
Belgische Staat,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Borg Barthet u E. Levits (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: R. Grass,
peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,
wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147), kif ukoll tal-Artikoli 43 KE u 56 KE. |
|
2 |
Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest tal-kawżi bejn il-Belgische Staat u KBC Bank NV (iktar ’il quddiem il-“KBC”) (C-439/07) u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer NV (iktar ’il quddiem “BRB”) u l-Belgische Staat (C-499/07) dwar l-istabbiliment tal-ammont tad-dħul taxxabbli tagħhom taħt it-taxxa fuq il-kumpanniji għas-snin fiskali 2000 u 2001 fir-rigward ta’ KBC, u 2003 u 2004 fir-rigward ta’ BRB. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
|
3 |
Skont it-tielet premessa tagħha, id-Direttiva 90/435 għandha l-għan, b’mod partikolari, li telimina l-iżvantaġġi fiskali sostnuti mill-gruppi ta’ kumpanniji ta’ Stati Membri differenti meta mqabbla ma’ gruppi ta’ kumpanniji tal-istess Stat Membru. |
|
4 |
Taħt l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 90/435, l-istatus tal-kumpannija parent għandu jiġi attribwit għall-inqas lil kull kumpannija ta’ Stat Membru li tissodisfa ċerti kundizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u li jkollha sehem minimu ta’ 25% fil-kapital ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor li tissodisfa l-istess kundizzjonijiet. |
|
5 |
L-Artikolu 4(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “1. Meta kumpannija ġenitur, bis-saħħa ta’ l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija ġenitur għandu, għajr meta din ta’ l-aħħar tiġi llikwidata, jew:
2. Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżomm il-għażla li jipprovdi illi kull impost li jkollu x’jaqsam ma’ l-ishma u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja jistgħu ma jitnaqqsux mill-profitti taxxabbli tal-kumpannija ġenitur. Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ishma f’dan il-każ jiġu ffissati bħala rata waħda uniformi, l-ammont iffissat ma jistax jaqbeż il 5% tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
6 |
Id-Direttiva 90/435 ġiet trasposta fil-liġi Belġjana permezz tal-liġi tat-23 ta’ Ottubru 1991 (Belgisch Staatsblad, tal-, p. 25619), li bidlet is-sistema ta’ dħul intaxxat b’mod definittiv (iktar ’il quddiem is-“sistema DID”) eżistenti u ffissat għal 95% l-ammont tad-dividendi riċevuti li jistgħu jitnaqqsu mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent. |
|
7 |
Wara l-kodifikazzjoni li seħħet fl-1992, id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sistema DID inġabru fl-Artikoli 202, 204 u 205 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, ikkoordinat mid-Digriet Irjali tal-10 ta’ April 1992 u kkonfermat mil-liġi tat- (Suppliment għal Belgisch Staatsblad tat-, iktar ’il quddiem “KTD 1992”), kif implementat mid-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 (Belgisch Staatsblad tat-, iktar ’il quddiem id-“Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-KTD 1992”). |
|
8 |
Skont l-imsemmija dispożizzjonijiet, kumpannija tista’ tnaqqas mill-qligħ tagħha 95% tad-dividendi riċevuti mingħand is-sussidjarji tagħha fis-sens tad-Direttiva 90/435, għal dħul intaxxat b’mod definittiv (iktar ’il quddiem it-“tnaqqis DID”). |
|
9 |
Il-funzjonament tas-sistema DID jista’ jkun deskritt fil-qosor kif ġej. Inizjalment, id-dividend imqassam mis-sussidjarja għandu jkun inkluż fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent. Imbagħad, dan id-dividend huwa mnaqqas minn din il-bażi taxxabbli, iżda biss sa kemm, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, jibqa’ bilanċ pożittiv wara tnaqqis ta’ profitti eżenti oħra. |
|
10 |
B’hekk, l-Artikolu 202 tal-KTD 1992 jipprovdi: “1. Għandhom jitnaqqsu wkoll mill-profitti mill-perijodu taxxabbli, sa fejn huma inklużi:
2. Id-dħul imsemmi fl-Artikolu 202(1)(1°) […], jista’ jitnaqqas biss sa fejn fid-data tal-għoti jew tal-ħlas tiegħu, il-kumpannija benefiċjarja għandha sehem fil-kapital tal-kumpannija li tiddistribwixxih ta’ mhux inqas minn 5 [%] jew li l-valur tal-investiment tagħha jilħaq mill-inqas [EUR] 1200000” |
|
11 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 204 tal-KTD 1992 huwa fformulat kif ġej: “Id-dħul li jista’ jitnaqqas skont l-Artikolu 202(1)(1) […] suppost jaqa’ taħt il-profitti tal-perijodu taxxabbli sa 95% tal-ammont miġbur jew riċevut eventwalment miżjud bil-ħlas bil-quddiem ta’ taxxa fuq id-dħul fuq proprjetà mobbli reali jew fittizja […]” |
|
12 |
L-Artikolu 205(2) tal-KTD 1992 jipprovdi: “It-tnaqqis previst fl-Artikolu 202 huwa limitat għall-ammont tal-profitti tal-perijodu taxxabbli, li jibqa’ wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 199, imnaqqas:
|
|
13 |
L-Artikolu 77 tad-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-KTD 1992 jipprovdi: “L-ammonti previsti fl-Artikoli 202 sa 205 tal-[KTD] 1992 li jistgħu jitnaqqsu abbażi tad-dħul intaxxat b’mod definittiv […] huma mnaqqsa sal-ammont tal-profitti li jibqgħu wara li jiġi applikat l-Artikolu 76; dan it-tnaqqis iseħħ fid-dawl tal-provenjenza tal-profitti u, bħala kwistjoni ta’ prijorità mill-profitti li fihom dawn l-ammonti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
Kawża C-439/07
|
14 |
KBC, kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Belġju, irċeviet, matul is-sena fiskali 2000, dividendi fuq l–azzjonijiet tagħha f’kumpanniji stabbiliti fil-Belġju, fi Stati Membri oħra kif ukoll fl-Isvizzera ta’ ammont totali ta’ EUR 261571848.56. Skont KBC, dawn kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tnaqqis imsemmija fl-Artikoli 202 u 203 tal-KTD 1992 u setgħu jkunu s-suġġett tal-applikazzjoni tas-sistema DID għad-dividendi li jikkorrispondu għal ammont ta’ EUR 254225662.61. Dan l-aħħar ammont kien maqsum f’dividendi riċevuti mis-sussidjarji ta’ KBC stabbiliti fil-Belġju (EUR 157024873.74), fi Stati Membri oħra (EUR 96887457.38) kif ukoll fl-Isvizzera (EUR 313331.49). |
|
15 |
KBC qieset li, skont l-Artikolu 204 tal-KTD 1992, ammont ta’ EUR 241514379.48, jiġifieri 95% tad-dividendi li setgħu jkunu s-suġġett ta’ applikazzjoni tas-sistema DID, kellu jitnaqqas mill-ammont ta’ dħul mis-sena fiskali kkonċernata. |
|
16 |
Skont l-Artikolu 205(2) tal-KTD 1992 u l-Artikolu 77 tad-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-KTD 1992, it-tnaqqis DID kien limitat għall-profitti residwi qabel l-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri ta’ ammont ta’ EUR 156116633.08li minnu tnaqqas ukoll l-ammont ta’ EUR 13137553.78, li jikkorrispondi għall-ispejjeż mhux ammessi għat-tnaqqis DID, skont l-Artikolu 205(2)(1) u (8), tal-KTD 1992. |
|
17 |
Konsegwentement, fuq ammont ta’ dividendi riċevuti li jistgħu jibbenifikaw mit-tnaqqis DID ta’ EUR 241514379.84, huwa biss ammont ta’ EUR 142979079.30li jista’ jiġi dedott mill-profitti taxxabbli ta’ KBC. |
|
18 |
Peress li telf trasferibbli ekwivalenti għal dan l-ammont mhux deduċibbli ta’ EUR 98535300.18abbażi tad-dħul intaxxat b’mod definittiv ma ġiex ammess b’mod żbaljat, KBC ifformulat, fid-dikjarazzjoni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2000 dwar is-sena fiskali 2000, riżerva fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 205(2) tal-KTD 1992 u l-Artikolu 77 tad-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-KTD 1992 mad-Direttiva 90/435 u kif ukoll mal-libertà ta’ stabbiliment. |
|
19 |
Peress li l-awtorità fiskali ma aċċettatx it-teżi ta’ KBC, din tal-aħħar ressqet ilment kontra l-istima għas-sena fiskali 2000. Peress li dan l-ilment inċaħad, KBC dehret quddiem ir-rechtbank van eerste aanleg te Brussel (Qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell). |
|
20 |
Fid-dikjarazzjoni tagħha tas-27 ta’ Lulju 2001 dwar is-sena fiskali 2001, KBC ukoll ifformulat l-istess riżerva msemmija fil-punt 18 tad-digriet preżenti. |
|
21 |
B’mod partikolari, KBC talbet sabiex tkun tista’ tibbenifika mill-possibbiltà li jinqata’ kontra l-profitti tas-sena fiskali 2001 it-telf ta’ EUR 98535300.18sostnut waqt is-sena fiskali preċedenti u li, skontha, kellu jista’ jiġi ttrasferit. Hija qieset li l-profitti taxxabbli tagħha għas-sena fiskali 2001 kienu ġew kompletament assorbiti mit-telf trasferit u talbet li t-telf residwu, ta’ ammont ta’ EUR 53219495.46, jiġi kkunsidrat bħala telf trasferibbli għas-sena fiskali 2002. |
|
22 |
Peress li l-awtorità fiskali ma aċċettatx dan ir-raġunament, KBC ressqet ilment kontra l-istima maħruġa għas-sena 2001. Peress li dan l-ilment inċaħad, KBC reġgħet ressqet rikors quddiem ir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel. |
|
23 |
B’deċiżjoni tal-25 ta’ April 2003, l-imsemmija qorti laqgħat it-talbiet ta’ KBC u annullat l-istimi kkontestati. |
|
24 |
Peress li qies li KBC ma kellhiex telf trasferibbli la għas-sena fiskali 2000 u lanqas għas-sena 2001 u li l-awtorità fiskali kienet aġixxiet b’mod konformi mad-dritt Belġjan u kif ukoll mad-dritt Komunitarju, il-Belgische Staat ippreżenta appell kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Hof van beroep te Brussel (Qorti tal-Appell ta’ Brussell) li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Kawża C-499/07
|
25 |
Waqt is-sena fiskali 2003, BRB, kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Belġju, rċeviet mingħand kumpannija li għandha wkoll l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Belġju dividendi ta’ ammont ta’ EUR 445000, li minnhom ammont ta’ EUR 422750 setgħu jitnaqqsu abbażi tas-sistema DID skont l-Artikolu 204 tal-KTD 1992. |
|
26 |
Il-profitti taxxabbli ta’ BRB għas-sena fiskali 2003 ma kienx għoli biżżejjed sabiex id-dividendi riċevuti jiġu mnaqqsa totalment. Għaldaqstant, din il-kumpannija rreġistrat fid-dikjarazzjoni tagħha dwar l-imsemmija sena fiskali telf ta’ EUR 123300.86, ikkostitwit minn telf għall-perijodu taxxabbli ta’ ammont ta’ EUR 103194.38, li jikkorrispondi għall-ammont ta’ dividendi li ma setgħux jitnaqqsu abbażi tas-sistema DID, kif ukoll ta’ telf trasferibbli tas-sena fiskali 2002 ta’ ammont ta’ EUR 20106.48. |
|
27 |
B’avviż ta’ rettifika tal-20 ta’ April 2004, l-awtorità fiskali rrifjutat li taċċetta t-telf trasferibbli sa fejn id-dħul intaxxat b’mod definittiv qatt ma jista’ jagħti lok għal telf li jista’ jiġi ttrasferit. Skont l-awtorità fiskali, dan kellu jkun limitat għar-riżultat tas-sena fiskali taxxabbli, jiġifieri EUR 319555.62, bit-tnaqqis tas-spejjeż mhux aċċettati (EUR 187.50). Konsegwentement, id-dħul intaxxat b’mod definittiv kellu jkun limitat għal EUR 319368.12u l-qligħ taxxabbli ta’ BRB kien jogħla għaldaqstant għal EUR 187.50, mingħajr ma kien jkun hemm telf li jista’ jiġi trasferit. Din il-kumpannija ma aċċettatx ir-rettifiki. |
|
28 |
Fid-dikjarazzjoni fiskali tagħha dwar is-sena fiskali 2004, BRB ittrasferiet telf ta’ EUR 123300.86, li l-awtorità fiskali rrifjutat li tikkunsidra permezz ta’ avviż ta’ rettifika tal-11 ta’ Frar 2005. L-imsemmija kumpannija lanqas ma aċċettat din ir-rettifika. |
|
29 |
Peress li l-awtorità fiskali stabbilixxiet l-istimi ta’ taxxa għas-snin fiskali 2003 u 2004 skont ir-rettifiki ddikjarati, BRB ressqet ilmenti kontrihom, li nċaħdu minn din l-istess awtorità. |
|
30 |
Għaldaqstant, BRB ressqet rikors quddiem ir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Bruges) li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
|
31 |
Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2008, il-kawżi C-439/07 u C-499/07 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza. |
Fuq id-domandi preliminari
|
32 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, meta talba għal deċiżjoni preliminari tkun identika għal domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwarha, jew fil-każ li r-risposta għal tali domanda tkun tista’ b’mod ċar tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, f’kull waqt, tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat. |
Fuq l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435
Fuq l-ewwel domanda fiż-żewġ kawżi
|
33 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qrati tar-rinviju essenzjalment jistaqsu jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, għall-finijiet tal-eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat ta’ kumpannija sussidjarja li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor, tipprovdi li l-imsemmija dividendi jkunu inklużi fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent, sabiex imbagħad jitnaqqsu sa massimu ta’ 95% sa fejn għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, jibqa’ bilanċ pożittiv wara t-tnaqqis ta’ profitt eżenti ieħor, u li għandha bħala effett li:
|
|
34 |
Din id-domanda hija essenzjalment analoga għal dik magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-12 ta’ Frar 2009, Cobelfret (C-138/07, Ġabra p. I-731). Bl-istess mod, il-kawżi prinċipali u dik li wasslet għall-imsemmija sentenza Cobelfret jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-istess leġiżlazzjoni nazzjonali. Għaldaqstant, ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din l-aħħar sentenza hija kompletament transponibbli għall-ewwel domanda magħmula fil-kawżi prinċipali. |
|
35 |
Fis-sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tipprovdi li d-dividendi riċevuti minn kumpannija parent huma inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha, sabiex sussegwentement jitnaqqsu sa massimu ta’ 95% sa fejn, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, ikun hemm profitt pożittiv wara t-tnaqqis ta’ profitti eżentati l-oħra. |
|
36 |
L-ewwel nett il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, minn naħa, li l-obbligu tal-Istat Membru li għażel is-sistema prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 li jastjeni milli jintaxxa l-profitti li l-kumpannija parent tirċievi bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha ma huwa suġġett għal ebda kundizzjoni u huwa suġġett biss għall-paragrafi 2 u 3 tal-istess artikolu kif ukoll għall-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva u li, min-naħa l-oħra, l-ebda kundizzjoni ma hija partikolarment prevista fl-ewwel inċiż tal-imsemmi Artikolu 4(1) għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ profitti taxxabbli oħra sabiex id-dividendi riċevuti mill-kumpannija parent ma jkunux suġġetti għat-taxxa (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punti 33 u 34). |
|
37 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li sistema li tipprovdi li d-dividendi riċevuti minn kumpannija parent jiżdiedu mal-bażi taxxabbli tagħha u li, sussegwentement, ammont ta’ 95% ta’ dawn id-dividendi huwa mnaqqas biss minn din il-bażi meta jeżistu profitti taxxabbli fil-kumpannija parent, għandha bħala effett li din tal-aħħar tista’ biss tibbenefika totalment minn dan il-vantaġġ jekk ma tkunx sostniet, fir-rigward ta’ dħul taxxabbli ieħor, riżultat negattiv għall-istess perijodu (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35). |
|
38 |
Issa, l-Istati Membri ma jistgħux unilateralment jistabbilixxu miżuri restrittivi, bħar-rekwiżit tal-eżistenza ta’ profitti taxxabbli tal-kumpannija parent, u b’hekk jimponu kundizzjonijiet fuq il-possibbiltà li wieħed jibbenefika mill-vantaġġi previsti mid-Direttiva 90/435. (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36). |
|
39 |
It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, fil-każ fejn mill-proċess ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li bħala prinċipju, il-leġiżlazzjoni fiskali Belġjana tipprovdi għat-trasferiment tat-telf għal fuq snin fiskali sussegwenti, it-tnaqqis tat-telf tal-kumpannija parent li seta’ jibbenefika minn dan it-trasferiment sal-massimu tad-dividendi riċevuti għandu effett fuq il-bażi taxxabbli ta’ din il-kumpannija fis-sena fiskali wara dik li fiha dawn id-dividendi huma riċevuti, bażi li, wara t-tnaqqis tat-telf trasferibbli, tkun l-iktar għolja (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39). |
|
40 |
Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, anki jekk id-dividendi riċevuti mill-kumpannija parent ma humiex suġġetti għat-taxxa taħt it-taxxa tal-kumpanniji fis-sena fiskali li fiha dawn id-dividendi tqassmu, l-imsemmi tnaqqis tat-telf tal-kumpannija parent jista’ jkollu bħala effett li din tal-aħħar tiffaċċa indirettament taxxa fuq dawn id-dividendi fis-snin fiskali sussegwenti, meta r-riżultat tal-kumpannija parent ikun pożittiv u li tali effett tal-limitazzjoni tat-tnaqqis DID la huwa kompatibbli mal-kliem u lanqas mal-għanijiet u s-sistema tad-Direttiva 90/435 (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punti 40 u 41). |
|
41 |
Qabel kollox, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma jistax jiġi dedott mill-użu tal-kliem “iżomm lura milli jintaxxa” fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, minflok il-verb “jeżenta” li din tippermetti tali effett tal-limitazzjoni tat-tnaqqis DID fuq it-telf tal-kumpannija parent fil-każ fejn xejn fl-istruttura jew fl-għan ta’ din id-direttiva ma jissuġġerixxi li hemm xi differenza sostanzjali bejn il-kunċetti ta’ “żamma lura mill-intaxxar” u “eżenzjoni” tal-profitti riċevuti mill-kumpannija parent, il-Qorti tal-Ġustizzja xi kultant użat il-kelma “eżenzjoni”, u xi kultant l-obbligu ta’ “żamma lura mill-intaxxar” fis-sens tal-Artikolu 4(1) (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punti 42 u 43). |
|
42 |
Isegwi li, peress li ġie rrilevat li meta l-kumpannija parent ma tkunx għamlet profitti taxxabbli oħra matul il-perijodu li fih huma riċevuti d-dividendi, is-sistema DID ma tippermettix li jintlaħaq totalment l-għan tal-prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, hekk kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, avolja meta japplika l-imsemmija sistema għad-dividendi mqassma kemm mis-sussidjarji rreġistrati lokalment kif ukoll minn dawk irreġistrati fi Stati Membri oħra, ir-Renju tal-Belġju qed jipprova jelimina kull penalizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn kumpanniji ta’ Stati Membri differenti meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn kumpanniji tal-istess Stat Membru, dan ma jiġġustifikax l-applikazzjoni ta’ sistema li ma hijiex kompatibbli mas-sistema ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika prevista fl-ewwel inċiż tal-imsemmi Artikolu 4(1) (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punti 45 u 46). |
|
43 |
Fl-aħħar, fir-rigward tal-argument li r-restrizzjoni fuq it-tnaqqis DID iwassal mill-inqas għall-istess riżultat tas-sistema ta’ tassazzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, u li xejn ma jindika li tali sistema, li tinsab fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1), tirriżulta f’riżultat iktar favorevoli minn dak previst fl-imsemmi t-tieni inċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, minn naħa, li l-għażla bejn is-sistema ta’ eżenzjoni u dik ta’ tassazzjoni ma twassalx neċessarjament għall-istess riżultat fil-kumpannija li tirċievi d-dividendi, u min-naħa l-oħra, Stat Membru li waqt it-traspożizzjoni ta’ direttiva għażel waħda mis-sistemi alternattivi previsti minn din ma jistax japplika l-effetti jew il-limitazzjonijiet li setgħu jirriżultaw mill-implementazzjoni tas-sistema l-oħra (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punti 48 u 50). |
|
44 |
Konsegwentement, fir-rigward ta’ dak li ntqal qabel, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda fil-Kawżi C-439/07 u C-499/07 tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li għall-finijiet tal-eżenzjoni tad-dividendi riċevuti minn kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat minn sussidjarja li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor, tipprovdi li l-imsemmija dividendi huma inklużi fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent, sabiex sussegwentement jitnaqqsu sa massimu ta’ 95% sa fejn, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, ikun hemm profitt wara t-tnaqqis ta’ profitti eżenti oħra u li jkollha bħala effett li:
|
Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C-499/07
|
45 |
Permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C-499/07, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandux jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu neċessarjament jippermetti li l-profitti mqassma lill-kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor ikunu totalment deduċibbli mill-ammont ta’ profitti tas-sena fiskali u li t-telf li jirriżulta jkun jista’ jiġi mressaq fuq sena fiskali oħra. |
|
46 |
Għandu jiġi mfakkar li huwa kull Stat Membru li għandu jorganizza, filwaqt li jirrispetta d-dritt Komunitarju, is-sistema tiegħu tat-tassazzjoni tal-profitti mqassma u li jiddefinixxi, f’dan il-kuntest, il-bażi taxxabbli kif ukoll ir-rata tat-taxxa li għandhom japplikaw għall-azzjonist benefiċjarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, C-374/04, Ġabra p. I-11673, punt 50; Test Claimants in the FII Group Litigation, C-446/04, Ġabra p. I-11753, punt 47, u tal-, Orange European Smallcap Fund, C-194/06, Ġabra p. I-3747, punt 30). |
|
47 |
Fir-rigward tat-tqassim ta’ profitti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, id-Direttiva 90/435 tipprovdi, fl-Artikolu 4(1) tagħha, li meta kumpannija parent, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni mal-kumpannija sussidjarja tagħha, tirċievi profitti mqassma, l-Istat Membri li fih hija stabbilita l-kumpannija parent għandu jew iżomm lura milli jintaxxa dawn il-profitti jew jawtorizza lill-kumpannija parent sabiex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa tagħha dik il-frazzjoni tat-taxxa tas-sussidjarja relatata ma’ dawn il-profitti u, jekk dan ikun il-każ, l-ammont tat-taxxa minn ras il-għajn imposta mill-Istat Membru li fih tkun residenti s-sussidjarja, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa nazzjonali korrispondenti (sentenza tat-3 ta’ April 2008, Banque Fédérative du Crédit Mutuel, C-27/07, Ġabra p. I-2067, punt 25, u Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30), billi tħalli espiċitament l-għażla f’idejn l-Istati Membri bejn is-sistema ta’ eżenzjoni u s-sistema ta’ tassazzjoni (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuqs Test Claimants in the FII Group Litigation, punt 44, u Cobelfret, punt 31). |
|
48 |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 jikkostitwixxi dispożizzjoni inkundizzjonata u suffiċjentement speċifika sabiex tkun tista’ tiġi invokata quddiem il-qrati nazzjonali (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65), mingħajr, madankollu, ma tistabbilixxi l-mod li bih l-Istati Membri li għażlu s-sistema ta’ eżenzjoni għandhom jimplementawha. |
|
49 |
Fil-fatt, skont it-termini stess tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 249 KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-forma u l-mezzi ta’ implementazzjoni tad-direttivi li jippermettu li jiġi ggarantit bl-aħjar mod ir-riżultat li dawn tal-aħħar iridu jiksbu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2005, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-456/03, Ġabra p. I-5335, punt 51; tal-, Kofoed, C-321/05, Ġabra p. I-5795, punt 43, u tat-, Danske Svineproducenter, C-491/06, Ġabra p. I-3339, punt 27). |
|
50 |
Konsegwentement, l-Istati Membri huma ħielsa sabiex jiddeterminaw, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-ordni ġuridika interna tagħhom, il-modalitajiet li permezz tagħhom ir-riżultat preskritt fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu jintlaħaq (ara b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 90/435, is-sentenza tas-17 ta’ Ottubru 1996, Denkavit et., C-283/94, C-291/94 u C-292/94, Ġabra p. I-5063, punt 33). |
|
51 |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/435, kull Stat Membru għandu jżomm l-għażla li jipprovdi li kull spiża relatata mal-azzjonijiet fil-kumpannija sussidjarja ma tistax titnaqqas mill-profitti taxxabbli tal-kumpannija parent, filwaqt li huwa ppreċiżat li, jekk, f’dan il-każ, l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu mal-azzjonijiet huma ffissati bħala rata waħda uniformi, l-ammont iffissat ma jistax jaqbeż il-5% tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja (sentenza Banque Fédérative du Crédit Mutuel, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28). |
|
52 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Artikolu 4(2) tad-direttiva jippermetti lil Stat Membru jiffissa l-ispejjeż ta’ ġestjoni li ma jistgħux jitnaqqsu għal ammont fiss li ma jistax jaqbeż il-5% tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja, mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn dan l-Istat Membru għażel sistema ta’ eżenzjoni u dik fejn huwa għażel sistema ta’ tassazzjoni (sentenza Banque Fédérative du Crédit Mutuel, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45). |
|
53 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda fil-Kawża C-499/07 għandha tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, moqri flimkien mal-Artikolu 4(2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jobbligax lill-Istati Membru biex jippermettu neċessarjament li l-profitti mqassma lill-kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor ikunu totalment deduċibbli mill-ammont ta’ profitti tas-sena fiskali tal-kumpannija parent u li t-telf li jirriżulta jkun jista’ jiġi ttrasferit fuq sena fiskali ulterjuri. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, fid-dawl kemm tal-bżonnijiet tal-ordni ġuridika interna tagħhom kif ukoll tal-fakultà prevista fl-imsemmi Artikolu 4(2), il-modalitajiet li permezz tagħhom ir-riżultat imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) jista’ jintlaħaq. |
|
54 |
Madankollu, meta Stat Membru għażel is-sistema ta’ eżenzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435. u li, bħala prinċipju, il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru taċċetta t-trasferiment ta’ telf għas-snin fiskali ulterjuri, l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jkollha bħala effett li tnaqqas it-telf tal-kumpannija parent li jista’ jibbenefika minn dan it-trasferiment sal-massimu tad-dividendi riċevuti. |
Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C-439/07 u t-tielet domanda fil-Kawża C-499/07
|
55 |
Permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C-439/07 kif ukoll tat-tielet domanda fil-Kawża C-499/07, il-qrati tar-rinviju jistaqsu essenzjalment jekk, fil-każ fejn il-leġiżlatur ta’ Stat Membru ddeċieda, waqt it-traspożizzjoni tad-Direttiva 90/435, li jitratta bl-istess mod is-sitwazzjonijiet purament interni u s-sitwazzjonijiet irregolati minn din id-direttiva, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-imsemmija sitwazzjonijiet interni. |
|
56 |
Hekk kif jirriżulta mil-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 90/435 tipprovdi għat-tqassim tal-profitti riċevuti minn kumpanniji ta’ Stat Membru li jkunu ġejjin mis-sussidjarji tagħhom li jkollhom l-uffiċċju prinċipali fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha skont it-tipi ta’ kumpanniji kif elenkati fl-anness ta’ din id-direttiva, filwaqt li l-Artikolu 3(1) ta’ din tal-aħħar jipprovdi għal sehem minimu li minnu kumpannija tista’ tiġi kkunsidrata bħala kumpannija parent u oħra bħala s-sussidjarja tagħha fis-sens ta’ din l-istess direttiva (sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20). |
|
57 |
Konsegwentement, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 ma jirregolax is-sitwazzjonijiet li ma jissodisfawx l-imsemmija kundizzjonijiet u, b’mod partikolari dik li fiha l-uffiċċju prinċipali tal-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi jinsab fl-istess Stat Memrbu ta’ dak tal-kumpannija li tirċivihom. Isegwi li l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax fiha nnifisha tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali għal sitwazzjonijiet purament interni. |
|
58 |
Kif indikaw ukoll il-qrati tar-rinviju, il-leġiżlatur Belġjan kien iddeċieda, waqt it-traspożizzjoni tad-Direttiva 90/435, li japplika l-istess trattament għas-sitwazzjonijiet purament interni u s-sitwazzjonijiet irregolati minn din id-direttiva. |
|
59 |
Issa, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma ruħha, fir-rigward tas-soluzzjonijiet li hija tadotta fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet purament interni, ma’ dawk adottati fid-dritt Komunitarju, hija biss il-qorti nazzjonali, fil-kuntest tad-diviżjoni tal-funzjonijiet ġudizzjarji bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, prevista fl-Artikolu 234 KE, li għandha tevalwa l-portata eżatta ta’ dan ir-rinviju fid-dritt Komunitarju, peress li l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-eżami tad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt (sentenzi tat-18 ta’ Ottubru 1990, Dzodzi, C-297/88 u C-197/89, Ġabra p. I-3763, punti 41 u 42; tal-, Federconsorzi, C-88/91, Ġabra p. I-4035, punt 10, kif ukoll Leur-Bloem, iċċitata iktar ’il fuq, punti 32 u 33). Fil-fatt, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti li l-leġiżlatur nazzjonali seta’ jadotta għall-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju għal sitwazzjonijiet purament interni jifforma parti mid-dritt intern u, konsegwentement, mill-kompetenza esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru kkonċernat (sentenzi Dzodzi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42; tat-, Fournier, C-73/89, Ġabra p. I-5621, punt 23; Leur-Bloem, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33 u tat-, Les Vergers du Vieux Tauves, C-48/07, Ġabra p. I-10627, punt 27). |
|
60 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda fil-Kawża C-439/07 u għat-tielet domanda fil-Kawża C-499/07 tkun li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma, għas-soluzzjonijiet li tipprovdi għal sitwazzjonijiet purament interni, ma’ dawk miżmuma fid-dritt nazzjonali, hija l-qorti nazzjonali, fil-kuntest tad-diviżjoni tal-funzjonijiet ġudizzjarji bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, prevista fl-Artikolu 234 KE, li għandha tevalwa l-portata eżatta ta’ dan ir-rinviju għad-dritt Komunitarju, peress li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti li l-leġiżlatur nazzjonali seta’ stabbilixxa għall-applikazzjoni ta’ dan id-dritt għas-sitwazzjonijiet purament interni jaqa’ taħt id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat u għaldaqstant, taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati ta’ dan tal-aħħar. |
Fuq l-Artikolu 56 KE (it-tielet domanda fil-Kawża C-439/07)
|
61 |
Permezz tat-tielet domanda fil-Kawża C-439/07, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ fejn l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’sitwazzjonijiet li fihom il-kumpanniji parent u sussidjarji huma stabbiliti fi Stati Membri differenti kif ukoll f’sitwazzjonijiet li fihom il-kumpanniji għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-istess Stat Membru, l-Artikolu 56(1) KE, jipprekludi wkoll l-applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali għad-dividendi li ġejjin minn kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Stati terzi. |
|
62 |
Kif ġie mfakkar fil-punt 20 tas-sentenza Cobelfret, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll fil-punt 56 tad-digriet preżenti, jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/435 li din tipprevedi t-tqassim tal-profitti riċevuti minn kumpanniji ta’ Stat Membru li ġejjin mis-sussidjarji tagħhom li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħra. |
|
63 |
Konsegwentement, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 ma jirregolax is-sitwazzjonijiet li ma jissodisfawx l-imsemmija kundizzjonijiet u, b’mod partikolari, dik li fih l-uffiċċju priniċipali tal-kumpannija li tqassam id-dividendi jinsab fl-istess Stat Membru li tinsab fih il-kumpannija li tirċievihom (ara l-punt 57 tad-digriet preżenti) jew dik li fiha l-kumpannija li tqassam għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat terz. |
|
64 |
Għall-bqija, għandu jiġi mfakkar li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 56(1) KE, bħala restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddiswadu lill-persuni li ma humiex residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddiswadu lir-residenti ta’ dan l-Istat Membru milli jagħmlu dan fi Stati Membri oħra (sentenzi tat-23 ta’ Frar 2006, van Hilten-van der Heijden, C-513/03, Ġabra p. I-1957, punt 44; tal-, Festersen, C-370/05, Ġabra p. I-1129, punt 24, u tat-, A, C-101/05, Ġabra p. I-11531, punt 40, kif ukoll id-digriet tat-, The Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, C-201/05, Ġabra p. I-2875, punt 53). |
|
65 |
L-Artikolu 56(1) KE implementa l-liberalizzazzjoni tal-kapital bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, huwa jipprovdi, fil-kuntest tal-kapitolu tat-Trattat KE intitolat “Il-Kapital u l-Pagament”, li r-restrizzjonijiet kollha fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi huma pprojbiti (sentenzi tal-14 Diċembru 1995, Sanz de Lera et, C-163/94, C-165/94 u C-250/94, Ġabra p. I-4821, punt 19; van Hilten-van der Heijden, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37; A, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20, kif ukoll id-digriet The Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, iċċitat iktar ’il fuq, punt 90). |
|
66 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Artikolu 56(1) KE, flimkien mal-Artikoli 57 KE u 58 KE, jista’ jiġi invokat quddiem il-qorti nazzjonali u jista’ jwassal sabiex ir-regoli nazzjonali li huma inkompatibbli miegħu ma jiġux applikati, irrispettivament mill-kategorija ta’ moviment tal-kapital inkwistjoni (sentenza A, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27, u d-digriet The Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, iċċitat iktar ’il fuq, punt 91). |
|
67 |
Jekk, permezz tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-dividendi li ġejjin minn kumpannija stabbilita fi Stat terz jirċievu trattament inqas favorevoli minn dak mogħti lid-dividendi li ġejjin minn kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Belġju hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika minn qabel jekk l-Artikolu 56 KE huwiex applikabbli. |
|
68 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali taqax taħt waħda jew oħra mil-libertajiet ta’ moviment, jirriżulta minn ġurisprudenza ferm stabbilita li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara s-sentenza tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck, C-157/05, Ġabra p. I-4051, punt 22, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
69 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li leġiżlazzjoni nazzjonali li l-applikazzjoni tagħha ma tiddependix mill-ammont ta’ azzjonijiet li l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi jkollha fil-kumpannija li tqassam, tista’ taqa’ kemm taħt l-Artikolu 43 KE dwar il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll taħt l-Artikolu 56 KE dwar il-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar’il fuq, punt 36 u tas-26 ta’ Ġunju 2008, Burda, C-284/06, Ġabra p. I-4571, punt 71). |
|
70 |
Madankollu, safejn huma involuti ammonti ta’ azzjonijiet li jagħtu lill-pussessuri tagħhom influwenza definittiva fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanniji kkonċernati u jippermettulhom jiddeterminaw l-attivitajiet tagħhom, huma d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment li japplikaw (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 81). |
|
71 |
Konsegwentement, huwa fir-rigward tas-suġġett tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll tal-fatti tal-kawża mressqa quddiemha li huwa għall-qorti tar-rinviju sabiex tiddetermina jekk l-Artikolu 56 KE jistax jiġi invokat. Jekk ikun il-każ, hija hi li għandha tivverifika jekk dan l-artikolu jipprekludix trattament differenti tad-dividendi li ġejjin mis-sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru fil-konfront ta’ dawk ġejjin minn sussidjarji li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Belġju. |
|
72 |
Għaldaqstant, għandu jiġi mfakkar minn naħa, li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-limitu sa fejn l-Istati Membri huma awtorizzati li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet restrittivi dwar il-movimenti ta’ kapital ma jistax jiġi ddeterminat mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li l-movimenti ta’ kapital lejn jew minn pajjiż terz iseħħu f’kuntest legali differenti minn dawk li jseħħu fih fi ħdan il-Komunità Ewropea. B’hekk, minħabba l-livell ta’ integrazzjoni ġuridika eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ miżuri leġiżlattivi Komunitarji intiżi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali nazzjonali, bħad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU L 336, p. 15), it-tassazzjoni minn Stat Membru ta’ attivitajiet ekonomiċi li għandhom aspetti traskonfinali li jinsabu ġewwa l-Komunità mhux dejjem hija simili għal dik imposta fuq attivitajiet ekonomiċi li jirrigwardaw relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 170 u d-digriet The Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 92). |
|
73 |
Min-naħa l-oħra, lanqas ma jista’ jiġi eskluż li Stat Membru jista’ juri li restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital lejn jew minn pajjiż terz hija ġġustifikata minħabba raġuni partikolari f’ċirkustanzi fejn din ir-raġuni ma hijiex ta’ natura li jikkostitwixxi ġustifikazzjoni valida għal restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital bejn Stati Membri (sentenza A, iċċitata iktar ’il fuq, punti 36 u 37, kif ukoll id-digriet The Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 93). |
|
74 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, għandu jiġi mfakkar li r-risposta għat-tielet domanda fil-Kawża C-439/07 għandha tkun li jekk, skont leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, id-dividendi li ġejjin minn kumpannija stabbilita fi Stat terz jirċievu trattament inqas favorevoli minn dawk li ġejjin kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali fl-imsemmi Stat Membru, hija l-qorti nazzjonali, fid-dawl kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll tal-fatti tal-kawża mressqa quddiemha, li għandha tivverifika jekk l-Artikolu 56 KE huwiex applikabbli u, jekk ikun il-każ, jekk dan jipprekludix tali trattament differenti. |
Fuq l-Artikolu 43 KE (ir-raba’ domanda fil-Kawżi C-439/07 u C-499/07)
|
75 |
Permezz tar-raba’ domanda fil-kawżi C-439/07 u C-499/07, il-qrati tar-rinviju jistaqsu essenzjalment jekk l-Artikolu 43 KE jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru li tirċievi profitti mqassma mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor tista’ tnaqqas dawn mid-dħul taxxabbli biss sal-limitu tal-profitti tal-perijodu taxxabbli li fih il-profitti ġew mqassma, filwaqt li dawn tal-aħħar jistgħu jkunu totalment eżenti kieku din il-kumpannija kienet ikkostitwixxiet uffiċċju stabbli f’dan l-Istat Membru ieħor. |
|
76 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-libertà ta’ stabbiliment taċ-ċittadini ta’ Stat membru fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor tinkludi l-aċċess għall-attivitajiet mhux imħallsa u l-eżerċizzju tagħhom, kif ukoll il-kostituzzjoni u t-tmexxija ta’ impriżi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ stabbiliment għaċ-ċittadini tiegħu stess. L-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment tinkludi r-restrizzjonijiet għall-ħolqien ta’ aġenziji, fergħat jew sussidjarji miċ-ċittadini ta’ Stat membru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenzi tat-28 ta’ Jannar 1986, Il-Kummissjoni vs Franza, 270/83, Ġabra p. 273, punt 13, u tad-, Royal Bank of Scotland, C-311/97, Ġabra p. I-2651, punt 22 u tat-, CLT-UFA, C-253/03, Ġabra p. I-1831, punt 13). |
|
77 |
Fir-rigward tat-trattament fl-Istat Membru ospitanti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43 KE, iħalli espressament lill-operaturi ekonomiċi l-possibbiltà li jagħżlu b’mod ħieles il-forma legali approprjata għall-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tagħhom fi Stat Membru ieħor u din l-għażla libera ma għandhiex tkun limitata b’dispożizzjonijiet fiskali diskriminatorji (ara s-sentenzi, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22; CLT-UFA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 14, u tat-18 ta’ Lulju 2007, Oy AA, C-231/05, Ġabra p. I-6373, punt 40). |
|
78 |
Il-libertà ta’ għażla tal-forma legali approprjata għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet fi Stat Membru ieħor għandha għaldaqstant, b’mod partikolari, bħala skop li tippermetti lill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru li jiftħu fergħa fi Stat Membru ieħor sabiex jeżerċitaw fih l-attivitajiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għas-sussidjarji (sentenza CLT-UFA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 15). |
|
79 |
Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, anki jekk, skont il-formolazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment huma intiżi li jiżguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, fl-istess waqt dawn jipprekludu li l-Istat Membru ta’ oriġini jostakola l-istabbiliment fi Stat Membru ieħor ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew ta’ kumpannija stabbilita skond il-leġiżlazzjoni tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 1998, ICI, C-264/96, Ġabra p. I-4695, punt 21; tat-, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C-196/04, Ġabra p. I-7995, punt 42; tas-, Columbus Container Services, C-298/05, Ġabra p. I-10451, punt 33, kif ukoll tal-, Lidl Belgium, C-414/06, Ġabra p. I-3601, punt 19). |
|
80 |
B’hekk, fir-rigward tal-obbligi tal-Istat Membru ta’ oriġini, il-Qorti tal- Ġustizzja tirrileva li l-awtonomija fiskali li minnha jgawdu fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju l-Istati Membri timplika wkoll li dawn tal-aħħar huma ħielsa li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-livell ta’ tassazzjoni tal-forom differenti ta’ stabbilimenti tal-kumpanniji nazzjonali li joperaw f’pajjiż barrani, bil-kundizzjoni li jingħataw trattament li ma jkunx diskriminatorju meta mqabbel mal-istabbilimenti nazzjonali simili (sentenza Columbus Container Services, iċċitata iktar ’il fuq, punti 51 u 53). |
|
81 |
Issa, fil-kawżi prinċipali ma jirriżulta bl-ebda mod mill-proċessi mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qrati tar-rinviju li kumpannija parent stabblita fil-Belġju tiġi trattata b’mod inqas favorevoli meta l-profitti ricevuti huma mqassma minn sussidjarja li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor milli meta tali profitti huma mqassma minn sussidjarja simili stabbilita hija wkoll fil-Belġju. Bl-istess mod, lanqas ma huwa allegat li tali kumpannija parent hija suġġetta għal trattament inqas favorevoli meta hija tirċievi dħul minn stabbilimenti stabbli li jinsabu fi Stat Membru ieħor fil-konfront tad-dħul riċevut minn stabbiliment simili stabbilit fil-Belġju. |
|
82 |
Konsegwentement, ir-risposta għar-raba’ domanda fil-Kawżi C-439/07 u C-499/07, għandha tkun li l-Artikolu 43 KE ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru u li tirċievi profitti mqassma mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor tista’ tnaqqas dawn mid-dħul taxxabbli tagħha biss sal-limitu tal-profitti tal-perijodu taxxabbli li matulu dawn il-profitti ġew mqassma, filwaqt li dawn tal-aħħar jistgħu jkunu kompletament eżenti kieku din il-kumpannija kienet ikkostitwiet stabbiliment stabbli f’dan l-Istat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li t-trattament mogħti lill-profitti li ġejjin minn entitajiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor ma jkunx diskriminatorju fil-konfront ta’ dak mogħti lill-profitti li ġejjin minn entitajiet nazzjonali simili. |
Fuq l-ispejjeż
|
83 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qrati tar-rinviju, huma dawn il-qrati li jiddeċiedu fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.