|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1075 |
15.12.2023 |
P9_TA(2023)0121
L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta' Fuq
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (COM(2023)0125 – C9-0032/2023 – 2023/0063(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/1075)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0125), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0032/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0164/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2023)0063
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Mejju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2023/1321.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1075/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)