<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-277/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0277</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:708">EU:C:2021:708</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210909">9.9.2021</DATE> – Kawża C‑277/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">UM (Kuntratt li jittrasferixxi proprjetà <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT>)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“ "><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Suċċessjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 650/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt li jittrasferixxi proprjetà <HT TYPE="ITALIC">causa</HT> <HT TYPE="ITALIC">mortis</HT></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 83(2)</KEYWORD><KEYWORD>Għażla tal-liġi applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet tranżitorji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑277/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200527">27 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200624">24 ta’ Ġunju 2020</DATE>, fil-proċedura mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">UM</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">HW, bħala amministratur tas-suċċessjoni ta’ ZL</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marktgemeinde Kötschach-Mauthen,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Spittal Villach,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur), M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de La Tour</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal UM, minn A. Wittwer, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez de la Rúa Puig, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis‑seduta tal‑<DATE ISO="20210701">1 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 344, p. 3</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 60, p. 140</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201D" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament dwar is-Suċċessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn UM, ċittadin Ġermaniż, u l-awtoritajiet Awstrijaċi, dwar iċ-ċaħda minn dawn tal-aħħar tat-talba għal inklużjoni fir-reġistru tal-artijiet tad-dritt għall-proprjetà ta’ beni immobbli li tinsab fl-Awstrija,.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 11, 14 u 49 tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(9)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jestendi għall-aspetti kollha tal-liġi ċivili tas-suċċessjoni għall-patrimonju ta’ persuna deċeduta, jiġifieri kull forma ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, sew jekk permezz ta’ trasferiment volontarju taħt trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oqsma tal-liġi ċivili għajr is-suċċessjoni. Għal finijiet ta’ ċarezza, għadd ta’ kwistjonijiet li jistgħu jitqiesu li għandhom rabta ma’ kwistjonijiet ta’ suċċessjoni għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Drittijiet ta’ proprjetà, interessi u assi maħluqa jew ittrasferiti b’modi oħra għajr is-suċċessjoni, bħala eżempju, permezz ta’ donazzjonijiet, għandhom ikunu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(49)</NO.P><TXT>Ftehim ta’ suċċessjoni huwa tip ta’ trasferiment causa mortis li l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tiegħu tvarja fost l-Istati Membri. Sabiex ikun aktar faċli li drittijiet ta’ suċċessjoni miksuba bħala riżultat ta’ ftehim ta’ suċċessjoni jiġu aċċettati fl-Istati Membri dan ir-Regolament għandu jiddetermina liema liġi għandha tirregola l-ammissibbiltà ta’ ftehimiet bħal dawn, il-validità sostantiva tagħhom u l-effetti vinkolanti tagħhom bejn il-partijiet, inklużi l-kondizzjonijiet għax-xoljiment tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għas-suċċessjoni għall-patrimonji tad-deċeduti. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>drittijiet ta’ proprjetà, interessi u assi maħluqa jew ittrasferiti b’modi oħra minbarra bis-suċċessjoni, pereżempju permezz ta’ donazzjonijiet, proprjetà konġunta bid-dritt tas-superstiti, il-pjanijiet ta’ pensjoni, il-kuntratti ta’ assigurazzjoni u arranġamenti ta’ natura simili, mingħajr preġudizzju għall-punt (i) tal-Artikolu 23(2);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT>kwalunkwe reġistrar f’reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti ta’ reġistrar jew in-nuqqas ta’ reġistrar ta’ dawn id-drittijiet f’reġistru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>“1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser is-suċċessjoni għall-patrimonju tad-deċedut u tkopri l-forom kollha ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, kemm jekk dan ikun trasferiment volontarju skont trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ftehim, inkluż ftehim li jirriżulta minn testmenti reċiproċi, li, bi jew mingħajr konsiderazzjoni, joħloq, jimmodifika jew itemm drittijiet għall-patrimonju jew patrimonji futuri ta’ persuna waħda jew aktar li tkun parti għall-ftehim</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>trasferiment causa mortis<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser testment, testment konġunt jew ftehim rigward suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jinkludi l-Artikoli 20 sa 38.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regola ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dment li ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tad-deċedut fl-intier tagħha għandha tkun il-liġi tal-Istat li fih id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tal-mewt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, bħala eċċezzjoni, ikun ċar miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li, fil-mument tal-mewt, id-deċedut kien manifestament aktar marbut ma’ Stat li mhux l-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikabbli skont il-paragrafu 1, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni għandha tkun il-liġi ta’ dak l-Istat l-ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 22(1) u (2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għażla ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna tista’ tagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tagħha fl-intier tagħha l-liġi tal-Istat li hija jkollha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għażla ta’ liġi għandha ssir b’mod espliċitu f’dikjarazzjoni fil-forma ta’ trasferiment causa mortis jew tintwera b’mod ċar bit-termini ta’ tali trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 83(2) tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dispożizzjonijiet transizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn id-deċedut ikun għażel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu qabel is-<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, dik l-għażla għandha tkun valida jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jew jekk kienet valida fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat fis-seħħ, fil-mument meta tkun saret l-għażla, fl-Istat fejn id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu jew fi kwalunkwe wieħed mill-Istati li tiegħu kellu ċ-ċittadinanza.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 956 tal-Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Donazzjoni, li għandha sseħħ biss wara l-mewt ta’ donatur, hija valida bħala legat meta l-formalitajiet stabbiliti huma rrispettati. Hija kkunsidrata bħala kuntratt biss jekk id-donatarju jkun aċċettaha, jekk id-donatur ikun espliċitament esprima r-rinunzja għar-revoka u li att bil-miktub għal dan il-għan ikun ingħata lid-donatarju.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(d) tan-Notariatsaktsgesetz (il-Liġi dwar l-Atti Notarili), tal-<DATE ISO="18710725">25 ta’ Lulju 1871</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jorbot il-validità ta’ att ta’ donazzjoni li ma jistax jiġi kkontestat effettivament mal-istabbiliment ta’ att notarili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tal-Grundbuchsgesetz (il-Liġi Awstrijaka dwar ir-Reġistru tal-Artijiet) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reġistrazzjonijiet u r-riżervi jistgħu jiġu awtorizzati biss fuq il-bażi ta’ attestazzjonijiet stabbiliti taħt il-forma preskritta għall-validità tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Dawn l-attestazzjonijiet għandhom, meta jirrigwardaw l-akkwist jew l-emenda ta’ dritt.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Rechtspflegergesetz (il-Liġi Awstrijaka dwar il-Persunal Awżiljarju tal-Ġustizzja, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>RpflG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>),</TXT><?PAGE NO="5"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[s]krivan tal-qorti jista’ jinħatar uffiċjal tal-qorti għal waħda jew iktar mill-oqsma ta’ attivitajiet li ġejjin: […]</P><P>3. Kawżi dwar ir-reġistru tal-artijiet u r-reġistru marittimu;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2), ta’ din il-liġi, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[h]uma dejjem irriżervati għall-qorti:</P><P>[…]</P><P>6. [i]d-deċiżjonijiet li fihom għandu jiġi applikat id-dritt barrani.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, fit‑<DATE ISO="19750722">22 ta’ Lulju 1975</DATE>, missier UM ippreveda, permezz ta’ kuntratt, li jittrasferixxi, mal-mewt tiegħu, lil ibnu u lil bintu dak iż-żmien, għal nofs kull wieħed, il-proprjetà ta’ art li tinsab fl-Awstrija, inkluż dak kollu li, fil-mument tal-mewt tiegħu, inbena hemmhekk, taħt ċerti kundizzjonijiet. Waqt il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, li għalih kien ġie indikat id-dritt Awstrijak bħala liġi applikabbli, il-partijiet kollha kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fost il-kundizzjonijiet previsti f’dan il-kuntratt, kien hemm b’mod partikolari l-obbligu li missier UM jibni, fl-għaxar snin konsekuttivi għall-konklużjoni tal-kuntratt, dar b’żewġ familji, kif ukoll il-fatt li UM u martu jkunu għadhom miżżewġin u li din tal-aħħar tkun għadha ħajja. Fil-każ kuntrarju, il-kuntratt kien jipprovdi li UM kien l-uniku benefiċjarju. Missier UM awtorizza wkoll l-inklużjoni tat-trasferiment tal-proprjetà fir-reġistru tal-artijiet Awstrijak, fuq preżentazzjoni ta’ att uffiċjali tal-mewt u tal-prova li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment kienu ssodisfatti. Qabel il-mewt ta’ missier UM, li seħħ fit‑<DATE ISO="20180513">13 ta’ Mejju 2018</DATE> f’Köln (il-Ġermanja), UM u martu ddivorzjaw u sussegwentement din mietet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ suċċessjoni nfetħet quddiem l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja), post tal-aħħar residenza ta’ missier UM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Billi sostna li, fil-mument tal-mewt ta’ missieru, huwa kien l-uniku benefiċjarju tal-imsemmi kuntratt, UM talab ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tad-dritt tiegħu fuq il-proprjetà li jirrigwarda l-beni immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali quddiem il-Bezirksgericht Hermagor (il-Qorti Distrettwali ta’ Hermagor, l-Awstrija). Ir-Rechtspfleger (l-Uffiċjal tal-Qorti, l-Awstrija) ta’ din il-qorti, inkarigat sabiex jiddeċiedi din it-talba, ikkunsidra li l-liġi applikabbli kienet il-liġi Awstrijaka u ċaħad l-imsemmija talba fl-assenza ta’ provi li jistabbilixxu li l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) ikkonfermat lil din id-deċiżjoni minħabba l-fatt li, l-ewwel, ir-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet ma huwiex applikabbli minħabba l-għażla tad-dritt Awstrijak operat f’dan il-kuntratt u t-tieni, li l-għoti<?PAGE NO="6"?> tal-beni immobbli fuq il-bażi tad-donazzjoni inkwistjoni ma setax iseħħ mingħajr il-prova tal-bini tad-dar hekk kif previst fl-imsemmi kuntratt. Il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), ġiet adita b’rikors għal reviżjoni ppreżentat minn UM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>UM ippreżenta rikors għal reviżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tesponi li l-kwistjoni tal-validità tal-għażla tad-dritt Awstrijak bħala liġi applikabbli f’kuntratt li jittrasferixxi l-proprjetà <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT> u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet għalih huma domandi preliminari li hija għandha tinvoka <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, sabiex tkun tista’ tirrispondi għad-domanda dwar il-ġurisdizzjoni funzjonali tal-uffiċjal tal-qorti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, id-dokumenti prodotti lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni għar-reġistru tal-artijiet jippermettu li jiġi konkluż li, skont il-kriterji tad-dritt Awstrijak, kuntratt li jagħti titolu ta’ proprjetà minħabba mewt ġie konkluż favur UM. Madankollu, hija tistaqsi jekk dan l-att jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet u jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u (d) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-affermattiv, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi Awstrijaka magħżula mill-partijiet fil-kuntratt fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tqis li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet ikunu applikabbli, iżda għandha dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 83(2) ta’ dan l-istess regolament, b’mod iktar partikolari f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-liġi applikabbli mill-partijiet fil-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet] għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi patt ta’ suċċessjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, att ta’ donazzjoni <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT> rigward beni immobbli li jinsab fl-Awstrija, konkluż bejn żewġ ċittadini Ġermaniżi li għandhom il-post ta’ residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja u li jgħid li d-donatarju għandu jkollu fir-rigward tas-suċċessjoni, wara l-mewt tad-donatur, dritt personali għar-reġistrazzjoni tad-dritt tiegħu għall-proprjetà fir-reġistru tal-artijiet abbażi ta’ dan l-att ta’ donazzjoni u taċ-ċertifikat ta’ mewt tad-donatur, u għaldaqstant mingħajr intervent tal-amministrazzjoni kompetenti fil-qasam tas-suċċessjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:</TXT><P>L-Artikolu 83(2) tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet]għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jirregola wkoll il-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, magħmula qabel is-<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, għal att ta’ donazzjoni <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT> li għandu jiġi kklassifikat bħala patt ta’ suċċessjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet]?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħti deċiżjoni mingħajr ma żżomm seduta, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar bagħtet lill-partijiet u lill-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea diversi domandi għal tweġiba bil-miktub li għalihom wieġbu UM, il-Gvern Ġermaniż u dak Spanjol kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt, li permezz tiegħu persuna tipprevedi t-trasferiment futur, mal-mewt tagħha, tal-proprjetà ta’ beni immobbli li jappartjenu lilha minn partijiet kontraenti oħra, jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[d]rittijiet ta’ proprjetà, interessi u assi maħluqa jew ittrasferiti b’modi oħra għajr is-suċċessjoni, bħala eżempju, permezz ta’ donazzjonijiet[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Min-naħa l-oħra, il-patti ta’ suċċessjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>trasferimenti causa mortis<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tal-imsemmi regolament, bl-istess mod bħat-testmenti jew it-testmenti konġunti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet jiddefinixxi l-patt ta’ suċċessjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ftehim, inkluż ftehim li jirriżulta minn testmenti reċiproċi, li, bi jew mingħajr konsiderazzjoni, joħloq, jimmodifika jew itemm drittijiet għall-patrimonju jew patrimonji futuri ta’ persuna waħda jew aktar li tkun parti għall-ftehim<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma jkun fiha ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat is-sens u l-portata tagħha, għandu normalment jingħata, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan segwit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mahnkopf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:138">EU:C:2018:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tkopri, b’mod ġenerali, ftehim li b’mod partikolari jagħti drittijiet fis-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> futura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, konformement mal-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għandha tinftiehem li tfisser suċċessjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/><HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u li dan it-terminu jkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-forom kollha ta’ trasferiment ta’ assi, […], kemm jekk dan ikun trasferiment volontarju skont trasferiment <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT>, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni <HT TYPE="ITALIC">ab intestato</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kuntratt, li permezz tiegħu persuna tipprevedi t-trasferiment futur, mal-mewt tagħha, tal-proprjetà ta’ beni immobbli li jappartjeni lilha u li jagħti drittijiet fis-suċċessjoni futura tagħha lil partijiet oħra f’dan il-kuntratt jikkostitwixxi patt ta’ suċċessjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan imfittex minn dan ir-regolament jikkonsisti f’li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suċċessjoni, konformement mal-prinċipju tal-unità tas-suċċessjoni, u sabiex jistabbilixxi sistema uniformi applikabbli għall-aspetti kollha tad-dritt ċivili dwar suċċessjoni <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT> li għandha effett transkonfinali u b’mod partikolari għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kull<?PAGE NO="8"?> forma ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, kif jirriżulta mill-premessa 9 tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Oberle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:485">EU:C:2018:485</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li għalkemm, skont l-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu b’mod partikolari l-beni ttrasferiti b’mod ieħor milli b’suċċessjoni, pereżempju permezz ta’ donazzjonijiet, din l-esklużjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta dispożizzjoni li tinsab fi ftehim dwar suċċessjoni tikkonsisti, bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>donazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 1(2)(g), f’donazzjoni, iżda tidħol fis-seħħ biss mal-mewt tad-<HT TYPE="ITALIC">decuius</HT>, hija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt, li permezz tiegħu persuna tipprevedi t-trasferiment futur, mal-mewt tagħha, tal-proprjetà ta’ beni immobbli li jappartjeni lilha, lil partijiet kontraenti oħra, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 83(2) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-eżami tal-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, magħmula qabel is‑<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li tirregola <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 83 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Dispożizzjonijiet transizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jipprevedi fit-tieni paragrafu tiegħu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[f]ejn id-deċedut ikun għażel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu qabel is-<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, dik l-għażla għandha tkun valida jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jew jekk kienet valida fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat fis-seħħ, fil-mument meta tkun saret l-għażla, fl-Istat fejn id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu jew fi kwalunkwe wieħed mill-Istati li tiegħu kellu ċ-ċittadinanza<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, din tirregola l-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni fl-intier tagħha. Issa, f’dan il-każ, mill-proċess li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jirriżulta li l-għażla tad-dritt Awstrijak kienet tikkonċerna biss il-ftehim tas-suċċessjoni konkluż mid-<HT TYPE="ITALIC">decuius</HT> fil-kawża prinċipali fir-rigward ta’ wieħed mill-assi tiegħu u mhux għas-suċċessjoni kollha kemm hi, b’tali mod li l-kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 83(2) tal-imsemmi regolament ma tistax tiġi kkunsidrata bħala ssodisfatta f’tali ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 83(2) tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għall-eżami tal-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, li saret qabel is‑<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE> sabiex tirregola biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda beni partikolari tad-<HT TYPE="ITALIC">decuius</HT>, u mhux is-suċċessjoni ta’ dan tal-aħħar fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt, li permezz tiegħu persuna tipprevedi t-trasferiment futur, mal-mewt tagħha, tal-proprjetà ta’ beni immobbli li jappartjeni lilha, lil partijiet kontraenti oħra, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>patt ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 83(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għall-eżami tal-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, li saret qabel is‑<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, sabiex tirregola biss</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/><HT TYPE="BOLD">patt ta’ suċċessjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <HT TYPE="BOLD">fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda beni partikolari tad-<HT TYPE="ITALIC">decuius</HT>, u mhux is-suċċessjoni ta’ dan tal-aħħar fl-intier tagħha</HT>.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>