<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-501/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0501</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:383">EU:C:2017:383</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL – KAWŻA C‑501/15 P</P><P>EUIPO vs CACTUS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑501/15 P</HT></P><P>L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</P><P>vs</P><P>Cactus SA</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 15, 28 u 42</KEYWORD><KEYWORD>Sinjal figurattiv li jinkludi l-element verbali CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ</KEYWORD><KEYWORD>Oppożizzjoni mis-sid ta’ trade marks Komunitarji preċedenti li jinkludu l-element verbali CACTUS</KEYWORD><KEYWORD>Portata ta’ dawk it-trade marks preċedenti</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut</KEYWORD><KEYWORD>Valutazzjoni tal-użu ġenwin ta’ trade mark figurattiva f’ċirkustanzi fejn tintuża biss parti mit-trade mark irreġistrata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑24/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cactus vs UASI — Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑24/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:494">EU:T:2015:494</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>. F’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, li min-naħa tiegħu annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sa fejn din ikkonstatat li ġie ssostanzjat l-użu ġenwin ta’ trade marks preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-każ iqajjem żewġ kwistjonijiet ewlenin. It-tnejn li huma jirreferu, partikolarment, għall-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>użu ġenwin<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fis-sens tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament dwar it-trade mark<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE>. Minn naħa, il-każ jittratta l-portata tal-protezzjoni li għandha tingħata lil trade mark preċedenti fejn, minbarra riferiment ġenerali għall-klassi rilevanti tal-prodotti u servizzi, fil-mument tar-reġistrazzjoni ma ngħatat l-ebda indikazzjoni speċifika rigward il-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark. F’dak ir-rigward, il-każ jipprovdi opportunità għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tikkjarifika l-ġurisprudenza tagħha li tiddevolvi mis-sentenzi <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>The Chartered Institute of Patent Attorneys,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑307/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza IP Translator<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE> u <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Praktiker Bau- und Heimwerkermärkte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:425">EU:C:2005:425</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sentenza Praktiker<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-każ jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkjarifika kif għandu jiġi evalwat l-użu ġenwin ta’ trade mark kumplessa fejn, fil-prattika, it-trade mark tintuża b’mod imqassar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, it-trade mark Komunitarja għandha tkun soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.</ALINEA><ALINEA><P>Dawn li ġejjin jikkostitwixxu użu kif inhu mifhum fl-ewwel subparagrafu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-użu ta’ trade mark Komunitarja f’forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka [trade mark] fil-forma kif hija ġiet reġistrata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tar-Regolament dwar it-trade mark jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-Prodotti u s-servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandhom jiġu klassifikati skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni speċifikata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(2) tar-Regolament dwar it-trade mark jittratta l-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni. Huwa jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti li jkun għamel notifika għandu iġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ikun sar użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja preċedenti fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun f’dik id-data ilha reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F’nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda. Jekk it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun intużat f’konnessjoni ma’ parti biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni, titqies li hija reġistrata biss f’konnessjoni ma’ dik il-parti tal-prodotti jew servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Lista ta’ objettivi [prodotti] u servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, ir-Regola 2 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kumissjoni, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Regolament ta’ Implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</P></NOTE> taqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.P><TXT>Il-klassifika komuni msemmija f’Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifika Internazzjonali ta’ Prodotti u servizzi għall-Iskopijiet ta’ Reġistrazzjoni ta’ Marki tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, għandu jiġi applikat għall-klassifika tal-prodotti u servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-lista ta’ prodotti u servizzi għandha tinkiteb b’tali mod li tindika b’mod ċar in-natura tal-prodotti u servizzi u li tħalli kull oġġett [prodotti] jew servizz li jiġi kklassifikat taħt klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni NICE [Klassifikazzjoni ta’ Nizza].</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi għandhom, ġeneralment, jiġu miġbura skond il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni NICE [Klassifikazzjoni ta’ Nizza], b’kull grupp ikun preċedut bin-numru tal-klassi ta’ dik il-Klassifikazzjoni li taħtha jaqa’ dak il-grupp ta’ prodotti u servizzi u muri fl-ordni tal-klassijiet taħt dik il-Klassifikazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-klassifika ta’ prodotti u servizzi għandha sservi esklussivament għal għanijiet amministrattivi. Għalhekk, prodotti u servizzi ma jistgħux jiġu meqjusa li huma simili għal xulxin minħabba li jidhru fl-istess klassi taħt il-Klassifikazzjoni NICE [Klassifikazzjoni ta’ Nizza], u prodotti u servizzi ma jistgħux jiġu meqjusa li ma għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin minħabba li jidhru fi klassijiet differenti taħt il-Klassifikazzjoni NICE [Klassifikazzjoni ta’ Nizza].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Is-sentenza appellata tiddeskrivi l-isfond tal-każ b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090813">13 ta’ Awwissu 2009</DATE>, Isabel Del Rio Rodriguez ippreżentat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja mal-EUIPO abbażi tar-Regolament dwar it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-reġistrazzjoni bħala trade mark kienet mitluba għas-sinjal figurattiv li jinkludi l-elementi verbali CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-prodotti u servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni huma fil-klassijiet 31, 39 u 44 tal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Klassifikazzjoni ta’ Nizza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza tinkludi lista ta’ klassijiet akkumpanjati minn noti ta’ spjegazzjoni. Sa mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> din il-klassifikazzjoni hija magħmula minn 34 klassi għal prodotti u 11-il klassi għal servizzi. Kull klassi hija komposta minn diversi indikazzjonijiet ġenerali li jiffurmaw l-intestatura tal-klassi, u mil-lista alfabetika tal-prodotti u servizzi. Il-prodotti u servizzi inkwistjoni hawnhekk huma dawn. Klassi 31: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Żrieragħ, fjuri u pjanti naturali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>; klassi 39: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Servizzi ta’ ħżin, kunsinna u ġarr ta’ kull xorta ta’ demel, fertilizzanti, żrieragħ, fjuri, xtieli, siġar, għodda u oġġetti tal-ġardinaġġ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>; klassi 44: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Xogħol fil-ġnien, mixtliet, ortikultura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għat-trade mark ġiet ippubblikata fl-<DATE ISO="20091214">14 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100312">12 ta’ Marzu 2010</DATE>. Cactus SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) ressqet oppożizzjoni, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament dwar it-trade mark, kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Insostenn tal-oppożizzjoni tagħha, Cactus invokat it-trade marks Komunitarji rreġistrati preċedentement (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>trade marks preċedenti ta’ Cactus<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Speċifikament, l-oppożizzjoni kienet ibbażata, minn naħa, fuq it-trade mark Komunitarja verbali CACTUS (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>trade mark verbali preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) irreġistrata fit-<DATE ISO="20021018">18 ta’ Ottubru 2002</DATE> għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 5 sa 9, 11, 16, 18, 20, 21, 23 sa 35, 39, 41 u 42<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Għal ċerti klassijiet, dawn il-prodotti u servizzi jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja. Klassi 31: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Prodotti tal-ikel mhux inklużi fi klassijiet oħrajn; fjuri u pjanti naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski; apparti l-kaktus, żrieragħ tal-kaktus u b’mod iktar ġenerali, pjanti u żrieragħ tal-familja tal-kaktus<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>; klassi 35: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Pubbliċità, ġestjoni ta’ negozju, fosthom il-ġestjoni tal-ħwienet, ġestjoni ta’ ħwienet b’artikoli għad-DIY u l-ġardinaġġ, ġestjoni ta’ supermarkits jew ipermarkits; amministrazzjoni kummerċjali, xogħlijiet ta’ uffiċċju, fosthom il-pubbliċità, pubbliċità radjufonika u/jew televiżiva, tqassim tar-reklami, pubblikazzjoni ta’ testi pubbliċitarji, reklamar bil-posta diretta; studji tas-suq; reklamar fuq barra; assistenza fil-ġestjoni ta’ negozju; dimostrazzjoni tal-prodotti, distribuzzjoni tal-kampjuni; stħarriġ tal-opinjoni; reklutaġġ tal-persunal; analiżi tal-prezz tal-kost; relazzjonijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>; klassi 39: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Trasport, imballaġġ u ħżin tal-merkanzija; organizzazzjoni tal-vjaġġi, inkluż it-trasport ta’ oġġetti; ħżin tal-merkanzija, kiri ta’ ħżin u/jew imħażen; kunsinna tal-prodotti; servizzi ta’ kurrier<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, l-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark Komunitarja figurattiva (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>trade mark figurattiva preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) irreġistrata fis-<DATE ISO="20010406">6 ta’ April 2001</DATE> għall-istess prodotti u servizzi koperti mit-trade mark verbali, bl-eċċezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>oġġetti tal-ikel mhux inklużi fi klassijiet oħrajn; fjuri u pjanti naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fil-klassi 31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni, li kienet ibbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark, kienet diretta kontra l-prodotti u s-servizzi kollha koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u kienet ibbażata fuq il-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn trade marks preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110802">2 ta’ Awwissu 2011</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>żrieragħ, fjuri u pjanti naturali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fil-klassi 31 u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>xogħol fil-ġnien, mixtliet, ortikultura<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fil-klassi 44, koperti mit-trade mark verbali preċedenti. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ġiet irrifjutata għal dawk il-prodotti u servizzi, iżda aċċettata għas-servizzi fil-klassi 39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kkunsidrat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li, wara t-talba ta’ I. Del Rio Rodríguez biex Cactus tipprova li t-trade marks preċedenti ntużaw ġenwinament, l-evidenza mressqa mir-rikorrenti wriet l-użu ġenwin tat-trade mark verbali preċedenti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fjuri u pjanti naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski; apparti l-kaktus, żrieragħ tal-kaktus u b’mod iktar ġenerali, pjanti u żrieragħ tal-familja tal-kaktus<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fil-klassi 31 u s-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil-klassi 35.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110928">28 ta’ Settembru 2011</DATE>, I. Del Rio Rodríguez ressqet appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO laqa’ l-appell u ċaħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha. B’mod partikolari, dan irrileva li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni żbaljat meta kkunsidrat li Cactus ressqet prova ta’ użu ġenwin tat-trade marks preċedenti ta’ Cactus għas-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-klassi 35. Speċifikament, il-Bord tal-Appell ikkonstata li (i) dawk is-servizzi ma kinux koperti minn trade marks preċedenti ta’ Cactus; (ii) għalkemm Cactus talbet l-użu fir-rigward tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>servizzi ta’ supermarkit<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, dawk is-servizzi mhux biss ma kinux koperti mit-trade marks preċedenti ta’ Cactus, iżda lanqas ma kien ġie pprovat l-użu ġenwin fir-rigward ta’ dawk is-servizzi u (iii) il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ġestjoni ta’ supermarkits u ipermarkits<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-klassi 35, li hija koperta mit-trade marks preċedenti ta’ Cactus, tikkorrispondi għas-servizzi tal-ġestjoni pprovduti lil impriżi terzi, bir-riżultat li dak is-servizz għandu jitqies differenti minn servizzi bl-imnut fir-rigward tan-natura, l-iskop u l-utenti finali tiegħu li għalihom huwa maħsub. Il-Bord tal-Appell ikkunsidra wkoll li Cactus ma kinitx ressqet prova, għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE> u t-<DATE ISO="20091213">13 ta’ Diċembru 2009</DATE>, tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti ta’ Cactus għal kwalunkwe mill-prodotti jew servizzi koperti minn dawk it-trade marks.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20130121">21 ta’ Jannar 2013</DATE>, Cactus talbet lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-oppożizzjoni ġiet miċħuda minħabba li s-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fil-klassi 35 ma kinux koperti mit-trade marks preċedenti ta’ Cactus u fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fjuri u pjanti naturali, żrieragħ<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fil-klassi 31, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, ippreżentat fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150922">22 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-EUIPO talab lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Cactus għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Cactus titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-trattazzjonijiet tal-partijiet instemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-EUIPO jistrieħ fuq żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-ewwel aggravju jirrileva li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 28 tar-Regolament dwar it-trade mark, moqri flimkien mar-Regola 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, għaliex il-kopertura tal-intestatura tal-klassi 35 ġiet assimilata għas-servizzi kollha li jappartjenu għal dik il-klassi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit-tieni aggravju, l-EUIPO jirrileva li s-sentenza appellata tikser l-Artikoli 42(2) u 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark peress li l-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li l-użu tal-element figurattiv, jiġifieri logo li juri kaktus stilizzat, mingħajr l-element verbali ma jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark figurattiva kif irreġistrata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT>L-ewwel aggravju: trade mark tista’ tkopri servizzi ta’ bejgħ bl-imnut għalkemm dawn is-servizzi ma jkunux imsemmijin fil-lista alfabetika tal-klassi 35 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza?</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dan l-aggravju jindirizza l-possibbiltà tar-reġistrazzjoni tat-trade marks għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u l-użu tal-intestaturi tal-klassijiet biex jindikaw il-prodotti u s-servizzi koperti minn trade mark. Iqajjem ukoll kwistjoni importanti rigward l-impatt tal-komunikazzjonijiet, ippubblikati mill-EUIPO fir-rigward tal-prattika tar-reġistrazzjoni tiegħu, fuq il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’sens iktar wiesa’, dan l-aggravju jittratta l-ambitu tal-protezzjoni li għandha tingħata lil trade mark preċedenti meta l-intestaturi tal-klassi ġenerali tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza jkunu ġew applikati biex jindikaw il-prodotti u servizzi li għandhom jiġu koperti mit-trade mark. Wara r-reġistrazzjoni tat-trade marks preċedenti ta’ Cactus, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja llimitat il-possibbiltà tal-applikanti tat-trade mark li jirreferu sempliċement għall-intestaturi tal-klassi ġenerali biex jindikaw il-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu koperti mit-trade mark. Ipprovdiet ukoll gwida dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu permessi r-reġistrazzjonijiet tat-trade mark għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minn naħa, fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>bil-għan li josserva r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni, […] l-applikant għal trade mark nazzjonali li juża l-indikazzjonijiet ġenerali kollha tal-intestatura ta’ klassi partikolari tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice sabiex jidentifika l-prodotti jew is-servizzi li għalihom tintalab il-protezzjoni tat-trade mark, għandu jispeċifika jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tiegħu tirrigwardax il-prodotti jew is-servizzi kollha elenkati fil-lista alfabetika tal-klassi partikolari kkonċernata jew jekk tirrigwardax biss lil xi wħud minn dawn il-prodotti jew servizzi. Fil-każ fejn l-applikazzjoni tkun tirrigwarda biss lil xi wħud mill-prodotti jew servizzi msemmija, l-applikant ikun marbut li jispeċifika liema prodotti jew servizzi li jiffurmaw parti mill-klassi msemmija huma koperti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT>, punt 61.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li filwaqt li trade mark tista’ tkopri servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-applikant għandu jiġi mitlub jispeċifika l-merkanzija jew it-tipi ta’ merkanzija li għalihom jirreferu dawn is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>, punt 50.</P></NOTE> fl-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-istqarrija tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> ma taffettwax il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade marks preċedenti ta’ Cactus u li d-denominazzjoni tal-intestatura tal-klassi 35 tkopri s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>servizzi kollha inklużi f’dik il-klassi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], inklużi servizzi li jikkonsistu fil-bejgħ bl-imnut tal-prodotti. Skont il-Qorti Ġenerali, il-protezzjoni tat-trade marks Komunitarji preċedenti testendi għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut relatati mal-kummerċ ta’ kull prodott, għaliex dawn it-trade marks ġew ippreżentati qabel id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li t-trade marks Komunitarji preċedenti huma protetti fir-rigward tas-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Punti 36 sa 39 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Skont l-EUIPO, il-Qorti Ġenerali skorrettement applikat l-awtorità li tiddevolvi mis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> u llimitat skorrettement l-applikazzjoni tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT> f’relazzjoni mat-trade marks preċedenti ta’ Cactus. Fil-fehma tal-EUIPO, dan jammonta għal ksur tal-Artikolu 28 tar-Regolament dwar it-trade mark, moqri flimkien mar-Regola 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni. Peress li la s-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut bħala tali u lanqas is-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ma huma inklużi fil-lista alfabetika tal-klassi 35, it-trade marks preċedenti ta’ Cactus ma humiex protetti għal dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Cactus tikkunsidra li l-ilmenti tal-EUIPO huma ineffettivi u li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT>Il-prattika tal-EUIPO</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, huwa utli li wieħed josserva li l-prodotti u servizzi li għalihom huma applikati t-trade marks Komunitarji huma kklassifikati f’konformità mal-klassifikazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 1 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza. F’konformità mar-Regola 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, il-lista tal-prodotti u servizzi għandha tiġi fformulata b’tali mod li tindika biċ-ċar in-natura tal-prodotti u servizzi u tippermetti li kull entrata tiġi kklassifikata preferibbilment fi klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Qabel ma ngħatat is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-EUIPO aċċetta applikazzjonijiet għal trade mark li jsemmu waħda jew diversi intestaturi tal-klassi mingħajr il-bżonn ta’ indikazzjoni dwar liema prodotti u servizzi kellhom jiġu koperti mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha. Speċifikament, f’dak il-kuntest, il-Komunikazzjoni Nru 4/03 tal-President tal-Uffiċċju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Komunikazzjoni Nru 4/03 tal-President tal-Uffiċċju tas-<DATE ISO="20030616">16 ta’ Ġunju 2003</DATE>, li tirrigwarda l-użu tal-intestaturi ta’ klassijiet fil-listi ta’ prodotti u ta’ servizzi għall-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet tat-trade marks Komunitarji.</P></NOTE> spjegat il-prattika ta’ dak li kien l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern rigward l-intestaturi tal-klassijiet. Minn naħa, kien permess l-użu ta’ indikazzjonijiet ġenerali li jiffurmaw l-intestaturi tal-klassijiet. L-ebda minnhom ma tqieset vaga wisq jew indefinita. Min-naħa l-oħra, kien ikkunsidrat li d-denominazzjoni tal-intestatura tal-klassi sħiħa ta’ klassi speċifika kienet tkopri l-prodotti u s-servizzi kollha li <HT TYPE="ITALIC">potenzjalment</HT> jaqgħu fi ħdan il-klassi inkwistjoni (l-approċċ li jiġbor kollox fih).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Wara li ngħatat is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> fid-<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-EUIPO ssostitwixxa l-Komunikazzjoni Nru 4/03 bil-Komunikazzjoni Nru 2/12<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Komunikazzjoni Nru 2/12 tal-President tal-Uffiċċju tal-20/06/2012, li tirrigwarda l-użu tal-intestaturi ta’ klassijiet fil-listi ta’ prodotti u ta’ servizzi għall-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet tat-trade marks Komunitarji.</P></NOTE>. Tal-aħħar tistabbilixxi distinzjoni li tiddependi mid-data li fiha saret l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja. Rigward trade marks Komunitarji li saret applikazzjoni għalihom fil-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE> jew wara, l-applikanti għandhom espressament jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jkopru l-prodotti u s-servizzi kollha fil-lista alfabetika ta’ klassi partikolari. Rigward trade marks Komunitarji li saret applikazzjoni għalihom qabel id-data<?PAGE NO="7"?> limitu tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-użu tal-indikazzjonijiet ġenerali ta’ intestatura tal-klassi huwa mifhum li jimplika li l-applikazzjoni kienet testendi għall-prodotti jew servizzi kollha tal-lista alfabetika ta’ klassi partikolari. Kif semmejt iktar ’il fuq, fil-passat kien preżunt li tali pretensjoni tkopri, f’konformità mal-approċċ li jiġbor kollox fih, il-prodotti jew servizzi kollha li jiffurmaw parti minn klassi partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kif jirrileva l-EUIPO, id-distinzjoni bejn, minn naħa, il-prodotti jew is-servizzi tal-lista alfabetika ta’ klassi partikolari u, min-naħa l-oħra, il-prodotti jew is-servizzi li potenzjalment jaqgħu f’dik il-klassi partikolari, hija waħda importanti. Dan peress li mhux il-prodotti u servizzi kollha possibbli li jiffurmaw parti minn klassi partikolari huma previsti fil-lista alfabetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan iwassalni għall-impatt tad-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> dwar il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade marks irreġistrati qabel l-għoti tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza u l-portata tagħha</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT>Is-sentenza IP Translator</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Is-sentenza reċenti fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT>, li nqatgħat wara li ntemmet il-proċedura bil-miktub fil-każ preżenti, ikkjarifikat il-portata tad-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> rigward trade marks irreġistrati qabel inqatgħat l-imsemmija sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO u Scooters India</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:122">EU:C:2017:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Waqt li ddeċidiet l-appell fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> ma tirrigwardax lis-sidien ta’ trade marks diġà rreġistrati, iżda biss applikanti (ġodda) għal trade marks. Speċifikament, hija kkonstatat li l-unika intenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet li tispeċifika r-rekwiżiti li għalihom għandhom jiġu suġġetti applikanti għal trade marks nazzjonali, li jużaw l-indikazzjonijiet ġenerali ta’ klassi biex jidentifikaw il-prodotti u s-servizzi li għalihom intalbet il-protezzjoni tat-trade mark. Dawn ir-rekwiżiti huma intiżi biex jiżguraw li jkun possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza l-ambitu tal-protezzjoni mogħtija minn trade mark meta applikant għal trade mark juża l-indikazzjonijiet kollha inklużi f’intestatura tal-klassi. Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat ukoll li s-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> ma kellha ebda effett fuq il-validità tal-approċċ previst fil-Komunikazzjoni Nru 4/03 għal trade marks irreġistrati qabel dik is-sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Punti 29 sa 32.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx meqjusa applikabbli għal trade marks irreġistrati qabel l-għoti tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dik il-konklużjoni għandha tkun valida ugwalment hawnhekk: il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata talli kkunsidrat li d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> ma tħallix impatt fuq il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade marks irreġistrati qabel l-adozzjoni tal-imsemmija sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Kull interpretazzjoni oħra ttellef l-iskop tal-emenda tal-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 207/2009, introdott bir-Regolament (UE) Nru 2424/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015 L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>). Abbażi ta’ dak ir-Regolament, ġiet miżjuda dispożizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 28 li tippermetti lill-proprjetarji ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea li saret applikazzjoni għalihom qabel it-<DATE ISO="20120622">22 ta’ Ġunju 2012</DATE> u rreġistrati b’rabta mal-intestatura sħiħa ta’ klassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza jiddikjaraw, qabel l-<DATE ISO="20160924">24 ta’ Settembru 2016</DATE>, li l-intenzjoni tagħhom, qabel id-data tal-preżentata tal-applikazzjoni, kienet li japplikaw għall-protezzjoni għal prodotti jew servizzi differenti minn dawk li jaqgħu taħt is-sens letterali tal-intestatura iżda li jinsabu fil-lista alfabetika ta’ din il-klassi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-fatt li, permezz tal-Komunikazzjoni Nru 2/12, l-EUIPO adotta approċċ ġdid li wkoll huwa marbut mat-trade marks irreġistrati qabel il-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE> ma jibdel xejn minn dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Kif innotat iktar ’il fuq, abbażi ta’ dik il-Komunikazzjoni, l-EUIPO irreveda l-prattika tiegħu relatata mat-trade marks irreġistrati preċedentement: għal dawk it-trade marks, l-użu tal-indikazzjonijiet ġenerali ta’ intestatura tal-klassi kien mifhum li jfisser li l-protezzjoni mogħtija mit-trade mark kienet testendi għall-prodotti jew is-servizzi kollha <HT TYPE="ITALIC">fil-lista alfabetika</HT> ta’ klassi partikolari, iktar milli għall-prodotti jew is-servizzi kollha li (potenzjalment) jaqgħu f’dik il-klassi partikolari, kif kien il-każ qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’mod sempliċi, il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade marks li ġew irreġistrati ma tistax tinbidel abbażi ta’ komunikazzjoni mhux vinkolanti. Ikun kuntrarjament għall-istabbiltà tat-trade marks irreġistrati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 56 iktar ’il quddiem.</P></NOTE> jekk l-EUIPO jkollu s-setgħa biex, permezz ta’ komunikazzjoni, jillimita l-kopertura tat-trade marks diġà rreġistrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma għandux jintesa’ li l-komunikazzjonijiet tal-EUIPO inkwistjoni għandhom l-għan li jispjegaw u jikkjarifikaw il-prattika tal-EUIPO fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji. Dawn ma humiex legalment vinkolanti. Meta ġew irreġistrati t-trade marks preċedenti ta’ Cactus, l-EUIPO aċċetta r-reġistrazzjoni ta’ trade marks għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut fil-klassi 35 u, ma ġiet espressa l-ebda limitazzjoni dwar l-użu tal-intestaturi tal-klassi għal prodotti u servizzi koperti mit-trade mark fil-komunikazzjonijiet rilevanti jew, biex niġu f’dan, fil-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>L-EUIPO beda jaċċetta r-reġistrazzjonijiet tat-trade mark għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut sa mill-adozzjoni tal-Komunikazzjoni Nru 3/01 tal-President tal-Uffiċċju fit-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade marks Komunitarji għas-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut. Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>BMI Bertollo vs UASI — Diesel (DIESELIT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑186/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:197">EU:T:2004:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>B’kuntrast għall-istqarrijiet tal-EUIPO fis-seduta, il-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma humiex kontradetti bl-interpretazzjoni tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT>. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss irrilevat li d-dikjarazzjoni tagħha fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> ma tapplikax għal trade marks li kienu diġà ġew irreġistrati, iżda wkoll, speċifikament, l-approċċ ivvalidat mill-Qorti Ġenerali li trade mark preċedenti li tirreferi għall-intestatura tal-klassi rilevanti (f’dak il-każ il-klassi 12) kellha tiġi interpretata fis-sens li hija intiża biex tipproteġi dik it-trade mark għall-prodotti kollha fil-<HT TYPE="ITALIC">lista alfabetika</HT> tal-klassi rilevanti, f’konformità mal-approċċ stabbilit fil-Komunikazzjoni Nru 2/12 għal trade marks irreġistrati qabel l-għoti tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO u Scooters India</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:122">EU:C:2017:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Skont l-EUIPO, dan ifisser li għandu jiġi aċċettat li l-użu ta’ intestatura tal-klassi fid-denominazzjoni tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade mark jista’ jestendi biss għall-prodotti jew servizzi previsti fil-lista alfabetika ta’ klassi partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, nixtieq sempliċement nosserva li fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT> ma titqajjimx il-kwistjoni ta’ distinzjoni bejn, minn naħa, il-prodotti jew is-servizzi msemmijin fil-lista alfabetika u, min-naħa l-oħra, il-prodotti jew is-servizzi kollha koperti mill-intestatura rilevanti tal-klassi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Meta ġie ppreżentat l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mitluba tiddeċiedi dwar jekk il-Qorti Ġenerali kinitx korretta li tikkonkludi li, sa fejn il-proprjetarja tat-trade mark preċedenti (LAMBRETTA) kienet kisbet, f’konformità mal-applikazzjoni tagħha li kienet tressqet qabel id-dħul fis-seħħ tal-Komunikazzjoni Nru 4/03, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tagħha għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>vetturi; apparat għaċ-ċaqliq bl-art, bl-ajru jew bl-ilma<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fil-klassi 12, is-sid kellu jingħata, abbażi tal-Komunikazzjoni Nru 2/12, protezzjoni għal kwalunkwe prodott elenkat fil-lista alfabetika relatata mal-klassi 12, f’konformità mal-intenzjoni tas-sid<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO u Scooters India</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:122">EU:C:2017:122</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Scooters India vs UASI — Brandconcern (LAMBRETTA)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑51/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:844">EU:T:2014:844</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punti 35 u 36. Ara, wkoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Present-Service Ullrich vs UASI — Punt Nou (babilu)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑66/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:48">EU:T:2013:48</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Fil-kawża kkonċernata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li jista’ jiġi preżunt li applikant għal trade mark, li jkun għamel użu mill-indikazzjonijiet ġenerali kollha elenkati fl-intestatura tal-Klassi 35 qabel ma daħlet fis-seħħ il-Komunikazzjoni Nru 2/12, kellu l-intenzjoni jkopri s-servizzi kollha inklużi fil-lista alfabetika ta’ dik il-klassi. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma indirizzatx il-fatt li r-riferiment għal-lista alfabetika ma ġiex inkluż fil-Komunikazzjoni Nru 4/03.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT> ma tikkostitwixxix awtorità li tivvalida l-approċċ tal-EUIPO fil-Komunikazzjoni Nru 2/12 fir-rigward tal-preżunzjoni li trade mark irreġistrata qabel id-data limitu tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE> tista’ toffri biss protezzjoni lill-prodotti jew lis-servizzi msemmijin fil-lista alfabetika rilevanti. Bl-istess mod, is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT> ma għandhiex tinqara fis-sens li tipprekludi, mill-bidu nett, li l-protezzjoni mogħtija mit-trade marks irreġistrati qabel ingħatat is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> kapaċi testendi lil hinn mill-prodotti u servizzi previsti fil-lista alfabetika ta’ klassi partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Wara li dan ġie ċċarat, issa ser niddiskuti l-portata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT>Is-sentenza Praktiker</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni hawnhekk hija dwar jekk il-Qorti Ġenerali kellhiex raġun tikkonstata li, peress li t-trade marks preċedenti ta’ Cactus ġew irreġistrati qabel ingħatat is-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>, il-protezzjoni mogħtija minn dawk it-trade marks testendi għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ kull prodott mingħajr il-bżonn li jiġu speċifikati l-prodotti jew it-tipi ta’ prodotti li s-servizz ta’ bejgħ bl-imnut inkwistjoni jikkonċerna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif jirrileva l-EUIPO, il-limitazzjoni tal-effett <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex ir-regola, iżda eċċezzjoni. L-EUIPO għandu raġun ukoll fejn jirrimarka li l-Qorti tal-Ġustizzja ma llimitatx l-effett <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> speċifikament fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-eċċezzjonalità tal-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti tas-sentenzi hija l-korollarju loġiku għall-iskjerament tal-effetti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja jipproduċu, fil-prinċipju, effetti <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT>. Skont il-formula stabbilita sew, imtennija fil-kuntest tad-deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja lil regola tad-dritt tal-UE tiċċara u tiddefinixxi t-tifsira u l-ambitu tar-regola, kif trid jew kif kellha tinftiehem u tiġi applikata sa mid-dħul fis-seħħ tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’ u għandha tiġi applikata anki għal relazzjonijiet legali mnisslin u kkostitwiti qabel is-sentenza li tiddeċiedi fuq it-talba għal interpretazzjoni jekk, barra minn hekk, ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu li titressaq kawża dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija regola quddiem il-qrati kompetenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, <NAME.CASE>Roders <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/93 sa C‑377/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:261">EU:C:1995:261</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑292/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:132">EU:C:2007:132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tillimita l-portata tas-sentenzi tagħha f’każijiet eċċezzjonali biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet il-limitazzjoni tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tas-sentenzi tagħha, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fis-sentenza reċenti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Borealis Polyolefine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:311">EU:C:2016:311</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, <NAME.CASE>Defrenne</NAME.CASE>, <NO.CASE>43/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:56">EU:C:1976:56</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħmel dan biss fis-sentenza nnifisha li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni mitluba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, fost ġurisprudenza abbondanti, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000309">9 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>EKW u Wein &amp; Co</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑437/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:110">EU:C:2000:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Meta wieħed iqis kollox, fil-fehma tiegħi l-approċċ tal-Qorti Ġenerali huwa ġġustifikat. Ir-raġuni hija sempliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ikun inkonsistenti li tiġi aċċettata l-applikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT> iżda mhux dik fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT>, għal trade marks diġà rreġistrati. Li fil-każ preżenti tiġi permessa l-applikazzjoni retroattiva tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT> mhux biss ikun inkonsistenti, iżda sempliċement żbaljat. Dan minħabba l-fatt li, bħal fil-każ tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT>, id-dikjarazzjoni magħmula fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT> ma tapplikax hawnhekk. Iż-żewġ sentenzi jittrattaw l-applikazzjonijiet tat-trade mark, filwaqt li l-kwistjoni li tikkonċerna lill-Qorti tal-Ġustizzja hawnhekk tikkonċerna l-ambitu tal-protezzjoni mogħtija minn trade mark irreġistrata preċedentement.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Brandconcern</HT>, hemm differenza importanti bejn iż-żewġ stadji tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tat-trade marks. L-interpretazzjoni tal-lista ta’ prodotti u servizzi li jinsabu f’applikazzjoni xorta tista’ tiġi emendata f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament dwar it-trade mark. Dik ma tkunx l-istess bħall-interpretazzjoni tal-lista ta’ prodotti u servizzi koperti minn trade mark diġà rreġistrata. Skont l-Artikolu 48 tal-istess regolament, trade mark irreġistrata, fil-prinċipju, ma tistax tinbidel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:571">EU:C:2016:571</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Jekk jiġi aċċettat li dikjarazzjoni sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar applikazzjonijiet għal trade marks għandha impatt fuq il-protezzjoni mogħtija minn trade marks irreġistrati preċedentement, dan jispiċċa jimpedixxi l-istabbiltà ta’ tali trade marks. Dan ikun imur ukoll kontra l-prinċipju taċ-ċertezza legali u jippreġudika l-aspettattivi leġittimi tas-sidien tat-trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u biex nikkonkludi, ser nindirizza punt imqajjem mill-EUIPO waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT>Rimarki tal-għeluq</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-EUIPO rrileva li, qabel l-<DATE ISO="20160924">24 ta’ Settembru 2016</DATE>, Cactus ma kinitx indikat, skont l-Artikolu 28(8) tar-Regolament dwar it-trade mark, li l-intenzjoni tagħha, fid-data meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni tagħha għat-trade marks preċedenti ta’ Cactus, kienet li tapplika għall-protezzjoni ta’ prodotti u servizzi differenti minn dawk koperti mit-tifsira litterali tal-intestatura, iżda inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Naturalment, inkwantu tali, dan ma għandux konsegwenzi għad-destin tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, il-punt imqajjem mill-EUIPO, u l-kumment riżultanti minn Cactus dwar l-assenza ta’ tali dikjarazzjoni, iservu biex jixhdu żewġ punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, dan juri li l-leġiżlazzjoni riedet tfittex li tallinja, fil-futur, il-protezzjoni mogħtija lit-trade marks irreġistrati qabel l-għoti tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">IP Translator</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja mal-protezzjoni mogħtija lit-trade marks irreġistrati wara l-għoti ta’ dik is-sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO u Scooters India</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:122">EU:C:2017:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Tabilħaqq, l-Artikolu 28(8) tar-Regolament dwar it-trade mark jipprovdi li trade marks tal-UE li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni sal-<DATE ISO="20160924">24 ta’ Settembru 2016</DATE> għandhom jitqiesu li jestendu, minn dik id-data, biss għal prodotti jew servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bl-ebda mod ma huwa ċar sa fejn il-fatt li l-lista alfabetika prevista fil-Klassi 35 ma ssemmix espressament is-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut huwa deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat jekk trade marks bħalma huma t-trade marks preċedenti ta’ Cactus jistgħux ukoll jingħataw protezzjoni għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut. Fil-fatt, ma jidhirx għalkollox inverosimili li jiġi argumentat li, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-nota ta’ spjegazzjoni għall-klassi 35<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>In-nota ta’ spjegazzjoni għall-Klassifikazzjoni ta’ Nizza (is-7 edizzjoni, fis-seħħ meta ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għat-trade marks preċedenti ta’ Cactus) tipprovdi li l-intestatura ġenerali tal-Klassi 35 tinkludi servizzi li jikkonsistu fil-ġabra, għall-benefiċċju ta’ oħrajn, ta’ varjetà ta’ prodotti li jippermettu lill-konsumaturi jaraw u jixtru, b’mod konvenjenti, dawn il-prodotti. Ara wkoll il-Linji gwida għall-eżaminazzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Parti B, Eżaminazzjoni, Sezzjoni 3, Klassifikazzjoni, l-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, p. 4. F’dawn il-linji gwida, l-EUIPO jispjega li n-noti ta’ spjegazzjoni jiċċaraw liema prodotti jew servizzi għandhom jew ma għandhomx jaqgħu taħt l-intestaturi tal-klassi u liema għandhom jitqiesu bħala parti integrali mill-klassifikazzjoni.</P></NOTE>, dawk is-servizzi jistgħu jiġu inklużi f’dik il-klassi anki f’każ ta’ approċċ litterali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Praktiker</HT>, punt 50. Ara wkoll, f’dak ir-rigward, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Netto Marken Discount</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑420/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2069">EU:C:2014:2069</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li l-Qorti Ġenerali ma żbaljatx fejn ikkonstatat li d-denominazzjoni tal-intestatura tal-klassi 35 kienet tkopri s-servizzi kollha inklużi f’dik il-klassi, inklużi s-servizzi li jikkonsistu fil-bejgħ bl-imnut tal-prodotti. Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT>It-tieni aggravju: Kif għandu jiġi evalwat il-karattru distintiv ta’ trade mark meta din it-trade mark tintuża f’forma mqassra?</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għandu jiġi nnotat li t-trade mark figurattiva preċedenti hija komposta minn element figurattiv, jiġifieri kaktus stilizzat, u segwit mill-element verbali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>. Għalhekk, iż-żewġ elementi li jiffurmaw it-trade mark figurattiva preċedenti jirrappreżentaw, fil-forom rispettivi tagħhom, l-istess kontenut semantiku. Ta’ min jinnota li, kemm fit-trade mark figurattiva rreġistrata kif ukoll fil-forma mqassra tat-trade mark, ir-rappreżentazzjoni tal-kaktus stilizzat hija l-istess, bir-riżultat li l-konsumatur jassimila l-forma mqassra tat-trade mark mal-forma rreġistrata tagħha. Minn dan isegwi li t-trade mark figurattiva preċedenti, kif irreġistrata, u t-trade mark utilizzata mir-rikorrenti fil-forma mqassra, iridu jiġu kkunsidrati bħala essenzjalment ekwivalenti. Għalhekk, irid jiġi konkluż li l-użu tar-rikorrenti tal-kaktus stilizzat biss ma jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark figurattiva preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Punt 61 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kellha raġun li tikkonstata li l-użu tal-logo stilizzat li juri kaktus, mingħajr l-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, jammonta għal użu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>f’forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka [trade mark] fil-forma kif hija ġiet irreġistrata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tat-trade mark? Dik hija d-domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistħarreġ fl-eżami tat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-EUIPO ma jemminx li dan huwa l-każ. Dan jargumenta, essenzjalment, li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq kriterju żbaljat (jiġifieri l-ekwivalenza semantika tal-logo u l-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>). Fil-fehma tiegħu, il-Qorti Ġenerali kellha teżamina separatament il-karattru distintiv u l-importanza tal-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, li tħalla barra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Speċifikament, dan jidentifika erba’ żbalji ta’ liġi fis-sentenza appellata, kollha marbutin mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark. L-ewwel, meta bbażat il-konklużjoni tagħha biss fuq il-konkordanza semantika bejn il-logo u l-element verbali, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina sa fejn l-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> kien distintiv u importanti fit-trade mark kumplessa. It-tieni, il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis id-differenzi viżwali u fonetiċi (possibbli) bejn il-logo u t-trade mark kumplessa. It-tielet, kienet żbaljata li tibbaża l-konstatazzjoni tagħha fuq l-għarfien preċedenti li l-pubbliku fil-Lussemburgu għandu dwar it-trade mark figurattiva preċedenti. Ir-raba’, filwaqt li evalwat il-karattru distintiv tat-trade mark figurattiva, din naqset milli tikkunsidra l-perċezzjoni tal-pubbliku Ewropew bħala ħaġa waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Cactus tistqarr li t-tieni aggravju huwa inammissibbli. F’kull każ, hija ssostni li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa impekkabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT>Il-kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk l-użu ta’ trade mark applikata f’forma mqassra jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark kif ġiet irreġistrata</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Mill-bidu nett, ikolli nesprimi d-dubji tiegħi dwar l-ammissibbiltà ta’ mill-inqas tnejn (mill-erba’) argumenti mressqin mill-EUIPO fil-kuntest ta’ dan l-aggravju. Kif huwa magħruf sew, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha ebda kompetenza li tevalwa mill-ġdid il-fatti jew il-provi. Bħala regola, hija ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’tagħha stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, fost ġurisprudenza abbondanti, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Calvin Klein Trademark Trust vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑254/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:488">EU:C:2010:488</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argumenti tal-EUIPO relatati mal-perċezzjoni tal-konsumaturi tat-trade mark figurattiva preċedenti u l-pubbliku rilevanti (żbalji tlieta u erba’) jistiednu, impliċitament, lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa mill-ġdid il-fatti li fuqhom huwa bbażat il-każ. Il-ġurisprudenza tqis tali argumenti inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, fost ġurisprudenza abbondanti, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Smart Technologies vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:460">EU:C:2012:460</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Fil-fatt, il-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti u l-perċezzjoni tal-konsumaturi dwar it-trade mark inkwistjoni jappartjenu, bħala tali, għall-isfera ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali li tevalwa l-fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Henkel vs L-UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:577">EU:C:2007:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Smart Technologies vs L-UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:460">EU:C:2012:460</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Rigward it-tielet żball allegat, l-EUIPO jargumenta li l-Qorti Ġenerali impliċitament ibbażat id-deċiżjoni tagħha dwar l-ekwivalenza bejn il-kaktus stilizzat u t-trade mark figurattiva, kif irreġistrata, fuq l-għarfien preċedenti li l-konsumaturi (fil-Lussemburgu) jista’ jkollhom dwar l-element li tħalla barra. Rigward ir-raba’ żball allegat, l-EUIPO jqis li kieku ttieħdet inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni tal-konsumaturi Ewropej b’mod ġenerali, il-Qorti Ġenerali ma kinitx tkun tista’ tikkonkludi kif għamlet. Sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni ta’ dawn it-talbiet, dan ikun jeżiġi rivalutazzjoni tal-fatti u l-evidenza sottomessi quddiem il-Qorti Ġenerali u evalwati minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, iż-żewġ argumenti li jifdal jidhru li jistgħu jiġu riveduti mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>UASI vs Grau Ferrer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:2">EU:C:2016:2</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Dan peress li jittrattaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati filwaqt li jiġi evalwat jekk l-użu ta’ trade mark f’forma mqassra jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark irreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark jippermetti lis-sid tat-trade mark jagħmel varjazzjonijiet lit-trade mark irreġistrata meta tiġi sfruttata kummerċjalment. Skont dik id-dispożizzjoni, il-varjazzjonijiet huma permessi sa fejn il-karattru distintiv tat-trade mark ma jinbidilx. Għalhekk, l-għan tad-dispożizzjoni huwa li jippermetti lis-sid jadatta aħjar għar-rekwiżiti tat-tqegħid fis-suq u promozzjonali tal-prodotti jew servizzi kkonċernati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jkun sar użu ġenwin minn trade mark irreġistrata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ladarba tinġab il-prova ta’ użu ta’ din it-trade mark taħt forma kemmxejn immodifikata minn dik li taħtha ġiet irreġistrata<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il Ponte Finanziaria vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Ġeneralment, hija meħtieġa valutazzjoni globali tal-ekwivalenza sabiex jiġi ddeterminat jekk il-forma li fiha tintuża t-trade mark hijiex essenzjalment ekwivalenti għall-forma li fiha ġiet irreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisprudenza ma tipprovdix gwida ċara dwar kif għandu jiġi evalwat jekk l-użu ta’ trade mark f’forma mqassra jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark irreġistrata. Il-ġurisprudenza, fil-biċċa l-kbira tittratta konfigurazzjonijiet daqsxejn differenti li jikkonċernaw, b’mod partikolari, iż-żieda ta’ elementi ġodda kunċettwalment distinti għat-trade mark irreġistrata (jew l-użu tat-trade mark f’forma mibdula). F’dak il-kuntest, il-Qorti Ġenerali b’mod regolari tikkunsidra li l-konstatazzjoni<?PAGE NO="13"?> ta’ bidla fil-karattru distintiv tat-trade mark kif irreġistrata teżiġi valutazzjoni tal-karattru distintiv u dominanti tal-elementi miżjudin, imwettqa abbażi tal-kwalitajiet intrinsiċi ta’ kull wieħed mill-elementi, kif ukoll tal-pożizzjoni relattiva tal-elementi differenti fi ħdan l-arranġament tat-trade mark<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑482/08</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:229">EU:T:2010:229</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑204/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:646">EU:T:2014:646</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-użu ta’ sinjal kumpless li huwa rreġistrat bħala trade mark jista’ jżomm id-drittijiet miksubin kemm għal dak is-sinjal kumpless kif ukoll parti minnu li hija s-suġġett ta’ reġistrazzjoni distinta, ladarba din il-parti tibqa’ meqjusa bħala trade mark. Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Colloseum Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:253">EU:C:2013:253</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dan l-appell iqajjem il-kwistjoni dwar jekk dan huwiex minnu bl-istess mod fejn jitħallew barra xi elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal dik id-domanda tiddependi miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ejja nassumu li Cactus kienet irreġistrat trade mark figurattiva komposta minn żewġ elementi: element figurattiv li juri warda u element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Ejja nassumu wkoll li fl-isfruttar tat-trade mark figurattiva fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħha Cactus kienet użat biss l-element figurattiv li juri warda. F’tali ċirkustanzi, ikun neċessarju li jiġi evalwat il-karattru distintiv u dominanti tal-element li tħalla barra sabiex jiġi ddeterminat l-impatt tal-ommissjoni fuq il-karattru distintiv tat-trade mark kif irreġistrata. Dan huwa, essenzjalment, minħabba d-dissonanza kunċettwali bejn l-element figurattiv u l-element verbali li jiffurmaw it-trade mark irreġistrata. Tabilħaqq, f’tali sitwazzjoni, l-ommissjoni ta’ wieħed mill-elementi jista’ jkollha impatt fuq il-karattru distintiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, rigward l-analiżi li għandha ssir, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>GfK vs UASI ‑ BUS (Online Bus)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑135/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:419">EU:T:2005:419</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, paragrafu 36 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑46/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:39">EU:T:2015:39</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Hawnhekk is-sitwazzjoni hija differenti. L-element figurattiv (il-kaktus stilizzat) u l-element verbali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>) it-tnejn jirreferu għall-istess kunċett. Għalkemm għandi dubju dwar kemm l-istqarrija, bħal dik tal-Qorti Ġenerali, li logo u element verbali għandhom l-istess kontenut semantiku hija korretta, dan ma jibdilx il-fatt li l-element li tħalla barra huwa kunċettwalment ekwivalenti għall-element figurattiv li intuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Minkejja li ma ddikjaratx l-intenzjoni tagħha li twettaq evalwazzjoni globali tal-ekwivalenza, għalija huwa ċar li l-Qorti Ġenerali għamlet dan fil-punt ikkontestat tas-sentenza appellata. Tabilħaqq, hija qabblet it-trade mark użata (kaktus stilizzat) mat-trade mark irreġistrata (kaktus stilizzat u l-element verbali). Hija dik il-valutazzjoni globali tal-ekwivalenza li ppermettitilha tikkonkludi li ż-żewġ trade marks kienu essenzjalment ekwivalenti. Kif tirrileva Cactus, fejn l-elementi inkwistjoni huma kunċettwalment ekwivalenti, il-karattru distintiv tal-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> ma jistax ikun differenti minn dak irrappreżentat bl-element figurattiv tat-trade mark. Hawnhekk ikun superfluwi li l-karattru distintiv tal-element verbali li tħalla barra jiġi eżaminat separatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għal dik ir-raġuni, il-Qorti Ġenerali kellha raġun tikkonstata li l-użu tal-kaktus stilizzat waħdu mingħajr l-element verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Cactus<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> ma jibdilx il-karattru distintiv tat-trade mark figurattiva preċedenti. Għaldaqstant, nemmen li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>