<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-182/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0182</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:442">EU:C:2021:442</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210603">3.6.2021</DATE> – Kawża C‑182/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Aġġustament tat-tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ falliment</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-rifjut awtomatiku tat-tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli qabel il-ftuħ ta’ din il-proċedura</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑182/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Suceava (il-Qorti tal-Appell ta’ Suceava, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200330">30 ta’ Marzu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">DT</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Accer Ipurl Suceava</HT>, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE,</P><P><HT TYPE="BOLD">EP,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), President tat-Tielet Awla, u F. Biltgen, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, R. I. Haţieganu u A. Wellman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u P. Carlin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), b’mod partikolari l-Artikoli 184 sa 186 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn BE, impriża mqiegħda taħt falliment, u DT, soċju u amministratur ta’ din l-impriża, u l-Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava (l-Awtorità Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Suceava, ir-Rumanija), u d-Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi (id-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Iassy, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>awtoritajiet fiskali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll Accer Ipurl Suceava, fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, u EP, dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali, adottata wara t-tqegħid taħt falliment ta’ BE, li taġġusta ċertu tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imwettaq minn BE qabel it-tqegħid tagħha taħt falliment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva dwar il-VAT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>il-provvista ta’ merkanzija [beni] magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 167 ta’ din id-direttiva jipprovdi li d-dritt għat-tnaqqis jitnissel fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa ssir eżiġibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tal-istess direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Sakemm il-merkanzija [beni] u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta rigward transazzjonijiet trattati bħala provvisti ta’ merkanzija jew servizzi skond l-Artikolu 18(a) u l-Artikolu 27;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta rigward akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija skond l-Artikolu 2(1)(b)(i);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta fuq transazzjonijiet trattati bħala akkwisti intra-Komunitarji skond l-Artikoli 21 u 22;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur miżjud dovut jew imħallas għal merkanzija importata f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 184 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>It-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fejn dan ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet intitolata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 185 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="185.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament għandu, b’mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala deroga mill-paragrafu 1, m’għandu jsir l-ebda aġġustament fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ distruzzjoni, telf jew serq tal-proprjetà li ġie ppruvat jew ikkonfermat kif imiss, jew fil-każ ta’ merkanzija [beni] riżervata għall-iskop ta’ għoti ta’ rigali ta’ valur żgħir jew ta’ l-għoti ta’ kampjuni, kif speċifikat fl-Artikolu 16.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ serq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jsir aġġustament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 186 tal-imsemmija direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 184 u 185.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi Fiskali) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kodiċi Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiddeterminaw l-ammont ta’ imposta jew ta’ taxxa fis-sens ta’ dan il-kodiċi, l-awtoritajiet fiskali jistgħu ma jiħdux inkunsiderazzjoni tranżazzjoni li ma jkollhiex finalità ekonomika jew tirriklassifika tranżazzjoni b’mod li jirrifletti l-kontenut ekonomiku tagħha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 148 tal-Kodiċi Fiskali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Aġġustament tat-taxxa li għandha titnaqqas għall-akkwist ta’ servizzi jew ta’ beni minbarra beni kapitali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="148.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa fejn ma jkunux applikabbli r-regoli dwar il-kunsinna lilu nnifsu jew dwar il-provvista lilu nnifsu, it-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tnaqqis ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet fid-dritt li twettaq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-bidliet fl-elementi meħuda inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitnaqqas ikunu seħħu wara li titressaq id-dikjarazzjoni tal-VAT, […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli titlef id-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-beni mobbli mhux ikkunsinnati u s-servizzi mhux użati fil-każ ta’ avvenimenti bħal emendi leġiżlattivi jew tal-istatut tal-kumpannija, użu ta’ beni jew ta’ servizzi għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis u sussegwentement għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis jew beni ddikjarati neqsin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 149 tal-Kodiċi Fiskali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Aġġustament tat-taxxa li għandha titnaqqas fir-rigward tal-beni kapitali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="149.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-regoli dwar il-provvista lilu nnifsu jew il-provvista lilu nnifsu ma jkunux applikabbli, it-taxxa li għandha titnaqqas relatata mal-beni kapitali għandha tiġi aġġustata fil-każijiet imsemmija fl-inċiżi (a) sa (d) tas-subparagrafu 4 […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="149.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-aġġustament tat-taxxa li għandha titnaqqas imsemmija fil-paragrafu 1(d) jitwettaq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-beni kapitali jintuża mill-persuna taxxabbli:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>totalment jew parzjalment, għal skopijiet oħra minbarra l-attivitajiet ekonomiċi, bl-eċċezzjoni tal-beni li l-akkwist tagħhom ikun suġġett għal-limitazzjoni ta’ 50 % tad-dritt għal tnaqqis […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>għal tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis tat-taxxa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis tat-taxxa differenti mit-tnaqqis inizjalment imwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn isiru xi bidliet fl-elementi użati fil-kalkolu tat-taxxa mnaqqsa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta beni kapitali li fir-rigward tiegħu d-dritt għal tnaqqis ikun ġie kompletament jew parzjalment limitat ikun is-suġġett ta’ kull tranżazzjoni li għaliha t-taxxa għandha titnaqqas. Fil-każ ta’ kunsinna ta’ beni, l-ammont addizzjonali tat-taxxa li għandha titnaqqas jiġi llimitat għall-ammont tat-taxxa miġbura għall-kunsinna tal-beni inkwistjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>meta l-beni kapitali ma jibqgħux jeżistu […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Legea nr. 85/2006 privind procedura insolvenței (il-Liġi Nru 85/2006 dwar il-Proċedura ta’ Insolvenza) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Liġi dwar l-Insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.023"><NO.PARAG>23.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>proċedura ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser il-proċedura ta’ insolvenza kollettiva u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li tapplika għad-debitur fid-dawl tal-istralċ tal-attiv tiegħu sabiex ikopri l-passiv tiegħu, segwita mit-tneħħija tad-debitur mir-reġistru li fih ikun irreġistrat;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47 tal-Liġi dwar l-Insolvenza:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="047.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Minn meta jitqiegħed taħt falliment, id-debitur ikun jista’ jeżerċita biss l-attivitajiet neċessarji għall-iżvolġiment tat-tranżazzjonijiet ta’ stralċ. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 116 tal-Liġi dwar l-Insolvenza jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="116.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istralċ tal-beni li jagħmlu parti mill-assi tad-debitur isir mil-istralċjarju taħt is-superviżjoni tal-imħallef kummissarju. Sabiex ikabbar kemm jista’ l-valur tal-attiv tad-debitur, l-istralċjarju għandu jieħu l-passi kollha ta’ tqegħid fis-suq, f’forma xierqa, ta’ dan tal-aħħar, peress li l-ispejjeż ta’ reklamar jiġu sostnuti mill-attiv tad-debitur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="116.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-istralċ jibda minnufih wara t-tmiem tal-inventarju mill-istralċjarju u l-preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni. Il-beni jistgħu jinbiegħu kollha flimkien, bħala li kollha jkunu fi stat ta’ funzjonament, jew individwalment. Il-metodu tal-bejgħ tal-beni, jiġifieri bejgħ b’irkant pubbliku, negozjar dirett jew kombinazzjoni tat-tnejn, għandu jiġi approvat mill-assemblea tal-kredituri, fuq proposta tal-istralċjarju. L-istralċjarju għandu jippreżenta wkoll, fl-assemblea tal-kredituri, il-ftehim ta’ bejgħ li jikkorrispondi mal-modalitajiet ta’ bejgħ li jkun għażel.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 123 tal-Liġi dwar l-Insolvenza jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Fil-każ ta’ falliment, id-djun jitħallsu fl-ordni li ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>it-taxxi, bolol u kull spiża oħra marbuta mal-proċedura stabbilita minn din il-liġi, […];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>BE, li tagħha DT għandu l-kwalità ta’ soċju u amministratur, hija kumpannija li eżerċitat attività ekonomika fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT. Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>, it-Tribunalul Suceava (il-Qorti tal-Kontea ta’ Suceava, ir-Rumanija) iddikjarat il-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment fil-konfront ta’ BE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara li tqiegħdet taħt falliment, BE kienet is-suġġett ta’ stħarriġ fiskali li ġie konkluż bl-adozzjoni ta’ avviż ta’ taxxa tas‑<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>. Dan l-avviż jimponi fuq BE, b’mod partikolari, l-obbligu li tħallas is-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">646259</FT> lei Rumeni (RON) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">132000</FT>) bħala aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT li hija kienet wettqet għall-perijodu mill‑<DATE ISO="20130520">20 ta’ Mejju 2013</DATE> sat‑<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, li matulu hija kienet teżerċita attività ekonomika u kienet irreġistrata bħala persuna taxxabbli għall-VAT. Din is-somma hija komposta minn RON <FT TYPE="NUMBER">535409</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">109000</FT>) bħala tnaqqis relatat ma’ merkanzija u beni ta’ konsum, RON <FT TYPE="NUMBER">55134</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">11400</FT>) bħala tnaqqis relatat ma’ beni kapitali u RON <FT TYPE="NUMBER">55716</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">11600</FT>) bħala tnaqqis relatat ma’ kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180122">22 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-kontestazzjoni mressqa minn BE u DT kontra l-imsemmi avviż ta’ taxxa ġie miċħud, peress li l-awtoritajiet fiskali qiesu li BE kienet waqfet teżerċita attività ekonomika fil-mument tat-tqegħid taħt falliment. Dawn l-awtoritajiet irrilevaw, f’dan ir-rigward, li tali tqegħid taħt falliment jimplika proċedura ta’ stralċ u ta’ bejgħ tal-beni bil-għan ta’ rimbors tad-djun, peress li t-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ din il-proċedura ma għandhomx, fihom infushom, għan ekonomiku. Dejjem skont l-imsemmija awtoritajiet, il-fatt li l-bejgħ tal-beni fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment kien suġġett għall-VAT huwa bla rilevanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-Tribunalul Suceava (il-Qorti tal-Kontea ta’ Suceava) laqgħet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kontra l-avviż ta’ taxxa tas‑<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE> u kontra d-deċiżjoni fuq il-kontestazzjoni tat‑<DATE ISO="20180122">22 ta’ Jannar 2018</DATE>. Permezz tas-sentenza tagħha tat‑<DATE ISO="20190618">18 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-qorti tar-rinviju laqgħet l-appell ippreżentat mill-awtoritajiet fiskali mis-sentenza ta’ din il-qorti, biex b’hekk BE baqgħet debitriċi tas-somma ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">646259</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">132000</FT>) stabbilita f’dan l-avviż ta’ taxxa. Il-qorti tar-rinviju kkonfermat, f’dan il-kuntest, l-interpretazzjoni tad-dritt intern adottata mill-awtoritajiet fiskali, li tgħid li l-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment għandu jitqies fih innifsu li huwa kawża ta’ terminazzjoni tad-dritt għal tnaqqis peress li t-tranżazzjonijiet imwettqa matul din il-proċedura ma għandhomx għan ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors għal reviżjoni quddiem l-imsemmija qorti billi invokaw il-ksur tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu, b’mod partikolari, li, kemm qabel l-istralċ ta’ BE kif ukoll matul il-proċedura ta’ falliment, din l-impriża kienet irreġistrata validament bħala persuna taxxabbli għall-VAT, b’tali mod li l-attivitajiet marbuta mal-proċedura ta’ falliment, jiġifieri l-bejgħ ta’ beni u ta’ immobbli kif ukoll il-kiri ta’ proprjetà immobbli, baqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, li baqgħet tinġabar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-qorti tar-rinviju, tqum il-kwistjoni dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jippermettix li t-tranżazzjonijiet imwettqa matul il-proċedura ta’ falliment jitqisux awtomatikament li ma jkollhomx għan ekonomiku, li jfisser li l-ftuħ ta’ din il-proċedura jobbliga lill-operatur ekonomiku jaġġusta awtomatikament favur l-Istat il-VAT miġbura fuq tranżazzjonijiet ekonomiċi preċedenti għall-ftuħ ta’ din il-proċedura, u dan minkejja l-fatt li dan l-operatur ikun żamm, matul il-proċedura ta’ falliment miftuħa fir-rigward tiegħu, ħlief għal perijodu qasir ta’ tliet ġimgħat, il-kwalità ta’ persuna taxxabbli għall-VAT, u li l-bejgħ tal-beni f’dan il-kuntest kien suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li tali aġġustament awtomatiku jkun leġittimu u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tqis ukoll li jkun neċessarju li tiġi kkjarifikata l-kwistjoni dwar jekk tali mod li wieħed jipproċedi huwiex proporzjonat għall-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża wkoll li, f’dan il-każ, l-istralċ tal-beni ntemm u li, għat-tranżazzjonijiet imwettqa matulu, fl-aħħar mill-aħħar ma ngħata ebda tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Id-Direttiva [VAT] kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT u ta’ ċertezza tat-tassazzjoni, jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-operatur ekonomiku, awtomatikament u mingħajr verifiki oħra, ladarba tkun infetħet il-proċedura ta’ falliment, jaġġusta l-VAT, permezz tar-rifjut li titnaqqas il-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli preċedenti għall-proċedura ta’ falliment, u jħallas il-VAT li tista’ titnaqqas? Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, tali dispożizzjoni legali nazzjonali, minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi għall-operatur ekonomiku u n-natura definittiva ta’ tali aġġustament?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li biha l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ operatur ekonomiku, li jimplika l-istralċ tal-attiv tiegħu favur il-kredituri tiegħu, iwassal awtomatikament għall-obbligu ta’ dan l-operatur li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT li huwa jkun wettaq għal beni u servizzi miksuba qabel ma jkun tqiegħed taħt falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li d-dritt għal tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 168 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax, bħala prinċipju, jiġi llimitat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210318">18 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>A. (Eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑895/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:216">EU:C:2021:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu ta’ aġġustament previst fl-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva dwar il-VAT jifforma parti integrali mis-sistema ta’ tnaqqis tal-VAT stabbilita minn din id-direttiva. Huwa jfittex li tittejjeb il-preċiżjoni tat-tnaqqis b’tali mod li tiġi żgurata n-newtralità tal-VAT, sabiex it-tranżazzjonijiet imwettqa fi stadju preċedenti jibqgħu jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis biss sa fejn iservu sabiex jiġu pprovduti s-servizzi suġġetti għal din it-taxxa. Għaldaqstant, l-għan ta’ dan il-mekkaniżmu huwa li jistabbilixxi relazzjoni stretta u diretta bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u l-użu tal-beni jew tas-servizzi kkonċernati għal tranżazzjonijiet taxxabbli tal-output (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Mydibel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:254">EU:C:2019:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sistema komuni tal-VAT, jistgħu jitnaqqsu biss it-taxxi tal-input fuq beni jew servizzi użati mill-persuni taxxabbli għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom. It-tnaqqis tat-taxxi tal-input huwa marbut mal-ġbir tat-taxxa tal-output. Meta beni jew servizzi akkwistati minn persuna taxxabbli jintużaw għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet eżenti jew li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, ma jkun jista’ jkun hemm la l-ġbir ta’ taxxa tal-output u lanqas tnaqqis tat-taxxa tal-input (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:546">EU:C:2020:546</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-awtoritajiet fiskali wettqu l-aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT imwettaq minn BE fir-rigward ta’ beni u ta’ servizzi akkwistati matul il-perijodu bejn l‑<DATE ISO="20130520">20 ta’ Mejju 2013</DATE> u t‑<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE> billi bbażaw ruħhom fuq il-premessa li t-tqegħid taħt falliment ta’ impriża bħal BE neċessarjament temm l-attivitajiet ekonomiċi tagħha. F’dan ir-rigward, huma sostnew li t-tranżazzjonijiet imwettqa wara tali falliment iservu biss sabiex jistralċjaw l-assi tal-impriża għall-benefiċċju tal-kredituri tagħha, b’tali mod li dawn ma għandhomx għan ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm id-Direttiva dwar il-VAT tagħti kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ħafna lill-VAT, huma biss l-attivitajiet ta’ natura ekonomika li huma milquta minn din it-taxxa. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva, dwar it-tranżazzjonijiet taxxabbli, huma suġġetti għall-VAT, b’mod partikolari, il-provvisti ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>WEG Tevesstraße</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1038">EU:C:2020:1038</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Isegwi li, fl-ipoteżi li jiġri li, mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment, ebda attività ekonomika ma tkun tista’ titwettaq, ma jkunx hemm iktar, minn dan il-ftuħ, tranżazzjonijiet li jkunu jistgħu jippermettu l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wind Inovation 1</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑552/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:849">EU:C:2017:849</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ħaġa li tirrendi neċessarju aġġustament tat-tnaqqis konformement mad-dritt nazzjonali li jittrasponi l-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li għandha dubju dwar il-premessa msemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, li tgħid li l-falliment ta’ operatur ekonomiku neċessarjament itemm l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk attività ekonomika tistax titqies li tkun waqfet minħabba t-tqegħid taħt falliment tal-operatur ekonomiku kkonċernat, sa fejn dan it-tqegħid taħt falliment ikollu bħala konsegwenza, skont ir-regoli previsti mid-dritt nazzjonali, li t-tranżazzjonijiet imwettqa wara dan ikunu jservu biss sabiex jistralċjaw l-assi ta’ dan l-operatur għall-benefiċċju tal-kredituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT jgħid li kull min iwettaq, b’mod indipendenti, attività ekonomika, ikunu xi jkunu l-għanijiet u r-riżultati ta’ din l-attività, jitqies li jkun persuna taxxabbli. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa ddefinit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva bħala li jiġbor fih l-attivitajiet kollha ta’ produttur, kummerċjant jew persuna li tagħti servizzi, u b’mod partikolari t-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skop ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew, l-analiżi ta’ dawn id-definizzjonijiet turi l-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni kopert mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kif ukoll in-natura oġġettiva ta’ dan il-kunċett, fis-sens li l-attività hija meqjusa fiha nnifisha, indipendentement mill-għanijiet tagħha jew mir-riżultati tagħha. Attività hija b’dan il-mod, bħala regola ġenerali, ikklassifikata bħala ekonomika meta tkun ta’ natura kontinwa u ssir bl-għoti ta’ remunerazzjoni lill-awtur tat-tranżazzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Marle Participations</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:537">EU:C:2018:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-attività għandha titqies fiha nnifisha, indipendentement mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħha, is-sempliċi fatt li l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ persuna taxxabbli jbiddel, skont il-modalitajiet previsti f’dan ir-rigward fid-dritt intern, l-għanijiet tat-tranżazzjonijiet ta’ din il-persuna taxxabbli, fis-sens li dawn l-għanijiet ma jinkludux iktar l-isfruttament sostenibbli tal-impriża tagħha, iżda jirrigwardaw biss l-istralċ tagħha għall-finijiet tal-verifika tad-djun wara x-xoljiment tagħha, ma jistax, fih innifsu, jaffettwa n-natura ekonomika tat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea, din l-interpretazzjoni hija neċessarja wkoll fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li jipprekludi b’mod partikolari li żewġ tranżazzjonijiet identiċi jew simili mill-perspettiva tal-konsumatur, li jinsabu għalhekk f’kompetizzjoni bejniethom, jiġu ttrattati b’mod differenti mill-perspettiva tal-VAT (ara, d’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Frenetikexito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑581/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:167">EU:C:2021:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk il-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jimplika normalment l-għajbien tal-impriża kkonċernata, xorta jibqa’ l-fatt li, sakemm din l-impriża tkompli l-attivitajiet tagħha matul il-proċedura ta’ falliment, hija tinsab f’kompetizzjoni ma’ persuni taxxabbli oħra li jipprovdu servizzi simili għal tagħha, b’tali mod li s-servizzi kkonċernati għandhom, bħala prinċipju, jiġu ttrattati b’mod identiku għall-finijiet tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li, f’dan il-każ, BE kompliet, matul il-proċedura ta’ falliment, tiġi rreġistrata bħala persuna taxxabbli u li l-awtoritajiet fiskali ssuġġettaw għall-VAT it-tranżazzjonijiet li twettqu fil-kuntest ta’ din il-proċedura, u dan jikkonferma li BE effettivament kompliet l-attività ekonomika tagħha u wettqet tranżazzjonijiet intaxxati minkejja t-tqegħid taħt falliment tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi preżunt li l-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment kiser ir-relazzjoni stretta u diretta bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u l-użu tal-beni jew tas-servizzi kkonċernati għal tranżazzjonijiet tal-output taxxabbli u li l-persuna taxxabbli kkonċernata hija obbligata tħallas l-ammont tal-VAT imnaqqas (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wind Inovation 1</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑552/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:849">EU:C:2017:849</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li essenzjalment sostna l-Gvern Rumen, il-possibbiltà għall-persuna taxxabbli kkonċernata, f’sitwazzjoni fejn hija kienet obbligata, fil-bidu, taġġusta t-tnaqqis tal-VAT imwettaq minħabba t-tqegħid taħt falliment tagħha, minkejja l-kontinwazzjoni tal-attività ekonomika tagħha, li titlob, sussegwentement, li s-somom ikkonċernati jiġu rrimborsati lilha preċiżament minħabba li hija effettivament kompliet, matul il-proċedura ta’ falliment, l-attività ekonomika tagħha, ma hijiex ta’ natura li tnaqqas il-limitazzjoni tad-dritt tagħha għal tnaqqis li jirriżulta minn dan l-obbligu ta’ aġġustament impost mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevat ukoll il-Kummissjoni, il-fatt li l-impriża kkonċernata tintalab, wara deċiżjoni ta’ aġġustament, il-ħlas effettiv tal-VAT allegatament dovuta jikkostitwixxi, għal din l-impriża, ostakolu għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa, peress li dan iġiegħel lill-imsemmija impriża torbot fondi sakemm l-awtoritajiet fiskali jirrimborsawlha l-VAT imħallsa indebitament, filwaqt li operaturi oħra li ma jkunux tqiegħdu taħt falliment ikunu jistgħu jużaw dawn il-fondi għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom mingħajr ma jkunu kostretti jagħmlu tali ħlas (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wind Inovation 1</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑552/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:849">EU:C:2017:849</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li biha l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ operatur ekonomiku, li jimplika l-istralċ tal-attiv tiegħu favur il-kredituri tiegħu, iwassal awtomatikament għall-obbligu ta’ dan l-operatur li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT li huwa jkun wettaq għal beni u servizzi akkwistati qabel ma jkun tqiegħed taħt falliment, meta l-ftuħ ta’ din il-proċedura ma tkunx ta’ natura li tostakola l-attività ekonomika tal-imsemmi operatur, fis-sens tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari għall-finijiet tal-istralċ tal-impriża kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li biha l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ operatur ekonomiku, li jimplika l-istralċ tal-attiv tiegħu favur il-kredituri tiegħu, iwassal awtomatikament għall-obbligu ta’ dan l-operatur li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT li huwa jkun wettaq għal beni u servizzi akkwistati qabel ma jkun tqiegħed taħt falliment, meta l-ftuħ ta’ din il-proċedura ma tkunx ta’ natura li tostakola l-attività ekonomika tal-imsemmi operatur, fis-sens tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari għall-finijiet tal-istralċ tal-impriża kkonċernata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>