SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
29 ta’ Lulju 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kodiċi komunitarju dwar il-Viżi – Regolament (KE) Nru 810/2009 – Artikolu 5 – Stat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni għal viża – Artikolu 8 – Ftehim ta’ Rappreżentanza – Artikolu 32(3) – Appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża – Stat Membru kompetenti biex jieħu deċiżjoni dwar l-appell f’każ ta’ ftehim ta’ rappreżentanza – Detenturi tad-dritt li jippreżentaw appell”
Fil-Kawża C‑680/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Den Haag zittingsplaats Utrecht (Qorti ta’ Den Haag, seduta f’Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-5 ta’ Diċembru 2017, fil-proċedura
Sumanan Vethanayagam,
Sobitha Sumanan,
Kamalaranee Vethanayagam
vs
Minister van Buitenlandse Zaken,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, C. Toader, A. Rosas u M. Safjan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-6 ta’ Diċembru 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal S. Vethanayagam, S. Sumanan u K. Vethanayagam, minn M. J. A. Leijen, advocaat, |
|
– |
għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u P. Huurnink, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller kif ukoll minn A. Brabcová, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, kif ukoll minn M. Wolff u P. Ngo, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn E. de Moustier u E. Armoet, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. De Luca, avvocato dello Stato, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
– |
għall-Parlament Ewropew, minn G. Corstens u R. van de Westelaken kif ukoll minn O. Hrstková Šolcová, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn E. Moro u S. Boelaert, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga kif ukoll minn F. Wilman u G. Wils, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Svizzeru, minn E. Bichet, bħala aġent, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat-28 ta’ Marzu 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 8(4) u 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU 2009, L 243, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013 (ĠU 2013, L 182, p. 1), u r-Rettifika (ĠU 2014, L 225, p. 91). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan u Kamalaranee Vethanayagam u l-Minister van Buitenlandse Zaken (il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem il- “Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi l-Baxxi”), dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjonijiet għal viża għal żjara qasira fir-rigward ta’ S. Vethanayagam u S. Sumanan. |
Il-kuntest ġuridiku
Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-acquis ta’ Schengen
|
3 |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU 2008 L 53, p. 52, iktar ’il quddiem il- “Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-acquis ta’ Schengen”) jiddikjara, fil-premessi tmienja u għaxra tiegħu:
[…]
|
|
4 |
Skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-acquis ta’ Schengen: “Dan il-Ftehim joħloq drittijiet u obbligi reċiproċi skont il-proċeduri previsti fih.” |
|
5 |
L-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim jipprevedi: “1. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif elenkati fl-Anness A ta’ dan il-Ftehim kif japplikaw għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn hawn’ il quddiem imsejħa ‘Stati Membri’, għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Iżvizzera. 2. Sa fejn ikunu ħadu post u/jew żviluppaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni ffirmat f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990, iktar ’il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ Schengen”, jew ġew ordnati bis-saħħa tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea elenkati fl-Anness B għal dan il-Ftehim għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Iżvizzera. 3. L-atti u l-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea li jemendaw jew jibnu fuq id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Annessi A u B, li għalihom ikunu ġew applikati l-proċeduri previsti f’dan il-Ftehim, għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, ikunu aċċettati, implimentati u applikati mill-Isvizzera.” |
Il-Kodiċi dwar il-Viżi
|
6 |
Il-premessi 4, 18, 28, 29 u 34 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
|
|
7 |
L-Artikolu 1 tal-Kodiċi dwar il-Viżi huwa fformulat kif ġej: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorni previsti fihom, li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.” |
|
8 |
Skont l-Artikol 2(2) ta’ dan il-kodiċi: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]” |
|
9 |
L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi kodiċi huwa b’hekk ifformulat: “L-applikazzjonijiet għal viża għandhom jiġu eżaminati mill-konsulati li għandhom ukoll jieħdu deċiżjoni dwarhom.” |
|
10 |
L-Artikolu 5 tal-istess kodiċi jipprevedi: “1. L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:
[…] 4. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jipprevjenu li applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha minħabba li l-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-paragrafi 1 sa 3 la huwa preżenti u lanqas huwa rappreżentat fil-pajjiż terz fejn l-applikant jippreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 6.” |
|
11 |
L-Artikolu 6 tal-Kodiċi dwar il-Viżi, intitolat “Kompetenza territorjali konsulari”, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Applikazzjoni għal viża għandha tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha mill-konsulat tal-Istat Membru kompetenti li l-applikant jirresjedi legalment fil-gurisdizzjoni tiegħu.” |
|
12 |
Skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-kodiċi dwar l-arranġamenti dwar rappreżentanza: “1. Stat Membru jista’ jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li hu kompetenti skont l-Artikolu 5 għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f’isem dak l-Istat Membru. Stat Membru jista’ wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b’mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi. 2. Meta jikkunsidra li jiċħad viża, il-konsulat tal-Istat Membru li qed jirrappreżenta għandu jippreżenta l-applikazzjoni lill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Membru rappreżentat sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 23(1), (2) jew (3). […] 4. Għandu jiġi stabbilit arranġament bilaterali bejn l-Istat Membru rappreżentant u l-Istat Membru rappreżentat li fih l-elementi li ġejjin:
5. L-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’pajjiż terz għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza ma’ Stati Membri li għandhom konsulati f’dak il-pajjiż. 6. Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta’ trasport fqira jew distanzi twal f’reġjun speċifiku jew żona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal konsulat, l-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’dak ir-reġjun jew dik iż-żona għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza mal-Istati Membri li għandhom konsulati f’dak ir-reġjun jew dik-iż-żona. […]” |
|
13 |
L-Artikolu 32(3) tal-imsemmi kodiċi jipprovdi: “L-applikanti li tkun inċaħditilhom viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.” |
|
14 |
Skond l-Artikolu 47(1) tal-istess kodiċi: “L-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha f’relazzjoni mal-applikazzjoni għal viża, b’mod partikolari: […]
[…]” |
Manwal dwar il-Viżi
|
15 |
Il-Manwal għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viża u l-modifika ta’ viżi maħruġa stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 1620 finali, tad-19 ta’ Marzu 2010, jispjega li “għall-fini tal-Kodiċi dwar il-Viżi u ta’ dan il-Manwal, it-terminu ‘Stat Membru’ jindika lil dawk l-Istati Membri li japplikaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen kif ukoll l-Istati assoċjati, u ‘it-territorju tal-Istati Membri’ jindika t-territorju […] tal- ‘Istati Membri’ msemmija hawn fuq.” |
Il-Ftehim ta’ rappreżentazzjoni konkluż bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Konfederazzjoni Svizzera
|
16 |
Il-ftehim ta’ rappreżentanza konkluż bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Konfederazzjoni Svizzera li kien applikabbli fil-mument tal-fatti kien daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2014. Jispeċifika li l-Konfederazzjoni Svizzera ser tirrappreżenta lill-Pajjiżi l-Baxxi fir-rigward tat-tipi kollha ta’ viżi ta’ Schengen, inter alia, fis-Sri Lanka. |
|
17 |
Skont il-Punt 2 ta’ dak il-ftehim, ir-“rappreżentanza” tikkonsisti, inter alia, “li l-ħruġ ta’ viża jiġi miċħud meta jseħħ, f’konformità mal-Artikolu 8(4)(d) tal-Kodiċi dwar il-Viżi u li jiġu eżaminati appelli, skont il-liġi nazzjonali tal-Parti rappreżentanti (Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi) […]”. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
18 |
S. Vatayagam u S. Sumanan, ta’ nazzjonalità Sri Lankiża, miżżewġa u residenti fi Sri Lanka, kull wieħed ippreżenta, fis-16 ta’ Awwissu 2016, applikazzjoni għal viża għal żjara qasira lill-Pajjiżi l-Baxxi bil-għan li jżuru lil K. Vethanaygam, ta’ nazzjonalità Olandiża residenti f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi). Dawn l-applikazzjonijiet saru permezz ta’ VFS Global, fornitur ta’ servizzi, mingħand il-Konsulat Svizzeru f’Colombo (is-Sri Lanka) abbażi tal-ftehim ta’ rappreżentazzjoni konkluż bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Konfederazzjoni Svizzera. |
|
19 |
Permezz ta’ deċiżjonijiet tad-19 ta’ Awwissu 2016, l-awtoritajiet konsulari Svizzeri li jaġixxu fir-rappreżentazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħdu l-applikazzjonijiet għal viża minħabba li S. Vatayagam u S. Suman ma tawx prova li kellhom mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, kemm għat-tul taż-żjara prevista kif ukoll biex jiżguraw ir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
|
20 |
S. Vatayagam u S. Sumanan appellaw kontra dawn id-deċiżjonijiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi l-Baxxi. Dan iddikjara ruħu li ma kellha l-ebda ġurisdizzjoni biex jieħu konjizzjoni ta’ dan l-appell permezz ta’ deċiżjonijiet tat-28 ta’ Settembru 2016. |
|
21 |
Barra minn hekk, l-ilment imressaq quddiem l-awtoritajiet Svizzeri mill-persuni kkonċernati mid-deċiżjonijiet tad-19 ta’ Awwissu 2016 ġie miċħud b’deċiżjoni tas-Staatssekretariat für Migration (is-Segretarjat tal-Istat għall-Migrazzjoni, l-Isvizzera) fit-2 ta’ Diċembru 2016. Il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Isvizzera) irrifjutat, preliminarjament, it-talba tar-rikorrenti biex jingħataw aċċess ħieles għall-proċedura u rrifjutat li teżamina l-appell kontra dik id-deċiżjoni minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tas-somma meħtieġa bħala dispożizzjoni. |
|
22 |
S. Vatayagam u S. Sumanayagam, kif ukoll K. Vethanayaham, bħala persuna ta’ riferiment, ippreżentaw applikazzjoni ġdida għal viża għal żjara qasira lill-Visadienst (servizz tal-viża, il-Pajjiżi l-Baxxi) dwar l-ewwel żewġ viżi. Din it-talba ġiet miċħuda minn deċiżjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-18 ta’ Ottubru 2016. |
|
23 |
B’deċiżjoni tat-23 ta’ Novembru 2016, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi l-Baxxi rrifjuta bħala inammissibbli l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kontra d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2016. |
|
24 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors ġudizzjarju mar-Rechtbank den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, seduta f’Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) kontra d-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Settembru 2016 u tat-23 ta’ Novembru 2016, u sostnew li kien f’idejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi li jeżamina l-ilmenti tagħhom u l-applikazzjonijiet għall-viżi u li l-Konfederazzjoni Svizzera intervjeniet biss bħala rappreżentanta tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. L-atturi fil-kawża prinċipali jikkunsidraw li, skont id-dritt tal-Unjoni, huma kienu intitolati li jippreżentaw l-applikazzjonijiet għall-viża mal-pajjiż tad-destinazzjoni prinċipali tagħhom, u jsostnu li l-fatt li l-applikazzjoni sħiħa tal-proċeduri ta’ applikazzjoni għall-viża għal Stat ieħor tmur kontra l-prinċipju ta’ rimedju effettiv imsemmi fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”). |
|
25 |
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi l-Baxxi jargumenta li huwa ma kienx kompetenti biex jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għall-viża mill-atturi fil-kawża prinċipali. |
|
26 |
L-ewwel nett, il-kompetenza biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viża sottomessi lis-Sri Lanka kienet tkun, abbażi tal-Artikolu 8(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi u n-Nota Verbali bbażata fuq dik id-dispożizzjoni, trasferita lill-Konfederazzjoni Svizzera. |
|
27 |
Fit-tieni lok, peress li l-awtoritajiet konsulari Svizzeri f’Colombo kienu kompetenti li jċaħħdu viża, l-atturi fil-kawża prinċipali kellhom jippreżentaw ir-rikors tagħhom skont l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi kontra l-Konfederazzjoni Svizzera bħala l-Istat li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. |
|
28 |
It-tielet nett, l-applikazzjonijiet għal viża minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fis-Sri Lanka ma setgħux jiġu ppreżentati direttament quddiem is-servizz tal-viżi fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-fatt, peress li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa rrappreżentat fis-Sri Lanka mill-Konfederazzjoni Svizzera, tali talbiet għandhom isiru, skont l-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, quddiem l-awtoritajiet konsulari Svizzeri. |
|
29 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Kodiċi dwar il-Viżi fir-rigward, l-ewwel nett, tal-pożizzjoni tal-persuna ta’ riferiment fil-proċeduri tal-viża, imbagħad il-kunċett ta’ “rappreżentazzjoni” u, fl-aħħar nett, il-kompatibbiltà tas-sistema ta’ rappreżentanza konsulari fir-rigward tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi ir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, seduta f’Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
31 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-persuna ta’ riferiment li tippreżenta rikors f’isimha stess kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża. |
Fuq l-ammissibbiltà
|
32 |
Preliminarjament, il-Kummissjoni Ewropea tikkontesta l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda għal deċiżjoni preliminari billi targumenta li l-leġiżlazzjoni Olandiża ma tkunx applikabbli għall-kawża prinċipali minħabba li kienu l-awtoritajiet Svizzeri u mhux Olandiżi li adottaw, f’dan il-każ, id-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għall-viża. |
|
33 |
Tali argument ma jistax jintlaqa’. |
|
34 |
Min-naħa l-waħda, għandu jiġi rrilevat li d-determinazzjoni tal-Istat li miegħu għandha tiġi ppreżentata appell kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-viża skont l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, hija waħda mill-kwistjonijiet li hija s-suġġett ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, sabiex ir-risposta għal dik id-domanda ma tkunx tista’tiġi antiċipata fil-kuntest ta’ analiżi tal-ammissibbiltà tal-ewwel domanda għal deċiżjoni preliminari. |
|
35 |
Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq it-tilwima u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tintervjeni biex tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirreferu għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-prinċipju, hija marbuta li tieħu deċiżjoni (sentenza tal-4 ta’ Diċembru 2018, Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Síochána, C-378/17, EU:C:2018:979, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
36 |
Minn dan isegwi li d-domandi dwar id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal-4 ta’ Diċembru 2018, Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Garda Síochána, C-378/17, EU:C:2018:979, punt 27 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
F’dan il-każ, l-ewwel domanda msemmija għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar jekk il-persuna ta’ riferiment jkollhiex locus standi kontra deċiżjoni li tiċħad viża fil-kuntest tal-appell previst fl-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. |
|
38 |
Barra minn hekk, minbarra li d-deċiżjoni ta’ rinviju tesponi l-isfond fattwali u legali b’mod suffiċjenti biex tippermetti li tiddetermina l-portata tad-domanda magħmula, ma jidhirx li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha x’taqsam xejn mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew li l-problema hija ta’ natura ipotetika. |
|
39 |
Fil-fatt, kif joħroġ ċar mid-deċiżjoni ta’ rinviju, K. Vetanatagam, il-persuna ta’ riferiment, rispettivament oħt u oħt ir-raġel tal-applikanti għal viża, li hija residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, ippreżentat, bħal dawn, appell kontra ċ-ċaħda mid-dipartiment tal-viża, tal-applikazzjoni għal viża għall-benefiċċju ta’ dawn tal-aħħar. |
|
40 |
Konsegwentement, jidher li hija meħtieġa risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti ta’ rinviju sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha. |
|
41 |
L-ewwel domanda preliminari hija, konsegwentement, ammissibbli. |
Fuq il-mertu
|
42 |
Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħhom, iżda wkoll l-kuntest tagħhom u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li huma jifformaw partijiet minnhom (sentenza tas-7 ta’ Frar 2018, American Express, C-304/16, EU:C:2018:66, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
43 |
L-ewwel nett, fir-rigward tat-termini tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, l-ewwel sentenza ta’ dik id-dispożizzjoni tiddikjara li “[l]-applikanti li tkun inċaħditilhom viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell”. B’hekk jirriżulta mit-termini tal-imsemmija dispożizzjoni li d-dritt għal preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża huwa espressament rikonoxxut lill-applikant għal viża kkonċernat. |
|
44 |
Ir-rikonoxximent ta’ dan id-dritt ma huwiex ikkontradett mill-fatt li t-tieni sentenza tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi tipprevedi li l-appell kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża għandu jiġi ppreżentat kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali “skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru”. |
|
45 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, billi tirreferi b’hekk għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla f’idejhom biex jiddeċiedu kemm in-natura kif ukoll l-arranġamenti prattiċi għall-mezzi ta’ rimedju ġudizzjarju disponibbli għall-applikanti tal-viża (sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017, El Hassani, C-403/16, EU:C:2017:960, punt 25). |
|
46 |
Minn dan isegwi li r-referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri hija limitata għal-leġiżlazzjoni ta’ arranġamenti proċedurali, filwaqt li d-determinazzjoni tal-persuna li jkollha d-dritt li tippreżenta appell hija espressament prevista fl-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. |
|
47 |
It-tieni, din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-kuntest tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. F’dan ir-rigward, isegwi mill-Artikolu 47(1)(h) ta’ dak il-kodiċi li l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri u l-konsulati tagħhom għandhom jikkomunikaw lill-pubbliku l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-applikazzjoni għal viża, b’mod partikolari l-fatt li d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda għandhom jiġu nnotifikati lill-applikanti u lil dawk li għandhom dritt ta’ appell. |
|
48 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-Anness VI tal-Kodiċi dwar il-Viżi, il-formola standard li hemm għan-notifika u għall-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda, ta’ annullament jew ta’ revoka ta’ viża hija indirizzata lill-applikant jew lid-detentur tal-viża. Din il-formola fiha wkoll lista ta’ raġunijiet li jistgħu, skont l-Artikolu 32(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, jiġġustifikaw deċiżjoni ta’ ċaħda. Minn dan isegwi li tali deċiżjoni għandha tkun motivata biss minn raġunijiet speċifiċi għall-applikant għall-viża. |
|
49 |
Fil-fatt, wara li tkun indikat, fuq il-formola li għandha timla, li hija, skont il-każ, “eżaminat [l-]applikazzjoni għall-viżi” jew “eżaminat [il-] viża”, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-raġuni/jiet li jiġġustifika/w iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament tal-viża, fost il-ħdax li jidhru fil-formola, jiġifieri: id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat mill-applikant huwa falz; il-finijiet u l-kundizzjonijiet għas-soġġorn previst ma humiex iġġustifikati; l-applikant ma pprovdiex prova li għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza għat-tul tas-soġġorn; l-applikant diġà qgħad għal 90 jum waqt il-perijodu attwali ta’ 180 jum tit-territorji tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew ta’ viża b’validità territorjali limitata; l-applikant kien is-suġġett ta’ twissija għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS); Stat Membru jew iktar jikkunsidraw li l-applikant jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika, jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Stat Membru jew iktar; l-applikant ma pprovdiex prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar valida; l-informazzjoni ppreżentata mill-applikant rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kundizzjonijiet tas-soġġorn ma kinitx affidabbli; l-intenzjoni tal-applikant tat-tluq tiegħu mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża ma setgħetx tiġi aċċertata; l-applikant ma pprovdiex provi sufiċjenti li jikkonfermaw li ma kienx f’pożizzjoni li japplika għal viża minn qabel, li tiġġustifika applikazzjoni għal viża fil-fruntiera, u r-revoka tal-viża ntalbet mid-detentur tal-viża. |
|
50 |
Isegwi, għalhekk, mill-kuntest li fih l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi japplika li d-detentur tad-dritt ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża huwa l-applikant għall-viża. |
|
51 |
It-tielet, fir-rigward tal-għanijiet segwiti mill-Kodiċi dwar il-Viżi, jirriżulta mill-Artikolu 1 ta’ dak il-kodiċi, li jinqara fid-dawl tal-premessi (18) u (28) tiegħu, li l-għan tal-kodiċi huwa, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi, li jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu minn jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum. |
|
52 |
F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, il-viża hija definita bħala awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru bl-għan, jew tat-tranżitu jew tas-soġġorn previst fit-territorju tal-Istati Membri, għal perijodu totali ta’ mhux iktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum, jew inkella ta’ tranżitu miż-żona internazzjonali ta’ tranżitu tal-ajruporti tal-Istati Membri. Isegwi, għaldaqstant, minn dik l-awtorizzazzjoni li jeżistu drittijiet speċifiċi favur l-applikant għall-viża. |
|
53 |
Sa fejn l-appell imsemmi fl-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandu l-għan li jemenda d-deċiżjoni li tiċħad il-viża, huwa l-applikant għall-viża, bħala d-destinatarju tad-deċiżjoni, li għandu interess dirett u speċifiku biex jippreżenta rikors kontriha. |
|
54 |
Tali konstatazzjoni ma tipprekludix, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, li l-Istati Membri, meta jiddeterminaw in-natura u d-dettalji prattiċi tar-rimedji ġudizzjarji disponibbli għall-applikanti għal viża, jawtorizzaw lill-persuna ta’ riferiment biex tintervjeni, flimkien mal-applikant għall-viża, fil-proċedura ta’ appell imsemmija fl-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. |
|
55 |
Madankollu, fid-dawl ta’ dak li ġie deċiż fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, il-persuna ta’ riferiment tista’ tintervjeni biss bħala parti subordinata u anċillari tal-applikant għall-viża, u mhux b’mod indipendenti. |
|
56 |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi ma jipprekludix lanqas lid-destinatarju ta’ deċiżjoni li tiċħad l-viża li jawtorizza parti terza biex tirrappreżentah fil-qorti. |
|
57 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-persuna ta’ riferiment li tippreżenta appell f’isimha stess kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża. |
Fuq it-tieni u t-tielet domanda
|
58 |
Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jingħataw risposta flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fejn hemm ftehim ta’ rappreżentazzjoni bilaterali li jipprevedi li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru rappreżentant jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda ta’ viża, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat li jiddeċiedu dwar appelli ppreżentati kontra deċiżjoni li tiġi miċħuda viża. |
|
59 |
Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jiġi rrilevat li t-Titolu III tal-Kodiċi dwar il-Viżi jistabbilixxi l-istandards għall-proċeduri u għall-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-viżi. |
|
60 |
Sa fejn dawk l-istandards jirreferu għall-Istati Membri, huma għandhom japplikaw ukoll għall-Konfederazzjoni Svizzera, kif jidher, inter alia, mill-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Schengen, moqri fid-dawl tal-premessa 34 tal-Kodiċi dwar il-Viżi. |
|
61 |
Issa, l-ewwel nett, mill-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jirriżulta li l-applikazzjonijiet għall-viża jiġu eżaminati, fil-prinċipju, mill-konsulati. |
|
62 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-Istat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni għall-viża uniformi, l-Artikolu 5(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jindika, jew l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni unika tal-vjaġġ(i), jew, jekk il-vjaġġ jinvolvi iktar minn destinazzjoni waħda, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali tal-vjaġġ(i) f’termini ta’ tul jew skop tas-soġġorn jew, jekk id-destinazzjoni prinċipali ma tistax tiġi ddeterminata, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jidħol fit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntiera esterna tiegħu. |
|
63 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni territorjali konsulari, isegwi mill-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li l-applikazzjonijiet għal viża għandhom, fil-prinċipju, jiġu ppreżentati fil-konsulat tal-Istat kompetenti li fit-territorju konsulari tiegħu l-applikant ikun legalment residenti. |
|
64 |
Madankollu, isegwi mill-Artikolu 8(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, moqri fid-dawl tal-premessa 4 tiegħu, li sabiex jiġi evitat sforz sproporzjonat mill-applikanti għal viża biex jivvjaġġaw lejn konsulati, l-Istati Membri li ma għandhomx konsulat tagħhom stess f’pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni. |
|
65 |
Għal dan il-għan, l-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiddikjara b’mod espliċitu li l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali bejniethom li permezz tagħhom wieħed jaqbel li jirrappreżenta lill-ieħor fil-kuntest tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu dwar l-applikazzjonijiet għal viża. |
|
66 |
Jibqa’ l-fatt li l-Artikolu 8 jipprovdi, fir-rigward tal-portata tar-rappreżentazzjoni, għal sitwazzjonijiet differenti skont id-deċiżjoni prevista dwar l-applikazzjoni għall-viża u t-termini tal-ftehim ta’ rappreżentazzjoni. |
|
67 |
Minn naħa waħda, fil-każ fejn huwa previst li l-applikazzjoni għall-viża tiġi rċevuta, l-Artikolu 8(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiddikjara li “Stat Membru jista’ jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li hu kompetenti skont l-Artikolu 5 għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f’isem dak l-Istat Membru”, u jżid li “Stat Membru jista’ wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b’mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi”. |
|
68 |
Konsegwentement, fil-każ tal-ħruġ ta’ viżi, l-Artikolu 8(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi żewġ livelli ta’ rappreżentanza, jiġifieri l-ewwel livell, li jinkludi l-eżami u l-ħruġ tal-viża, u t-tieni livell, iktar limitat, li huwa limitat għar-riċeviment ta’ applikazzjonijiet. |
|
69 |
Min-naħa l-oħra, f’każijiet fejn id-deċiżjoni prevista hija ċ-ċaħda tal-viża, l-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi wkoll żewġ livelli differenti ta’ rappreżentanza, fejn l-ewwel waħda għandha valur ta’ regola ġenerali, l-oħra ta’ regola speċjali |
|
70 |
Fir-rigward tar-regola ġenerali, l-Artikolu 8(2) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiddikjara li, meta jipprevedi li tiġi rrifjutata applikazzjoni għal viża, il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rappreżentat, sabiex dawn jieħdu deċiżjoni finali dwar din l-applikazzjoni. |
|
71 |
Fir-rigward tar-regola speċjali, l-Artikolu 8(4)(d) tal-imsemmi Kodiċi jipprevedi li, b’deroga mir-regola ġenerali, il-ftehim ta’ rappreżentazzjoni bilaterali stabbilit bejn żewġ Stati Membri jista’ jippermetti li l-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant jirrifjuta li joħroġ viża wara li jeżamina l-applikazzjoni. |
|
72 |
Fi kliem ieħor, fil-każ fejn l-Istat Membru, li jaġixxi bħala rappreżentant, iqis li applikazzjoni għal viża għandha tiġi miċħuda, huwa għandu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni għall-kuntrarju fil-ftehim ta’ rappreżentazzjoni bilaterali, jissottometti dik l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat. Dawn tal-aħħar għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu d-deċiżjoni finali. Min-naħa l-oħra, huwa f’idejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentant li jiċħdu l-applikazzjoni għall-viża u, għalhekk, li jieħdu d-deċiżjoni finali meta l-ftehim ta’ rappreżentazzjoni bilaterali hekk jipprevedi. |
|
73 |
Konsegwentement, sa fejn l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi li l-appelli kontra deċiżjoni li tiċħad viża, għandhom jiġu ppreżentati kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, id-determinazzjoni tal-Istat kompetenti sabiex jieħu d-deċiżjoni finali u, sussegwentement, li kontrih għandu jiġi ppreżentat rikors jiddependi, fil-każ ta’ ftehim ta’ rappreżentazzjoni bejn żewġ Stati Membri, fuq it-termini ta’ dak il-ftehim. |
|
74 |
F’dan il-każ, sa fejn it-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kien jikkostitwixxi l-unika destinazzjoni tal-vjaġġ tal-applikanti fil-kawża prinċipali, fin-nuqqas ta’ ftehim ta’ rappreżentazzjoni, l-applikazzjonijiet għal viża kellhom jiġu ppreżentati, abbażi tal-Artikoli 5 u 6 tal-Kodiċi dwar il-Viżi, fil-konsulat ta’ dak l-Istat Membru fis-Sri Lanka. Madankollu, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, peress li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma għandux konsulat tiegħu f’dak il-pajjiż, fl-1 ta’ Ottubru 2014, huma kkonkludew ftehim ta’ rappreżentazzjoni mal-Konfederazzjoni Svizzera. Dan ippermetta lill-applikanti fil-kawża prinċipali jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal viża għal żjara qasira fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-Konsulat Svizzeru f’Colombo. |
|
75 |
Issa, dak il-ftehim jipprevedi li, meta tkun qed tirrappreżenta lill-Pajjiżi l-Baxxi, huwa f’idejn il-Konfederazzjoni Svizzera, b’mod partikolari li “tiċħad li toħroġ viżi fejn xieraq, skont l-Artikolu 8(4)(d) tal-Kodiċi dwar il-Viżi”, u li “teżamina l-appell skont il-liġi nazzjonali tal-parti li taġixxi fir-rappreżentanza”. |
|
76 |
Konsegwentement, sa fejn, fuq il-bażi tal-imsemmi ftehim, kien f’idejn il-Konfederazzjoni Svizzera li tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjonijiet sottomessi mill-atturi fil-kawża prinċipali għall-viżi għal żjara qasira, kien ukoll l-ewwel Stat kompetenti li jieħu konjizzjoni tal-appelli ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ viża, skont l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. |
|
77 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fejn ikun hemm ftehim bilaterali ta’ rappreżentazzjoni li jipprevedi li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru rappreżentant jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda ta’ viża, huma l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat li jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża. |
Fuq ir-raba’ domanda
|
78 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk l-interpretazzjoni magħquda tal-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li skonthom l-appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża għandu jiġi ppreżentat kontra l-Istat rappreżentant, huwiex kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
79 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi dwar il-Viżi, inkluż id-dritt għal appell previst fl-Artikolu 32(3) ta’ dak il-kodiċi, trid tiġi interpretata, kif jirriżulta mill-premessa 29 ta’ dan l-istess kodiċi, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u mill-Karta. |
|
80 |
Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jikkostitwixxi, fil-fatt prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, li ġie stabbilit mill-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, u li issa huwa ddikjarat fl-Artikolu 47 tal-Karta (sentenza tal-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindal dos Juízes Portugueses, C‑64/16, EU:C:2018:117, punt 35). |
|
81 |
Fil-kuntest partikolari tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, huwa l-obbligu ta’ kull Stat Membru li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, billi jiddetermina n-natura u l-arranġamenti tal-appell kontra d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ viża, fir-rispett tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017, El Hassani, C‑403/16, EU:C:2017:960, punti 25 u 42), |
|
82 |
Konsegwentement, l-Istat li kontrih irid jiġi ppreżentat l-appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża huwa, skont it-termini tal-ftehim tar-rappreżentazzjoni, l-Istat rappreżentant kemm jekk huwa l-Istat rappreżentant, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt tal-applikanti għall-viża għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandhom jiġu żgurati. |
|
83 |
B’mod partikolari, il-fatt li d-deċiżjoni finali ta’ ċaħda ta’ viża tiġi adottata, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Istat rappreżentant ma jaffettwax l-obbligu li jiġi rrispettat tali dritt. |
|
84 |
F’dan ir-rigward, kif iddikjarat fil-premessa 34 tiegħu, il-Kodiċi dwar il-Viżi jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437 moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/146. |
|
85 |
Skont l-imsemmi kodiċi, il-Konfederazzjoni Svizzera tista’ toħroġ viżi uniformi li huma validi għaż-żona kollha ta’ Schengen. |
|
86 |
Issa, għalkemm il-Konfederazzjoni Svizzera ma hijiex Stat Membru tal-Unjoni, mhijiex biss membru tal-Kunsill tal-Ewropa mis-6 ta’ Mejju 1963, parti għall-KEDB, iżda fuq kollox Stat Assoċjat fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-acquis ta’ Schengen, li jipprevedi, fl-10 premessa tiegħu jiddikjara li “l-kooperazzjoni ta’ Schengen hija bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif garantiti b’mod partikolari mill- [KEDB]”. |
|
87 |
Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-acquis ta’ Schengen joħloq, kif joħroġ ċar mill-Artikolu 1(2) tiegħu, id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi, b’mod li l-Konfederazzjoni Svizzera għandha, kif previst fl-Artikolu 2 ta’ dak il-ftehim, timplimenta d-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta’ Schengen skont il-proċeduri previsti fih. |
|
88 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li interpretazzjoni magħquda tal-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li jgħid li l-appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża għandu jiġi ppreżentat kontra l-Istat rappreżentanti, huwa kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
Fuq l-ispejjeż
|
89 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.