|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5442 |
5.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2024
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
(C/2024/5442)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-28 ta' Frar 2025. |
|
(2) |
Post ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet sar battal wara r-riżenja tas-Sur Carlos ARRANZ CORDERO. |
|
(3) |
Il-gvern ta' Spanja nnomina kandidata għall-post vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Aitana GARÍ PÉREZ hija maħtura membru fil-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Carlos ARRANZ CORDERO, għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fit-28 ta' Frar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5442/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)