|
20.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10096 — Invitalia/ArcelorMittal/AM InvestCo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 21/06)
1.
Fis-6 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa S.p.A. (“Invitalia”, l-Italja), |
|
— |
ArcelorMittal S.A. (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu), |
|
— |
AM InvestCo Italy S.p.A. (“AM InvestCo”, l-Italja), ikkontrollata minn ArcelorMittal. |
Invitalia u ArcelorMittal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ AM InvestCo kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Invitalia: aġenzija nazzjonali Taljana għall-investiment intern u l-iżvilupp ekonomiku, li bħalissa tikkontrolla bosta negozji attivi fis-setturi tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet, tal-banek, tat-turiżmu u tal-iżvilupp urban, |
|
— |
ArcelorMittal: kumpanija globali tal-azzar u tal-minjieri, li n-negozju prinċipali tagħha huwa l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar għal diversi applikazzjonijiet inklużi dawk tal-karozzi, tal-kostruzzjoni, tal-apparat domestiku, u tal-imballaġġ. Tipproduċi firxa ta’ prodotti tal-azzar nofshom lesti u lesti, inklużi prodotti ċatti u twal tal-azzar bil-karbonju, |
|
— |
AM InvestCo: sussidjarja ta’ ArcelorMittal, li tikkontrolla ċerti unitajiet kummerċjali tal-azzar Taljani li huma proprjetà tal-Grupp Ilva attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar tal-karbonju ċatti u tubi tal-azzar iwweldjati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10096 — Invitalia/ArcelorMittal/AM InvestCo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).