European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2038

29.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2038

tas-17 ta’ Lulju 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1686 (EUNAVFOR ASPIDES/3/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, li stabbiliet operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES).

(2)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż eċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES.

(3)

Fil-11 ta’ Ġunju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1686 (2), li ħatret lill-Kaptan (Forza Navali) George PASTOOR bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES mill-15 ta’ Ġunju 2024.

(4)

Fl-10 ta’ Lulju 2024, l-awtoritajiet Militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kontrammirall Massimo BONU biex jieħu post il-Kaptan (Navy) George PASTOOR bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES mit-8 ta’ Awwissu 2024 (“il-ħatra proposta”).

(5)

Fil-11 ta’ Lulju 2024, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fit-12 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova l-ħatra proposta.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kontrammirall Massimo BONU bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES.

(8)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1686 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontrammirall Massimo BONU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) mit-8 ta’ Awwissu 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1686 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2024.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1686 tal-11 ta’ Ġunju 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi salvagwardjata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES/2/2024) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/644 (ĠU L, 2024/1686, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1686/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2038/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)