|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/24 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9911 — Voith/PCSH/TSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 362/05)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Voith Austria GmbH (“Voith”, l-Awstrija), Teil der Voith GmbH & Co. KGaA (“Voith-Gruppe”, il-Ġermanja). |
|
— |
PCS Holding AG (“PCSH”, l-Isvizzera). |
|
— |
Traktionssysteme Austria GmbH (“TSA”, l-Awstrija). |
Voith u PCSH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TSA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Il-grupp Voith huwa attiv fl-oqsma li ġejjin: manifattura u bejgħ ta’ magni li jagħmlu l-karta, stallazzjonijiet li jipproduċu enerġija idroelettrika, teknoloġija tat-trażmissjoni u tal-kontroll għal vetturi kummerċjali u karozzi tal-linja, makkinarju agrikolu u tal-kostruzzjoni, materjal fuq ir-roti, applikazzjonijiet għat-tbaħħir u industrijali inkluż għal diversi setturi tal-industrija bħall-industrija tal-kimiċi u l-industrija petrokimika, l-industrija taż-żejt u tal-gass u l-industrija tal-minjieri u l-azzar. The grupp Voith huwa wkoll attive fis-setturi tal-awotmazzjoni u l-IT għall-inġinerija mekkanika u tal-impjanti. |
|
— |
PCSH, permezz tal-kumpanija li fihom għandha l-ishma, hija attiva fil-materjali bir-roti u f’vetturi bi skop speċjali għall-muniċipalitajiet u l-agrikoltura. |
|
— |
TSA timmanifattura, b’mod partikolari, mutur ta’ propulsjoni elettrika u ġeneraturi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9911 — Voith/PCSH/TSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).