30.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9530 — UBS/Ares/Phoenix)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 292/04)

1.   

Fit-23 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

UBS AG (“UBS”, l-Iżvizzera)

—

Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti)

—

Phoenix Wind Repower, LLC (“Phoenix”, l-Istati Uniti)

UBS u Ares jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Phoenix kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

UBS hija fornitur dinji ta’ servizzi finanzjarji lil klijenti privati, korporattivi u istituzzjonali. In-negozji tal-UBS jikkonsistu fil-Global WM, Servizzi Bankarji Personali u Korporattivi, Ġestjoni ta’ Assi, u Servizzi Bankarji tal-Investiment.

—

Ares hija attiva fil-ġestjoni ta' assi alternattivi dinjija. Hija tħaddem gruppi ta’ inestimenti fil-kreditu, l-ekwità privata u fil-proprjetà.

—

Phoenix hija kumpanija li għandha interessi fi tliet parks eoliċi separati f’Texas (l-Istati Uniti).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9530 — UBS/Ares/Phoenix

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.