29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

294


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/22/KE

tas-17 ta’ April 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ l-adattament ta’ l-Annessi IV u VI tagħha għal progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti ta’ Konsum,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u Prodotti li mhumiex Ikel maħsuba għall-konsum, sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti ta’ Konsum, (SCCP), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ressaq opinjoni fir-rigward ta' l-użu sikur tal-priservattiv iodopropynyl butylcarbamate (IPBC) fi prodotti kosmetiċi u ikkonkluda li l-konsum bijodisponibbli ta' kuljum ta' jodju minn prodotti kosmetiċi ma għandux jaqbeż l-20 % tal-konsum ta' kuljum irrakkomandat ta' 150µg u li l-IPBC ma għandux jintuża fi prodotti għall-iġjene orali u għall-kura tax-xufftejn.

(2)

Meta wieħed iqis li l-lista ta’ priservattivi awtorizzati fi prodotti kosmetiċi ma għandhiex tkun limitata wisq, iżda li l-esponiment għall-jodju mill-IPBC ma għandux ikun għoli wisq, l-iskrizzjoni eżistenti 56 għall-Anness VI għandha tiġi emendata skond dan.

(3)

Il-jodati tas-sodju u l-aġent koloranti CI 45425 fihom il-jodju u huma attwalment imniżżla bħala priservattiv awtorizzat taħt l-Anness VI u bħala aġent koloranti awtorizzat taħt l-Anness IV rispettivament. Fid-dawl tan-nuqqas ta' interess minn naħa tal-partijiet interessati sabiex jiddefendu l-użu ta' dawn is-sustanzi u l-opinjoni ta' l-SCCP fir-rigward tal-ħtieġa li jitnaqqas l-esponiment għall-jodju fi prodotti kosmetiċi, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rtirati.

(4)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar lil-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi IV u VI tad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li mit-18 ta’ Ottubru 2008 prodotti kosmetiċi li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq minn manifatturi Komunitarji jew minn importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn il-prodotti la jinbiegħu u lanqas jingħataw lill-konsumatur aħħari wara t-18 ta’ April 2009.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Jannar 2008. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u skeda ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/17/KE (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 27).

(2)   ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-parti 1 ta’ l-Anness IV, jitneħħa l-aġent kolorant CI 45425.

(2)

Il-parti 1 ta' l-Anness VI hija emendata kif ġej:

(a)

jitneħħa n-numru ta' referenza 10;

(b)

in-numru ta' referenza 56 jinbidel b'dan li ġej:

Numru ta'referenza

Sustanza

Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kondizzjonijiet għall-użu u twissijiet li jridu jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“56

iodopropynyl butylcarbamate

(IPBC)

3-iodo-2-propynylbutyl carbamate

CAS N° 55406-53-6

a)

prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu: 0,02 %

b)

prodotti li ma jitlaħalħux: 0,01 %, għajr għal deodoranti/prodotti kontra l-għaraq: 0,0075 %

Ma għandux jintuża fi prodotti għall-iġjene orali u għall-kura tax-xufftejn

a)

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għal tfal taħt it-3 snin, għajr għal prodotti tal-banju/shower gels u xampù

b)

—

Ma għandux jintuża fil-lozjoni għall-ġisem u krim għall-ġisem (*1)

—

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għal tfal taħt it-3 snin

a)

‘Ma għandux jintuża għal tfal taħt it-3 snin’ (*2)

b)

‘Ma għandux jintuża għal tfal taħt it-3 snin’ (*3)


(*1)  Għal dawk il-prodotti biss, għajr għal prodotti tal-banju/shower gels u xampù, li jistgħu jintużaw għat-tfal taħt it-tliet snin.

(*2)  Għal dawk il-prodotti biss li jistgħu jintużaw għat-tfal taħt it-tliet snin.

(*3)  Kwalunkwe prodott bil-għan li jiġi applikat fuq parti kbira mill-ġisem.”