|
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 436/34 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2240
tat-23 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2020) 9624)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),
Wara li kkunsidrat id-Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fir-Renju Unit, u wara l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/1742 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2051 (5), wara tifqigħat ulterjuri tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fil-Kontej ta’ Yorkshire tat-Tramuntana u ta’ Norfolk li kien jeħtieġ li jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(4) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2051, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħat ġodda ta’ HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fil-kontej ta’ Derbyshire, ta’ Norfolk u ta’ Dorset u fil-Gżejjer ta’ Orkney, u li ħa l-miżuri neċessarji meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġodda. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat il-ġdida ta’ HPAI tas-sottotip H5N8. |
|
(6) |
Sabiex jiġi evitat kull disturb bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, iż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għar-Renju Unit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 jiġu emendati. |
|
(7) |
Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 biex jiġu aġġornati r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE mir-Renju Unit u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-HPAI tas-sottotip H5N8, huwa importanti li l-emendi lill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 60).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2051 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 420, 14.12.2020, p. 28).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Żona ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Ir-Renju Unit
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81 |
27.11.2020 |
|
Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81 |
8.12.2020 |
|
Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86 |
16.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30 and W1.47 |
26.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.29 and W1.45 |
29.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk County (ADNS code 00154) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.49 and E0.95 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk County (ADNS code 00154) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.72 and E0.15 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Derbyshire (ADNS code 00142) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.93 and W1.57 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Orkney Islands (ADNS code 00123) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N59.28 and W2.44 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Dorset (ADNS code 00143) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N51.06 and W2.27 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk (ADNS code 00154) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.52 and E0.96 |
31.12.2020 |
PARTI B
Żona ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Ir-Renju Unit
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81 |
6.12.2020 |
|
Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81 |
From 28.11.2020 until 6.12.2020 |
|
Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81 |
17.12.2020 |
|
Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81 |
From 9.12.2020 until 17.12.2020 |
|
Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86 |
25.12.2020 |
|
Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86 |
From 17.12.2020 until 25.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30 and W1.47 |
31.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30 and W1.47 |
From 24.12.2020 until 31.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.29 and W1.45 |
31.12.2020 |
|
Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.29 and W1.45 |
From 30.12.2020 until 31.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk County (ADNS code 00154) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.49 and E0.95 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk County (ADNS code 00154) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.72 and E0.15 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Derbyshire (ADNS code 00142) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.93 and W1.57 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Orkney Islands (ADNS code 00123) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N59.28 and W2.44 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Dorset (ADNS code 00143) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N51.06 and W2.27 |
31.12.2020 |
|
Those parts of Norfolk (ADNS code 00154) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.52 and E0.96 |
31.12.2020 |