|
31.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2097
tas-27 ta’ Ottubru 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/2/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine). |
|
(2) |
L-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 jipprevedi li Stat Membru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni Kmand ta’ Taħriġ Speċjali (ST-C) multinazzjonali li għandu jmexxi attivitajiet ta’ taħriġ fit-territorju tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE għall-EUMAM Ukraine, inkluż il-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali. |
|
(4) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Logutenent Ġeneral Andrea MARLOW bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali. |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Logutenent Ġeneral Andreas MARLOW bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-EUMAM Ukraine mis-27 ta’ Ottubru 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Logutenent Ġeneral Andreas MARLOW huwa b’dan maħtur Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) mis-27 ta’ Ottubru 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK