<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-263/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0263</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:760">EU:C:2021:760</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pikamäe – Kawża C‑263/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Airhelp</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pikamäe</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20210923">23 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑263/20</P><P>Airhelp Limited</P><P>vs</P><P>Laudamotion GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet</KEYWORD><KEYWORD>Reżervazzjoni ta’ titjira permezz ta’ pjattaforma elettronika</KEYWORD><KEYWORD>Antiċipazzjoni tal-ħin tat-titjira</KEYWORD><KEYWORD>Riċezzjoni tal-informazzjoni dwar l-antiċipazzjoni tat-titjira f’indirizz elettroniku</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-obbligu ta’ informazzjoni tat-trasportatur tal-ajru li jopera</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/31/KE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid tal-ordni</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni ta’ riċezzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneubourg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija) tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.</P></NOTE>, kif ukoll tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000608">8 ta’ Ġunju 2000</DATE>, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Airhelp Limited u Laudamotion GmbH dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tikkumpensa lill-passiġġieri tal-ajru, li tagħhom Airhelp qiegħda tiddefendi d-drittijiet, minħabba l-antiċipazzjoni tat-titjira tagħhom. Il-kwistjoni legali dwar jekk l-antiċipazzjoni tal-ħin tat-tluq tat-titjira tistax tagħti dritt għal kumpens skont l-Artikolu 5(1)(ċ)<?PAGE NO="2"?> u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 ġiet ittrattata fid-dettall fil-konklużjonijiet li ppreżentajt fil-Kawżi magħquda C‑188/20, Azurair, u C‑196/20, Eurowings, kif ukoll fil-Kawżi C‑146/20, Corendon Airlines, u C‑270/20, Austrian Airlines (għadhom mhux ippubblikati).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>B’mod konformi mat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser ikunu limitati għall-analiżi tat-tieni domanda preliminari, li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-osservanza tal-obbligu li l-passiġġier jiġi informat bil-kanċellazzjoni fil-ħin għandhiex tiġi evalwata esklużivament fid-dawl tal-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004, u b’hekk tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar in-notifika tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li ġie adottat sabiex tiġi trasposta d-Direttiva 2000/31.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>, tfisser in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri inkwistjoni għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 9(1)(a) u 9(2), kif ukoll, fil-każ ta’ għemil ta’ rotta differenti meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira ġdida hu mill-inqas il-ġurnata wara t-tluq kif kien ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba [sakemm]:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>huma [ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti [u sakemm ma jkunux offruti] rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-onus tal-provi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ jekk u meta l-passiġġier ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira għandha tkun ir-responsabbilitá tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-istess regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/31</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2000/31 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw, ħlief meta b’mod ieħor miftiehem mill-partijiet li ma humiex konsumaturi, li f’każi meta dak li jirċievi s-servizz iqiegħed l-ordni tiegħu permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, dawn il-prinċipji li ġejjin huma applikabbli:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>dak li jipprovdi s-servizz ikollu jikkonferma l-wasla ta’ l-ordni ta’ dak li jirċievi mingħajr dewmien u b’mezzi elettroniċi,</P></ITEM><ITEM><P>l-ordni u l-konferma tal-wasla huma meqjusa bħala li jkunu waslu meta l-partijiet li lihom [lilhom] ikunu ndirizzati ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Żewġ passiġġieri tal-ajru rreżervaw titjira bejn Palma de Mallorca (Spanja) u Vjenna (l-Awstrija), operata mit-trasportatur tal-ajru Laudamotion, permezz ta’ pjattaforma elettronika ta’ reżervazzjoni. Meta għamlu r-reżervazzjoni fuq din il-pjattaforma, dawn il-passiġġieri pprovdew l-indirizzi elettroniċi privati tagħhom u n-numri tat-telefon tagħhom. L-imsemmija pjattaforma rreżervat it-titjira f’isem l-imsemmija passiġġieri ma’ Laudamotion, filwaqt li matul din ir-reżervazzjoni, ħolqot indirizz ta’ posta elettronika speċifiku għall-imsemmija reżervazzjoni. Dan l-indirizz kien l-uniku indirizz magħruf mit-trasportatur tal-ajru sabiex jikkuntattja lill-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>It-titjira, li t-tluq tagħha kien inizjalment previst fl‑<DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE> fit‑14.40 u kellha tasal fil‑17.05 tal-istess jum, ġiet antiċipata mit-trasportatur tal-ajru b’iktar minn sitt sigħat, li titlaq għalhekk fit‑8.25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Airhelp, li lilha ż-żewġ passiġġieri kienu ċedew d-drittijiet eventwali tagħhom għal kumpens skont ir-Regolament Nru 261/2004, ippreżentat rikors quddiem il-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat, l-Awstrija). Hija sostniet li t-trasportatur tal-ajru Laudamotion kien responsabbli għall-ħlas tas-somma totali ta’ EUR 500 għaż-żewġ passiġġieri skont l-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament minħabba, b’mod partikolari, l-antiċipazzjoni b’iktar minn sitt sigħat tat-titjira, li dwarha l-passiġġieri kienu ġew informati biss fl‑<DATE ISO="20180610">10 ta’ Ġunju 2018</DATE>, permezz tal-indirizz elettroniku privat ipprovdut minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Laudamotion ikkontestat il-fondatezza tat-talba ta’ Airhelp minħabba li l-antiċipazzjoni tat-titjira kienet ġiet ikkomunikata, fi żmien xieraq, fit‑23 u fid‑<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE> fl-indirizz elettroniku pprovdut mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Peress li l-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat) ċaħdet ir-rikors ta’ Airhelp, din tal-aħħar appellat quddiem il-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg), il-qorti tar-rinviju. Din tistaqsi b’mod partikolari jekk l-antiċipazzjoni ta’ titjira tikkostitwixxix kanċellazzjoni fis-sens tar-Regolament Nru 261/2004 u dwar il-portata tal-obbligu ta’ informazzjoni tat-trasportatur tal-ajru li jopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li hija taqbel mal-opinjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Skont l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal deċiżjoni preliminari, din l-opinjoni ġiet espressa fi stqarrija għall-istampa tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) bir-referenza 89/2015, X ZR 59/14 u stabbilita wara deċiżjoni li kkonstatat l-approvazzjoni tat-talba.</P></NOTE>, li tgħid li l-antiċipazzjoni iktar minn minima ta’ titjira ppjanata tista’ tagħti dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament u li l-ħin tat-titjira previst ikun ikkanċellat meta t-titjira tkun ġiet antiċipata b’diversi sigħat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-passiġġieri fil-kawża prinċipali kinux ġew korrettament informati bl-antiċipazzjoni tat-titjira tagħhom, il-qorti tar-rinviju ssostni li, skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka li tittrasponi d-Direttiva 2000/31, preżunzjoni ta’ notifika tinħoloq mhux biss fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva, iżda wkoll minn sempliċi skambju ta’ posta elettronika. Dan ifisser, f’dan il-każ, li passiġġier huwa meqjus li ġie informat bl-antiċipazzjoni tat-titjira tiegħu meta l-komunikazzjoni tat-trasportatur tal-ajru li jopera tista’ tiġi kkonsultata minn dan il-passiġġier. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, konsegwentement, jekk<?PAGE NO="5"?> għandhiex tiġi applikata l-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-Direttiva 2000/31 jew ir-Regolament Nru 261/2004 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-passiġġieri ġewx korrettament informati bl-antiċipazzjoni tat-titjira tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landesgericht Korneubourg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneubourg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-[Regolament Nru 261/2004] għandhom jiġu interpretati fis-sens li passiġġier ikollu dritt għal kumpens meta l-ħin tat-tluq jiġi antiċipat mill-ħin oriġinali tat-14.40 għat-8.25 fl-istess jum?</P><P>L-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punt dwar jekk il-passiġġier huwiex informat bil-kanċellazzjoni għandu jiġi evalwat esklużivament fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni u fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar in-notifika tal-komunikazzjonijiet adottat għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-[Direttiva 2000/31] u li jinkludi finzjoni ta’ notifika?</P><P>L-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004 u l-Artikolu 11 tad-[Direttiva 2000/31] għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-każ ta’ reżervazzjoni tat-titjira mill-passiġġier permezz ta’ pjattaforma ta’ reżervazzjoni, fejn il-passiġġier ikun ikkomunika n-numru tat-telefon tiegħu u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, iżda l-pjattaforma ta’ reżervazzjoni tkun ittrażmettiet lit-trasportatur tal-ajru n-numru tat-telefon u indirizz ta’ posta elettronika ġġenerat awtomatikament mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni, in-notifika tal-informazzjoni dwar l-antiċipazzjoni tat-tluq tat-titjira fuq l-indirizz ta’ posta elettronika ġġenerat awtomatikament għandha titqies bħala komunikazzjoni jew notifika tal-informazzjoni dwar l-antiċipazzjoni [tat-tluq] anki meta l-pjattaforma ta’ reżervazzjoni ma tittrażmettix lill-passiġġier, jew tittrażmettilu b’dewmien, l-informazzjoni tat-trasportatur tal-ajru?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju, datata s‑<DATE ISO="20200526">26 ta’ Mejju 2020</DATE>, waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200615">15 ta’ Ġunju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Waqt il-laqgħa ġenerali tas‑<DATE ISO="20210427">27 ta’ April 2021</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-osservanza tal-obbligu li l-passiġġier jiġi informat bil-kanċellazzjoni fil-ħin għandhiex tiġi evalwata esklużivament fid-dawl tal-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004.<?PAGE NO="6"?> Fl-affermattiv, dan ir-regolament jipprekludi, fil-fatt, l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar in-notifika tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li ġie adottat sabiex tiġi trasposta d-Direttiva 2000/31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Kif ser nispjega fid-dettall iktar ’il quddiem, jiena tal-fehma li l-osservanza tal-obbligu li l-passiġġier jiġi informat dwar il-kanċellazzjoni fil-ħin għandha tiġi evalwata <HT TYPE="ITALIC">esklużivament</HT> fid-dawl tal-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004. Din l-interpretazzjoni tirriżulta kemm mill-formulazzjoni kif ukoll mill-għan tad-dispożizzjonijiet rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Minn naħa, it-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ din id-direttiva fiha dispożizzjonijiet dwar kuntratti konklużi b’mezz elettroniku. L-Artikolu 11(1) tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Tqegħid ta’ l-ordni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet fejn dak li jirċievi s-servizz jagħmel l-ordni tiegħu permezz ta’ mezzi elettroniċi, il-fornitur għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>jikkonferma l-wasla ta’ l-ordni ta’ dak li jirċievi mingħajr dewmien u b’mezzi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (l-ewwel inċiż) u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-ordni u l-konferma tal-wasla huma meqjusa bħala li jkunu waslu meta l-partijiet li lihom ikunu ndirizzati ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (it-tieni inċiż).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għalkemm l-informazzjoni dwar kanċellazzjoni la tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u lanqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>konferma tal-wasla<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/31, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmur lil hinn minn din id-direttiva sa fejn hija tipprevedi li r-regola dwar in-notifika tapplika mhux biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konfermi tal-wasla<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, iżda għad-dokumenti l-oħrajn kollha elettroniċi legalment rilevanti, inklużi d-dokumenti relatati mar-reżervazzjoni tat-titjiriet. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, kemm it-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2000/31 kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-dispożizzjoni jipprevedu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>finzjoni ta’ notifika<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li tinħoloq essenzjalment meta d-dikjarazzjoni tkun tista’ tiġi kkonsultata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-paġna 10 tad-deċiżjoni tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 hija dik li tiġi pprovduta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u li permezz tagħha l-passiġġieri kkonċernati huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>informati bil-kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Huwa evidenti li din l-informazzjoni dwar kanċellazzjoni la tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u lanqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>konferma tal-wasla<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/31. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tal-analiżi, li l-atti ġuridiċi inkwistjoni huma, fil-prinċipju, komunikazzjonijiet li għandhom skop differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Inżid li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament 261/2004 ma jistax jiġi dedott li l-metodu li permezz tiegħu l-imsemmija informazzjoni għandha tasal għand il-passiġġier huwa limitat għall-mezzi elettroniċi. Għall-kuntrarju, l-uniku rekwiżit huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-passiġġieri in kwistjoni […] huma informati bil-kanċellazzjoni tat-titjira<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li jawtorizza, bħala prinċipju, mezzi oħra ta’ komunikazzjoni. Ċertament, fid-dawl tal-importanza partikolari li għandu dan it-tip ta’ informazzjoni għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija mir-Regolament Nru 261/2004, huwa neċessarju li l-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul ikun adegwat u adattat għar-rekwiżiti tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Steinrötter, B., <HT TYPE="ITALIC">Beck’scher Online-Großkommentar (Gsell/Krüger/Lorenz/Mayer)</HT>, Art. 1–19 VO (EG) Nru 261/2004, l-Artikolu 5, punti 23 u 25, jindika li ma jeżistux rekwiżiti formali fir-rigward tal-metodu li permezz tiegħu l-informazzjoni dwar kanċellazzjoni għandha tasal għand il-passiġġier. Madankollu, l-awtur jirrakkomanda li jintgħażel mezz ta’ komunikazzjoni li jiżgura li l-passiġġier ikun ġie effettivament informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira. Jekk il-passiġġier joġġezzjona li huwa ma jkunx irċieva l-messaġġ, huwa t-trasportatur tal-ajru li għandu jagħti prova li l-passiġġier ġie informat bil-kanċellazzjoni u meta dan ġie informat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’mod iktar fundamentali, nirrileva li, skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 261/2004, huwa t-trasportatur tal-ajru li jopera li għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-<HT TYPE="ITALIC">onus</HT> tal-provi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li huwa informa lill-passiġġieri dwar il-kanċellazzjoni ta’ titjira kif ukoll it-terminu li fih huwa jkun għamel dan. Il-fatt li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq it-trasportatur tal-ajru li jopera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Linji Gwida Interpretattivi għar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 214, p. 5</REF.DOC.OJ>), punt 3.2.5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Oneru tal-evidenza fil-każ ta’ kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></NOTE> jikkontribwixxi sabiex jiggarantixxi l-livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri msemmi fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li wieħed jiftakar fl-importanza ta’ dan l-għan leġiżlattiv f’dan il-kuntest, minħabba li, skont ġurisprudenza stabbilita, jeħtieġ li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jitqiesu biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑316/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:879">EU:C:2016:879</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fis-sentenza Krijgsman, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat l-importanza tal-obbligu li tingħata prova tan-notifika tal-informazzjoni lill-passiġġier, li jirriżulta mill-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 261/2004, għas-salvagwardja tad-drittijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, permezz tar-riċezzjoni ta’ din l-informazzjoni, il-passiġġier għandu jkun jista’ jirreaġixxi fil-ħin għall-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu u jinvoka d-drittijiet tiegħu fir-rigward tat-trasportatur tal-ajru, u b’hekk jiġu llimitati l-inkonvenjenzi li jirriżultaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li t-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2000/31 għandu l-effett li jaqleb l-oneru tal-prova sa fejn l-ordnijiet u l-konfermi ta’ rċevuta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>huma meqjusa bħala li jkunu waslu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> meta l-partijiet li lilhom ikunu indirizzati jistgħu jkollhom aċċess għalihom. Tali preżunzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>riċezzjoni xierqa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-informazzjoni dovuta lill-passiġġier jidhirli li hija inkompatibbli mal-oneru tal-prova li huwa impost fuq it-trasportaturi tal-ajru b’mod konformi mar-Regolament Nru 261/2004, sa fejn, minħabba din il-preżunzjoni, huwa l-passiġġier li għandu, mingħajr ebda riżerva oħra, juri li huwa ma rċeviex l-informazzjoni fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Tali prova jidhirli li hija estremament diffiċli li tiġi pprovduta fil-prattika, b’tali mod li l-għan, imsemmi fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru jirriskja li jiġi kkontestat. Fil-fatt, fil-każ li jkun hemm problemi ta’ komunikazzjoni marbuta ma’ żbalji umani jew ma’ ħsarat tekniċi, l-impożizzjoni tal-obbligu fuq il-passiġġier li juri li ma għandu ebda komunikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 tfisser li dan ikun meħtieġ jagħti prova ta’ dak li ma jistax jiġi vverifikat jew, fi kliem ieħor, li jagħmel l-impossibbli. Issa, huwa evidenti li l-prinċipju li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ħadd ma huwa obbligat jagħmel l-impossibbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/><HT TYPE="ITALIC">impossibilium nulla obligatio est</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), irrikonoxxut fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Protect Natur-, Arten- und Landschaftschutz Umweltorganisation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑664/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:987">EU:C:2017:987</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il‑Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il‑Kummissjoni vs Ferracci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑622/16 P sa C‑624/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:873">EU:C:2018:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jipprekludi tali approċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 261/2004 jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31 sa fejn jimponi obbligi partikolari fir-rigward tal-mod kif l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-passiġġieri. Fid-dawl tal-interess ta’ dawn tal-aħħar li jkunu miżmuma informati b’kull imprevist eventwali li jaffettwa b’mod<?PAGE NO="8"?> sinjifikattiv il-ħin tat-titjiriet u fid-dawl tal-inkonvenjenzi li jirriżultaw ġeneralment mill-kanċellazzjoni ta’ titjira, jidhirli li sempliċi preżunzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>riċezzjoni xierqa<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bilkemm tissodisfa r-rekwiżiti kbar fil-qasam tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li r-rekwiżit ta’ notifika previst fl-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, li jittrasponu d-Direttiva 2000/31, li permezz tagħhom il-messaġġi elettroniċi jitqiesu li jkunu waslu, b’tali mod li, sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri tal-ajru, huwa esklużivament fid-dawl ta’ dan ir-regolament li għandu jiġi vverifikat jekk l-obbligu li l-passiġġier jiġi informat bil-kanċellazzjoni huwiex issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni, fir-rigward tan-nuqqas ta’ osservanza tal-livell ta’ protezzjoni għall-konsumaturi li huwa previst mir-Regolament Nru 261/2004, tapplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mhux armonizzati, iċċitati fid-digriet tar-rinviju, li, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/31, estendew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mertu tal-ordnijiet u tal-konfermi ta’ rċevuta għal komunikazzjonijiet elettroniċi oħra, b’mod partikolari għall-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar il-kanċellazzjoni ta’ titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, fil-parti l-kbira tal-aspetti tal-kummerċ elettroniku, id-Direttiva 2000/31 ma hijiex intiża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>għal armonizzazzjoni tar-regoli sostantivi iżda tiddefinixxi ‘qasam ikkordinat’ li fil-kuntest tiegħu l-mekkaniżmu tal-Artikolu 3 għandu jippermetti, skont (il-premessa 22) tad-Direttiva, li s-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni jiġu, bħala prinċipju, suġġetti għas-sistema legali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>eDate Advertising <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/09 u C‑161/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:685">EU:C:2011:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-premessi 6, 7, 10 u 22 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Sa fejn il-leġiżlatur nazzjonali għażel — volontarjament u mingħajr ma d-dritt tal-Unjoni jeżiġi dan espressament — li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli armonizzati fuq il-kummerċ elettroniku jiġi estiż għal elementi oħra li ma humiex previsti mid-Direttiva 2000/31, dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jitqiesu li jagħmlu parti mil-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-kummerċ elettroniku. F’dan ix-xenarju, tqum pjuttost il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ma’ dawk tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Indipendentement mill-punt dwar jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni ġewx adottati — ġustament jew b’mod żbaljat — fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/31, huwa leġittimu li jiġi konkluż li dawn jipprekludu l-għan imfittex mir-Regolament Nru 261/2004. Konsegwentement, l-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma bbażati fuq l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/31.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Risposta għat-tieni domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li r-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li l-passiġġier jiġi informat bil-kanċellazzjoni għandu jiġi osservat esklużivament fid-dawl tal-imsemmi regolament, li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li joħolqu preżunzjoni ta’ aċċess għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għat-tieni domanda preliminari magħmula mil-Landesgericht Korneubourg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija):</TXT><P>L-Artikolu 5(1)(ċ)(i) sa (iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li l-passiġġier jiġi informat bil-kanċellazzjoni għandu jiġi osservat esklużivament fid-dawl tal-imsemmi regolament, li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li joħolqu preżunzjoni ta’ aċċess għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>