|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1179 |
24.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1179
tat-23 ta’ April 2024
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum DSM 3676), Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum DSM 3677) u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus buchneri DSM 13573) ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Lulju 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu li huma awtorizzati bħalissa. Ikkonkludiet ukoll li l-addittivi mhumiex irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn u li jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji. Ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda tagħhom. L-Awtorità indikat li ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittivi peress li l-applikazzjoni għat-tiġdid tat-tliet awtorizzazzjonijiet ma tinkludix proposta biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittivi. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhux meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittivi. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(7) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012 jitħassar. |
|
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676, Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 u Lentilactobacillus buchneri DSM 13573, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-preparati speċifikati fl-Anness, li jaqgħu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012 jitħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Il-preparati speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih minnhom, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta’ Mejju 2025 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabelit-13 ta’ Mejju 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012 tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 330, 30.11.2012, p. 14). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1119/oj.
(3) EFSA Journal 2023;21(7):8162.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal- 4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materjal frisk |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||
|
1k20731 |
Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676 li jkun fih minimu ta’ 6 × 1011 CFU/g addittiv Forma solida ------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676 ------------- Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676:
Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3676:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
|
- |
|
It-13 ta’ Mejju 2034 |
||||||||||||
|
1k20732 |
Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 li fih minimu ta’ 4 × 1011 CFU/g addittiv Forma solida ------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677 ------------- Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677:
Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 3677:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
|
- |
|
It-13 ta’ Mejju 2034 |
||||||||||||
|
1k20733 |
Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 li jkun fih minimu ta’ 2 × 1011 CFU/g addittiv Forma solida ------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 13573 ------------- Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 13573:
Identifikazzjoni ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 13573:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
|
- |
|
It-13 ta’ Mejju 2034 |
||||||||||||
(1) (1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) (2) Foraġġ faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati solubbli f’materjal frisk; foraġġ moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1179/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)