30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 16/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta’ dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 24ea (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/810/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“24eb.

32010 R 0581: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta’ dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 581/2010 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 93, 7.4.2011, p. 33.

(2)   ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.