|
16.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8536 — Atlantia/Abertis Infraestructuras)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 308/08)
|
1. |
Fit-8 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Atlantia: kumpanija possedenti attiva l-aktar fis-settur tal-konċessjonijiet tal-ġbir ta’ nollijiet f’toroq prinċipali u f’dak tal-infrastruttura tal-ajruporti, — għal Abertis: kumpanija ewlenija ta’ grupp li jopera fis-settur tat-toroq fejn jinġabru nollijiet u f’dak tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8536 — Atlantia/Abertis Infraestructuras Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).