|
16.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/220
tad-9 ta' Frar 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Apparat mekkaniku (l-hekk imsejjaħ “makkinarju għat-tidmil manwali”) li jikkonsisti minn struttura tal-azzar u t-tank tal-plastik, b'inforra tal-kanvas ta' volum ta' madwar 60 litri, b'makkinarju għat-tidmil ta' rotazzjoni fil-qiegħ, u żewġ tajers pnewmatiċi. Dan hu maħsub għad-distribuzzjoni (tixrid/tixrid permezz ta' rotazzjoni) ta' fertilizzanti, ramel, żrieragħ, melħ eċċ. Il-volum tad-distribuzzjoni jista' jiġi aġġustat mill-manku. Huwa adattat għal manutenzjoni regolari ta' żoni kbar. Ara l-istampa (*1). |
8424 89 70 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skont ir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2 tal-Kapitolu 84 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8424 , 8424 89 u 8424 89 70 . L-apparat jaqbel mad-deskrizzjoni taħt l-intestatura 8424 (tixrid ta' ramel u melħ) u mad-deskrizzjoni taħt l-intestatura 8432 (distributuri tal-fertilizzant u ħawwiel taż-żerriegħa). Ma jistax jiġi kklassifikat skont in-Nota 3 tat-Taqsima XVI peress li ma jwettaqx dik il-funzjoni prinċipali. Skont in-nota 2 tal-Kapitolu 84, apparat li joqgħod għal deskrizzjoni f'wieħed jew aktar mit-titli 8401 sa 8424 u fl-istess ħin għal deskrizzjoni f'wieħed jew ieħor mit-titli 8425 sa 8480 għandu jiġi kklassifikat taħt it-titlu xieraq tal-eksgrupp (intestatura 8424 f'dan il-każ). L-apparat jista' jintuża kemm bħala apparat agrikolu jew kemm bħala apparat ortikulturali tas-subintestatura 8424 82 u bħala apparat ieħor tas-subtitlu 8424 89 . Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, l-ebda waħda minn dawn il-funzjonijiet ma hija kkunsidrata bħala l-funzjoni prinċipali tal-apparat fit-tifsira tan-Nota 3 tat-Taqsima XVI u l-ebda waħda miż-żewġ subintestaturi hija kkunsidrata li tipprovdi deskrizzjoni aktar speċifika. Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt subintestatura li tidher fl-aħħar tal-ordni numerika. Għaldaqstant l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8424 89 70 bħal apparat mekkaniku ieħor għal xħit, tixrid jew traxxix ta' likwidi jew trabijiet. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.