<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-108/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0108</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:104">EU:T:2021:104</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210224">24.2.2021</DATE> – Kawża T‑108/18 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Universität Koblenz-Landau vs EACEA</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti ġenerali</HT> (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Programmi Tempus IV</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ sussidju</KEYWORD><KEYWORD>Natura kuntrattwali tat-tilwima</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż eliġibbli</KEYWORD><KEYWORD>Irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors sħiħ tas-somom imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑108/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Universität Koblenz-Landau</HT>, stabbilita f’Mainz (il-Ġermanja), irrappreżentata minn C. von der Lühe u I. Felder, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)</HT>, irrappreżentata minn H. Monet, bħala aġent, assistit minn R. van der Hout u C. Wagner, avocats,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> tal-EACEA dwar is-somom imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sussidju konklużi għat-twettiq ta’ tliet proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex id-dritt għall-irkupru mitlub jiġi ddikjarat bħala mhux stabbilit,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża),</P><P>komposta minn S. Papasavvas, President, A. Kornezov (Relatur), E. Buttigieg, K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li huma xierqa għall-pubblikazzjoni huma riprodotti hawnhekk.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Universität Koblenz-Landau, hija stabbiliment Ġermaniż ta’ edukazzjoni ogħla rregolat mid-dritt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-2008 u fl-2010, fil-kuntest tal-programmi tal-Unjoni Ewropea ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi intiżi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni ogħla ta’ dawn il-pajjiżi, imsemmija Tempus IV, ir-rikorrenti ffirmat it-tliet ftehimiet ta’ sussidju segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-ftehim ta’ sussidju tal-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>, bir-referenza Nru 2008–4744, għat-twettiq tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Educational Centers Network on Modern Technologies of Local governing<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (Netwerk ta’ Ċentri Edukattivi dwar it-Tekniki Moderni ta’ Governanza Lokali) (iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim Ecesis<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), iffirmat bejn ir-rikorrenti, bħala benefiċjarja unika, u l-Kummissjoni Ewropea;</P></ITEM><ITEM><P>il-ftehim ta’ sussidju tat-<DATE ISO="20101018">18 ta’ Ottubru 2010</DATE>, bir-referenza Nru 2010-2844, għat-twettiq tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Development and Integration of University Self-assessment Systems<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (Żvilupp u Integrazzjoni tas-Sistemi ta’ Awto-Evalwazzjoni Universitarji) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ftehim Diusas<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), iffirmat b’mod partikolari bejn ir-rikorrenti, bħala koordinatriċi u kobenefiċjarja, u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA);</P></ITEM><ITEM><P>il-ftehim ta’ sussidju tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, bir-referenza Nru 2010–2862, għat-twettiq tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Development of Quality Assurance System in Turkmenistan on the base of Bologna Standards<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (Żvilupp ta’ Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità fit-Turkmenistan abbażi tal-Kriterji tal-Proċess ta’ Bologna) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ftehim Deque<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), iffirmat b’mod partikolari bejn ir-rikorrenti, bħala koordinatriċi u kobenefiċjarja, u l-EACEA.</P></ITEM></LIST></P><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), l-EACEA informat lir-rikorrenti li hija kienet iddeċidiet li tirkupra ammont ta’ EUR 756 381.89 skont il-Ftehim ta’ Ecesis. F’dak li jirrigwarda l-Ftehimiet Diusas u Deque, hija informat lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li titlob biss ir-rimbors tas-somom li hija kienet irċeviet fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet bħala benefiċjarja finali, bl-esklużjoni għaldaqstant tas-somom ittrasferiti minnha lil kobenefiċjarji, li l-ammont tagħhom kien għad irid jiġi kkomunikat lilha minnha. L-EACEA ppreċiżat li, jekk hija ma tiksibx informazzjoni dwar l-ammonti mħallsa lill-kobenefiċjarji taħt dawn iż-żewġ ftehimiet, hija kienet ser titlob ir-rimbors sħiħ ta’ dawn l-ammonti jew ir-rimbors ta’ somma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ogħla<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ittra tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), minn naħa, l-EACEA kkonstatat li r-rikorrenti ma kinitx ippreżentat l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tas-somom li kienu tħallsu lilha skont il-Ftehimiet Diusas u Deque u ttrasferiti sussegwentement lil entitajiet oħra kobenefiċjarji. Min-naħa l-oħra, l-EACEA indikat li hija stess ikkuntattjat lil dawn tal-aħħar u li rċeviet, min-naħa ta’ xi wħud minnhom, l-informazzjoni mitluba. Abbażi tal-informazzjoni miġbura b’dan il-mod, l-EACEA stabbilixxiet l-ammont li għandu jiġi rrimborsat għal EUR 695 919.31 għall-Ftehim Diusas u għal EUR 343 525.10 għall-Ftehim Deque. L-EACEA stiednet lir-rikorrenti sabiex tippreżentalha, fejn xieraq, l-osservazzjonijiet tagħha f’terminu ta’ ħmistax-il jum kalendarju, filwaqt li ppreċiżat li, fl-assenza ta’ tali osservazzjonijiet, hija kienet ser tirkupra l-ammonti msemmija iktar’ il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, l-EACEA bagħtet lir-rikorrenti nota ta’ debitu ta’ ammont ta’ EUR 756 381.89 skont il-Ftehim Ecesis (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>nota ta’ debitu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Is-somma totali mitluba abbażi tat-tliet ftehimiet kienet għalhekk ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1795</FT> 826.30.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors. Dan ġie dirett kontra l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kummissjoni […], irrappreżentata mill-EACEA<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20180328">28 ta’ Marzu 2018</DATE>, dan ir-rikors ġie kkunsidrat bħala dirett kontra l-EACEA kif ukoll kontra l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20180504">4 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sa fejn ir-rikors kien dirett kontriha. Ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar din l-eċċezzjoni fit-<DATE ISO="20180618">18 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, l-EACEA ppreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>, l-EACEA ppreżentat il-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20181008">8 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 89(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura, tipproduċi ċerti dokumenti. Il-Kummissjoni kkonformat ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20181102">2 ta’ Novembru 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq id-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fuq talbiet tar-rikorrenti, il-proċedura ġiet sospiża darbtejn, permezz ta’ deċiżjonijiet tat-28 ta’ Frar u tal-<DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, minħabba li r-rikorrenti u l-EACEA kienu bdew diskussjonijiet intiżi sabiex jintlaħaq eventwali ftehim bonarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, it-tielet talba għal sospensjoni tal-proċedura ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191023">23 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Universität Koblenz-Landau vs Il-Kummissjoni u EACEA</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑108/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:768">EU:T:2019:768</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli sa fejn kien dirett kontra l-Kummissjoni u kkundannat lir-rikorrenti għall-ispejjeż marbuta ma’ din l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura, din il-kawża ġiet assenjata mill-ġdid lill-Għaxar Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-EACEA ressqet, fis-<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, talba għal smigħ waqt seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tibgħat lura l-kawża quddiem l-Għaxar Awla b’kulleġġ ġudikanti estiż għal ħames imħallfin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tat-12 ta’ Marzu u tas-<DATE ISO="20200527">27 ta’ Mejju 2020</DATE>, adottati skont l-Artikolu 89(3)(a) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali għamlet mistoqsijiet lill-partijiet, u dan wieġbu għalihom fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, li fi tmiemha ngħalqet il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’att irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 113(2)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali billi bbażat ruħha fuq digriet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Koblenz tat-<DATE ISO="20201228">28 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li kien ġie nnotifikat lilha fit-<DATE ISO="20210128">28 ta’ Jannar 2021</DATE>. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20210204">4 ta’ Frar 2021</DATE>, il-President tal-Għaxar Awla Estiża tal-Qorti Ġeneali ċaħad din it-talba, u l-partijiet ġew informati b’dan b’ittri tar-Reġistratur tal-<DATE ISO="20210205">5 ta’ Frar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Talbiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-ittra tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tissospendi l-eżekuzzjoni forzata tal-ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tal-ittra tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> kif ukoll tan-[nota ta’ debitu], sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar dan ir-rikors għal annullament;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti titlob, sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikklassifika mill-ġdid dan ir-rikors bħala rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE u tikkonstata li d-dejn ta’ EUR 756 381.89 mitlub taħt il-Ftehim Ecesis u dak ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1039</FT> 444.41 mitlub taħt il-Ftehimiet ta’ sussidju Diusas u Deque ma jeżistux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti indikat li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tielet kap ta’ talbiet ippreżentat fir-rikors, sa fejn l-EACEA kienet iddeċidiet li tissospendi l-irkupru tas-somom mitluba fl-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, u r-rikorrenti ġiet informata b’dan permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20180409">9 ta’ April 2018</DATE>, ippreżentata fl-Anness C.5 tar-risposta. Ir-rikorrenti kkonfermat waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward, li hija kienet irtirat it-tielet kap ta’ talbiet tagħha, u ttieħdet nota ta’ dan fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-EACEA titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala manifestament inammissibbli u, sussidjarjament, bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, l-EACEA ddikjarat li hija kienet qiegħda tirrinunzja milli tikkontesta l-kwalità tagħha ta’ konvenuta u, għaldaqstant, l-ammissibbiltà tar-rikors sa fejn dan kien ippreżentat kontriha, u ttieħdet nota ta’ dan fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali u l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-EACEA</HT></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors bħala li huwa bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, minn naħa, dan ir-rikors ippreżentat inizjalment abbażi tal-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE u, min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar dan ir-rikors, skont l-Artikolu 272 TFUE u l-klawżoli ta’ arbitraġġ li jinsabu fl-Artikolu I.8 tal-Ftehim Ecesis u l-Artikolu I.9 tal-Ftehimiet Diusas u Deque.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tad-dritt għal smigħ, it-tieni wieħed, fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>applikazzjoni żbaljata tad-dritt Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, it-tielet wieħed, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Qabel kollox, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-ewwel u t-tielet motivi flimkien, sussegwentement, it-tieni motiv, u, fl-aħħar nett, ir-raba’ motiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet motivi, ibbażati, rispettivament, l-ewwel wieħed, fuq ksur tad-dritt għal smigħ u, it-tielet wieħed, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-invokabbiltà tad-dritt għal smigħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni fil-kuntest ta’ tilwima ta’ natura kuntrattwali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-EACEA ssostni li d-dritt għal smigħ u l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jistgħux jiġu invokati b’mod utli fil-kuntest ta’ tilwima ta’ natura kuntrattwali. Għaldaqstant, skont l-EACEA, hija la kellha l-obbligu li tisma’ lir-rikorrenti qabel ma tibgħatilha l-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tat-<DATE ISO="20180208">8 ta’ Frar 2018</DATE> u n-nota ta’ debitu, u lanqas l-obbligu li tagħti motivazzjoni għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Din l-oġġezzjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li d-dritt għal smigħ u l-obbligu ta’ motivazzjoni, invokati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel u tat-tielet motiv tagħha, ġew stabbiliti fl-Artikolu 41(2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), li jipprovdi li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni huma, minn naħa, obbligati josservaw id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed miżura individwali li tolqotha negattivament u, min-naħa l-oħra, li jimmotiva d-deċiżjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li l-Karta, li tagħmel parti mid-dritt primarju, tipprevedi, fl-Artikolu 51(1) tagħha, mingħajr eċċezzjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji ta’ l-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u li, għaldaqstant, id-drittijiet fundamentali huma intiżi sabiex jirregolaw l-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż f’qafas kuntrattwali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑48/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:245">EU:T:2018:245</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sigoni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑47/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:247">EU:T:2018:247</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Talanton vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑195/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:194">EU:T:2020:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni jeżegwixxu kuntratt, huma jibqgħu suġġetti għall-obbligi tagħhom taħt il-Karta u skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li, jekk il-partijiet jiddeċiedu, fil-kuntratt tagħhom, permezz ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, li jagħtu lill-qorti tal-Unjoni l-ġurisdizzjoni li tieħu konjizzjoni tat-tilwim relatat ma’ dan il-kuntratt, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni, indipendentement mid-dritt applikabbli stipulat fl-imsemmi kuntratt, sabiex tevalwa l-possibbiltà ta’ ksur tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:575">EU:C:2020:575</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni ma humiex kompletament komparabbli ma’ partijiet kontraenti privati, meta jaġixxu f’kuntest kuntrattwali. Għalhekk, minn naħa, is-sussidji mogħtija minnhom huma koperti mill-fondi pubbliċi tal-Unjoni, b’tali mod li, meta jagħtu tali sussidji, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni jibqgħu rregolati b’mod partikolari mir-rekwiżiti baġitarji li jirriżultaw mill-Artikolu 317 TFUE u mir-regoli finanzjarji previsti f’dan ir-rigward mir-regolament finanzjarju applikabbli. Min-naħa l-oħra, fil-preżenza ta’ kuntratt li jinkludi, bħal f’dan il-każ, klawżola ta’ arbitraġġ li tagħti ġurisdizzjoni lill-qorti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Kummissjoni għandha prerogattivi eżorbitanti tad-dritt komuni li jippermettulha tifformalizza l-konstatazzjoni ta’ kreditu kuntrattwali billi tadotta unilateralment, abbażi tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE> rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74), jew tal-Artikolu 79(2) tar-Regolament Nru 966/2012, deċiżjoni li tifforma titolu eżekuttiv skont l-Artikolu 299 TFUE, li l-effetti tagħha u s-saħħa vinkolanti tagħha joħorġu mill-imsemmija dispożizzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1) tar-Regolament Nru 1605/2002 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 121(1) tar-Regolament Nru 966/2012, sussidju jista’ jingħata jew permezz ta’ ftehim bil-miktub, jew permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata lill-benefiċjarju. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda li sussidju seta’ jingħata kemm permezz ta’ kuntratt kif ukoll bil-mezzi amministrattivi. Issa, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni ma jistgħux, skont kif jixtiequ, jevitaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-dritt primarju, inkluża l-Karta, skont l-għażla tagħhom li jagħtu sussidji permezz ta’ ftehim pjuttost milli permezz ta’ deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-oġġezzjoni tal-EACEA dwar l-invokabbiltà tad-dritt għal smigħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’tilwim ta’ natura kuntrattwali għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt għal smigħ</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk l-EACEA ggarantixxietx lir-rikorrenti l-possibbiltà li tesponi, b’mod utli u effettiv, l-opinjoni tagħha qabel ma bagħtitilha l-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u n-nota ta’ debitu tat-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni kienu obbligati, konformement, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li josservaw il-prinċipju ta’ kontradittorju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awditjar bħal dik prevista fl-Artikolu II.19 tal-ftehimiet kontenzjużi. L-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha, u b’mod partikolari dik li l-parti kontraenti tagħhom tkun f’pożizzjoni li tipprovdilhom, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni li jipproċedu għall-irkupru, li joħorġu nota ta’ debitu, ixolju kuntratt jew jirrifjutaw li jwettqu pagamenti addizzjonali lill-parti kontraenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>EMA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:382">EU:C:2015:382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-abbozz tar-rapport ta’ awditjar ġie kkomunikat lir-rikorrenti u li l-EACEA stiednet lil din tal-aħħar sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha dwar il-konstatazzjonijiet tal-awdituri, u hija effettivament għamlet dan b’mod iddettaljat fl-ittri tagħha tad-29 ta’ Settembru u tal-<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE> (ara l-punti 10 u 11 iktar ’il fuq). B’mod partikolari, l-abbozz tar-rapport ta’ awditjar kien isemmi n-natura potenzjalment sistemika u rikorrenti tal-irregolaritajiet ikkonstatati. Fl-ittri msemmija iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ħadet pożizzjoni fuq il-konstatazzjonijiet kollha li jinsabu fl-abbozz tar-rapport ta’ awditjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni nett, b’ittra tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, l-EACEA bagħtet lir-rikorrenti r-rapport finali ta’ awditjar u r-rapport finali tal-OLAF. Dan tal-ewwel kien jirreferi għall-osservazzjonijiet u għall-provi ppreżentati mir-rikorrenti fl-ittri tagħha tad-29 ta’ Settembru u tal-<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, b’rabta ma’ kull wieħed mill-35 konstatazzjoni finanzjarja (Financial Audit Findings) u tas-7 konstatazzjonijiet dwar il-ġestjoni (Management Audit Findings), filwaqt li spjega kull darba l-evalwazzjonijiet magħmula mill-awdituri f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tielet nett, fl-ittra tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, l-EACEA indikat li, minħabba n-natura serja tal-irregolaritajiet ikkonstatati, kif ukoll in-natura sistemika u rikorrenti tagħhom, hija kellha l-intenzjoni li tirkupra t-totalità tas-somom imħallsa lir-rikorrenti taħt il-ftehimiet kontenzjużi. Ir-rikorrenti ġiet mistiedna tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-irkupru previst f’terminu ta’ 60 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti kkonformat ma’ din l-istedina b’ittra tal-<DATE ISO="20170925">25 ta’ Settembru 2017</DATE> u reġgħet ippreżentat dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-EACEA, b’mod partikolari, fir-rigward tal-Ftehimiet Diusas u Deque, indikat l-intenzjoni tagħha li titlob ir-rimbors ta’ somma korrispondenti għal dik irċevuta mir-rikorrenti bħala benefiċjarja finali u li, minħabba l-fatt li r-rikorrenti ma kinitx ipprovdiet l-informazzjoni neċessarja li tippermettilha tistabbilixxi r-realtà ta’ din is-somma, hija ma kellhiex għażla oħra ħlief li tiddeterminaha abbażi tal-informazzjoni disponibbli. L-EACEA informat ukoll lir-rikorrenti bid-deċiżjoni tagħha li tirkupra s-somma sħiħa mħallsa minnha taħt il-Ftehim Ecesis, li fil-kuntest tiegħu r-rikorrenti kienet l-unika benefiċjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, l-EACEA stabbilixxiet is-somom li għandhom jiġu rkuprati taħt il-Ftehimiet Diusas u Deque abbażi tal-informazzjoni li hija stess setgħet tiġbor mingħand ċerti kobenefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti kellha l-possibbiltà li tesponi, b’mod utli u effettiv, u dan diversi drabi, il-pożizzjoni tagħha qabel ma ntbagħtulha l-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> kif ukoll in-nota ta’ debitu, kemm fir-rigward tan-natura u tal-portata tal-irregolaritajiet ikkonstatati kif ukoll fir-rigward tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti madankollu ssostni li kien impossibbli għaliha li tippreżenta oriġinali ta’ ċerti fatturi, bħal dawk mitluba mill-EACEA fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, minħabba li, f’dak il-mument, huma ma kinux għadhom fil-pussess tagħha, peress li dawn il-fatturi kienu ġew issekwestrati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali ta’ investigazzjoni pendenti mmexxija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Koblenz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-prinċipju, l-impossibbiltà oġġettiva u pprovata, għal raġunijiet mhux imputabbli lill-persuna kkonċernata, li tippreżenta ċerti dokumenti fuq talba tal-EACEA, tista’, f’ċerti każijiet, iċċaħħad lil din il-persuna minn kull possibbiltà li tesponi l-opinjoni tagħha, b’mod utli u effettiv, f’dak li jikkonċerna l-fatti li huma s-suġġett ta’ dawn id-dokumenti, meta n-nuqqas ta’ preżentazzjoni tagħhom kellu effett fuq id-determinazzjoni tas-somom li huma s-suġġett tat-talbiet għal rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, għalkemm ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti kienet tinsab fl-impossibbiltà oġġettiva u pprovata, għal raġunijiet li ma humiex imputabbli lilha, li tippreżenta l-oriġinali tal-fatturi mitluba mill-EACEA fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, jibqa’ l-fatt li dan in-nuqqas ta’ preżentazzjoni ma kellu ebda effett fuq id-determinazzjoni tas-somom li huma s-suġġett tat-talbiet għal rimbors li jinsabu fl-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u fin-nota ta’ debitu tat-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, mill-proċess jirriżulta li s-sekwestru tad-dokumenti mill-Uffiċju tal-Prosekutur ta’ Koblenz seħħ fit-<DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE>, filwaqt li kemm l-awditu kif ukoll l-investigazzjoni tal-OLAF kienu twettqu fil-perijodu bejn l-2014 u l-2016, jiġifieri qabel is-sekwestru inkwistjoni, b’tali mod li kemm l-awdituri kif ukoll l-OLAF setgħu jikkonsultaw il-kontenut tal-fatturi inkwistjoni u jisiltu minnhom konklużjonijiet xierqa, kif barra minn hekk tammetti r-rikorrenti fl-osservazzjonijiet tagħha bi tweġiba għall-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottata mill-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20200527">27 ta’ Mejju 2020</DATE>. Minbarra dan, dan is-sekwestru seħħ wara l-komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-abbozz tar-rapport ta’ awditjar fit-<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, li kien diġà fih il-parti essenzjali tal-konstatazzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ftehimiet kontenzjużi. Mill-imsemmi rapport jirriżulta, b’mod partikolari, li l-konklużjonijiet tal-awdituri huma bbażati fuq eżami ta’ kważi l-ispejjeż kollha mitluba fil-kuntest tal-ftehimiet kontenzjużi (ara l-punt 7 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, permezz tal-ittri tad-29 ta’ Settembru u tal-<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, jiġifieri dejjem ferm qabel is-sekwestru inkwistjoni, ir-rikorrenti sostniet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-konstatazzjonijiet li jinsabu fl-abbozz tar-rapport tal-awditjar, b’tali mod li hija setgħet, f’dak il-mument, tikkonsulta d-dokumenti rilevanti kollha fil-pussess tagħha, inklużi l-fatturi li huma s-suġġett tas-sekwestru sussegwenti, u b’hekk issostni l-pożizzjoni tagħha b’għarfien sħiħ tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ċertament, l-EACEA talbet il-produzzjoni ta’ ċerti fatturi oriġinali fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>. Madankollu, fl-ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-EACEA ħadet nota tal-fatt li r-rikorrenti ma kinitx fil-pussess tal-fatturi oriġinali mitluba u li għalhekk kien impossibbli għaliha li tippreżentahom. Madankollu, hija ma ddeduċiet l-ebda konklużjoni minn dan. Fil-fatt, ebda element ta’ din l-ittra jew ta’ dik tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> ma juri li n-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-imsemmija fatturi kellu xi effett fuq id-determinazzjoni tas-somom li kienu s-suġġett tat-talbiet għal rimbors li jinsabu fl-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u fin-nota ta’ debitu tat-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>. Kif tispjega l-EACEA fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija magħmula fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tat-<DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE> u waqt is-seduta, mingħajr ma ġiet kontradetta f’dan ir-rigward mir-rikorrenti, fost il-bosta irregolaritajiet misjuba fir-rapporti finali ta’ awditjar u tal-OLAF, uħud kienu jirrigwardaw b’mod partikolari l-inkoerenzi relatati mal-kontenut tal-fatturi (ara l-punt 15 iktar ’il fuq) u mhux il-fatt li dawn ma kinux oriġinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li r-rikorrenti ma kinitx fil-pussess tal-fatturi oriġinali mitluba lanqas ma kien tali li jostakola l-preżentazzjoni tal-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tat-tqassim, mitlub mill-EACEA, bejn l-ammonti rċevuti mir-rikorrenti bħala benefiċjarja finali tal-Ftehimiet Diusas u<?PAGE NO="9"?> Deque u dawk ittrasferiti minnha lill-kobenefiċjarji tal-imsemmija ftehimiet. Fil-fatt, skont l-ittra tal-EACEA tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, dan it-tqassim kellu jsir fuq il-bażi ta’ trasferimenti bankarji jew ta’ ċertifikati bankarji, u mhux fuq il-bażi tal-imsemmija fatturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li n-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-oriġinali tal-fatturi mitluba mill-EACEA fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE> ma kellu ebda effett fuq id-determinazzjoni tas-somom li kienu s-suġġett tat-talbiet għal rimbors li jinsabu fl-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u fin-nota ta’ debitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv tar-rikors, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi konkreti, b’mod partikolari, skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarju jista’ jkollu li jirċievi spjegazzjonijiet, u huwa meħtieġ, sabiex tiġi evalwata n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u ġuridiku li fih ikun ġie adottat l-att ikkontestat. B’dan il-mod, att huwa suffiċjentement immotivat jekk jitfassal f’kuntest magħruf mid-destinatarju kkonċernat li jippermettilu jifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111024">24 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>P vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑213/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:617">EU:T:2011:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Applied Microengineering vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑387/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:501">EU:T:2012:501</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> jidentifikaw b’mod ċar il-bażi legali tal-irkupru previst, jiġifieri l-Artikolu II.19, paragrafu (3) u (5) tal-ftehimiet kontenzjużi u l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Nru 966/2012 (ara l-punti 16 sa 20 iktar ’il fuq), u s-somom li l-EACEA qieset li kellhom jiġu rkuprati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-bosta skambji bil-miktub bejn il-partijiet li seħħew mill-komunikazzjoni tal-abbozz tar-rapport tal-awditjar lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE> u mfakkra fil-punti 7 sa 20 iktar ’il fuq fihom informazzjoni suffiċjenti u konkordanti li tippermetti lir-rikorrenti tifhem ir-raġunijiet li għalihom l-EACEA ddeċidiet li titlob ir-rimbors inkwistjoni u l-mod kif ġew iddeterminati s-somom li għandhom jiġu rrimborsati. B’mod partikolari, kif ġie rrilevat fil-punti 80 u 81 iktar ’il fuq, ir-rapport finali tal-awditjar, li fuq il-konklużjonijiet tiegħu l-EACEA tibbaża ruħha għall-finijiet tal-irkupru previst, ħa inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet kollha tar-rikorrenti u l-provi li hija ppreżentat, eżaminahom u ċaħadhom individwalment, filwaqt li spjega kull darba r-raġunijiet li għalihom dawn l-osservazzjonijiet jew provi ma kinux jikkontestaw il-konstatazzjonijiet li kienu waslu għalihom l-awdituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tielet nett, fl-ittra tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-EACEA, minn naħa, wieġbet għall-argumenti kollha mqajma mir-rikorrenti fl-ittri tagħha tad-9 ta’ Awwissu u tal-<DATE ISO="20170925">25 ta’ Settembru 2017</DATE> u, min-naħa l-oħra, spjegat b’mod ċar li s-somom li kellhom jiġu rkuprati ma kinux iddeterminati abbażi l-ispejjeż ikkunsidrati bħala ineliġibbli, iżda abbażi tal-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet serji, sistemiċi u rikorrenti li jaffettwaw l-implementazzjoni tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ittri tal-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> fihom motivazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lir-rikorrenti tifhem ir-raġunijiet li għalihom l-EACEA kienet iddeċidiet li titlob ir-rimbors tas-somom inkwistjoni u lill-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv tar-rikors, ibbażat fuq nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv ibbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>applikazzjoni żbaljata tad-dritt Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali li tippermetti rkupru sħiħ tas-somom imħallsa</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li la l-Artikolu II.19, paragrafu (3) u (5), tal-ftehimiet kontenzjużi, u lanqas l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Nru 966/2012 ma jippermettu lill-EACEA tipproċedi bl-irkupru sħiħ tas-somom li tħallsu lilha fil-kuntest tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>L-EACEA tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu I.8 tal-Ftehim Ecesis, l-għoti tas-sussidju inkwistjoni huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>regoli Komunitarji applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u, sussidjarjament, id-dritt Belġjan dwar l-għoti ta’ sussidji. Fir-rigward tal-Ftehimiet Diusas u Deque, skont l-Artikolu I.9 ta’ kull waħda minnhom, dawn huma rregolati mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali u mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu II.19(3) ta’ kull wieħed minn dawn il-ftehimiet, l-EACEA għandha d-dritt li twettaq kontrolli dwar l-użu tas-sussidji. Skont din id-dispożizzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli jistgħu jagħtu lok għal deċiżjonijiet ta’ rkupru. Bl-istess mod, l-Artikolu II.19(5) tal-ftehimiet jispeċifika li l-OLAF għandu d-dritt li jwettaq kontrolli li jistgħu jwasslu wkoll għal deċiżjonijiet ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Dawn il-klawżoli, li r-rikorrenti tallega l-ksur tagħhom, ma jeskludux għaldaqstant il-possibbiltà għall-EACEA li tipproċedi bl-irkupru sħiħ tas-somom imħallsa taħt l-imsemmija ftehimiet. Fil-fatt, huma jindikaw li l-EACEA tista’ tipproċedi bl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>irkupru<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tas-sussidji, mingħajr ebda limitazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>regoli tal-Unjoni applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu I.8 tal-Ftehim Ecesis u tal-Artikolu I.9 tal-Ftehimiet Diusas u Deque, il-Qorti Ġenerali tirrileva li, f’dan il-każ, huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT>, l-ewwel nett, ir-Regolament Nru 1605/2002, li tħassar b’effett mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> (Artikolu 212 tar-Regolament Nru 966/2012) u, sussegwentement, ir-Regolament Nru 966/2012, u dan tal-aħħar tħassar, min-naħa tiegħu, b’effett mit-<DATE ISO="20180802">2 ta’ Awwissu 2018</DATE> bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>). Fil-fatt, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 187 tar-Regolament Nru 1605/2002 u l-Artikolu 212 tar-Regolament Nru 966/2012, ir-Regolament Nru 1605/2002 kien japplika, bħala regola ġenerali, mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> sal-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, filwaqt li l-ftehimiet kontenzjużi ġew konklużi, rispettivament, fl-2008 u fl-2010 (ara l-punt 2 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-perijodu ta’ eżekuzzjoni tal-ftehimiet u, konsegwentement, il-perijodu awditjat, kien il-perijodu bejn il-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20110114">14 ta’ Jannar 2011</DATE> għall-Ftehim Ecesis, mill-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE> sal-<DATE ISO="20121014">14 ta’ Ottubru 2012</DATE> għall-Ftehim Diusas u mill-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE> sal-<DATE ISO="20131014">14 ta’ Ottubru 2013</DATE> għall-Ftehim Deque. Minn dan isegwi, minn naħa, li r-Regolament Nru 1605/2002 kien applikabbli <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT> għall-Ftehimiet Ecesis u Diusas u, min-naħa l-oħra, li dan l-istess regolament u r-Regolament Nru 966/2012 kienu suċċessivament applikabbli għall-Ftehim Deque.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 119(2) tar-Regolament Nru 1605/2002, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[j]ekk il-benefiċjarju jonqos milli jkun konformi ma’ l-obligazzjonijiet legali jew kontrattwali tiegħu, l-għotja għandha tkun sospiża u mnaqqas jew itterminata fil-każi li hemm provvediment dwarhom fir-regoli ta’ l-implimentazzjoni wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. L-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>itterminata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jirreferi għalhekk għall-ipoteżi ta’ rkupru tas-somom kollha rċevuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(4) tar-Regolament Nru 966/2012, min-naħa tiegħu, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Fejn tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi jkunu attribwibbli lill-benefiċjarju, jew jekk il-benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ wkoll inaqqas l-għotja jew jirkupra ammonti li tħallsu għalxejn skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi jew ta’ ksur ta’ obbligi, basta l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 135(5) tar-Regolament Nru 966/2012 jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>F’każ li l-kontrolli u l-awditjar juri ta’ żbalji, irregolaritajiet, frodi jew ksur ta’ obbligi sistemiċi jew rikorrenti attribwibbli lill-benefiċjarju li jkollhom impatt fuq għadd ta’ għotjiet aġġudikati lil dak il-benefiċjarju skont kondizzjonijiet simili, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jissospendi l-implimentazzjoni tal-għotjiet kollha kkonċernati, jew, fejn xieraq, itemm l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotja ma’ dak il-benefiċjarju, fi proporzjoni mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi, dment li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet.</ALINEA><ALINEA>L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, barra minn hekk, wara li tkun saret proċedura akkużatorja, inaqqas il-għotijiet jew jirkupra l-ammonti mħallsin indebitament f’dak li għandu x’jaqsam mal-għotjiet milqutin mill-iżbalji, irregolaritajiet, frodi jew ksur ta’ obbligi sistemiċi jew rikorrenti li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu li jistgħu jkunu awditjati skont il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet tal-għotja.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>B’dan il-mod, la l-Artikolu 119(2) tar-Regolament Nru 1605/2002 u lanqas l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Nru 966/2012 ma jipprekludu l-irkupru sħiħ ta’ sussidju. Fil-fatt, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, minn naħa, li din l-aħħar dispożizzjoni teżiġi b’mod espliċitu li tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-iżbalji, l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur tal-obbligi kkonstatati. Għalhekk, il-fatt li dawn ikunu ta’ natura sistemika jew rikorrenti huwa, evidentement, element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-imsemmija irregolaritajiet. Għaldaqstant, meta l-gravità tal-iżbalji, tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew tal-ksur tal-obbligi kkonstatati tkun tali li tikkomprometti s-sistema sħiħa ta’ kontroll u ta’ ġestjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, u b’hekk, l-infiq kollu mitlub, allura l-irkupru sħiħ tas-somom imħallsa ma jistax jitqies li huwa sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata, barra minn hekk, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 135(5) tar-Regolament Nru 966/2012, li jipprovdi li, fil-każ ta’ irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti imputabbli lill-persuna benefiċjarja u li jkollhom impatt materjali fuq diversi sussidji, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>jirkupra l-ammonti mħallsin indebitament<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> taħt il-ftehimiet kollha affettwati minn dawn l-irregolaritajiet. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma teskludix il-possibbiltà li jsir irkupru sħiħ ta’ sussidju speċifiku, jekk il-gravità tal-irregolaritajiet ikkonstatati tkun tali li l-ammonti kollha inkwistjoni għandhom jitqiesu li tħallsu indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija konformi wkoll mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-Unjoni previst fl-Artikolu 317 TFUE. Għalhekk, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn ftehim ta’ sussidju, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni huma obbligati li jirkupraw is-sussidju mħallas sal-limitu tal-ammonti kkunsidrati bħala mhux affidabbli jew li ma jistgħux jiġu vverifikati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tal-Unjoni diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li, fis-sistema tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, l-użu ta’ din l-għajnuna huwa suġġett għal regoli li jistgħu jwasslu għall-ħlas lura parzjali jew totali ta’ għajnuna diġà mogħtija (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Hellenic Ventures <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑44/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:284">EU:T:2010:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Arci Nuova associazione comitato di Cagliari u Gessa</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑259/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:536">EU:T:2010:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, li l-istipulazzjonijiet kuntrattwali u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1605/2002 u tar-Regolament Nru 966/2012, kif interpretati mill-qorti tal-Unjoni, ma jipprekludux, fil-prinċipju, lill-EACEA milli tirkupra s-somom kollha mħallsa lir-rikorrenti taħt il-ftehimiet kontenzjużi. Il-kwistjoni dwar jekk tali rkupru huwiex, f’dan il-każ, konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija s-suġġett tar-raba’ motiv tar-rikors u għalhekk ser tiġi eżaminata iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel ilment tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq l-assenza ta’ irregolaritajiet ta’ natura sistemika u rikorrenti</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ma tista’ tislet ebda argument mill-fatt li l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Nru 966/2012 ma jirreferix għal irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti jew li dawn il-kunċetti ma humiex iddefiniti fl-imsemmi regolament. Fil-fatt, biżżejjed jiġi rrilevat, minn naħa, li din id-dispożizzjoni teżiġi b’mod espliċitu li tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-irregolaritajiet ikkonstatati. Il-fatt li dawn huma ta’ natura sistemika jew rikorrenti huwa, evidentement, element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-imsemmija irregolaritajiet. Min-naħa l-oħra, il-fatt li r-Regolament Nru 966/2012 juża dawn il-kunċetti, b’mod partikolari fl-Artikolu 135(5) tiegħu, mingħajr ma jiddefinixxihom b’mod espliċitu, jibqa’ mingħajr ebda effett fuq l-irkupru previst, peress li l-kontenut ta’ dawn il-kunċetti jirriżulta, mingħajr dubju possibbli, mis-sens normali tagħhom, li jgħid li l-irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti huma dawk li huma kkaratterizzati mir-repetittività tagħhom u mill-fatt li dawn jaffettwaw is-sistema ta’ kontroll u ta’ ġestjoni kollha kemm hi, bħal dawk irrilevati fil-punti 124 sa 131 iktar ’il fuq.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-EACEA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Universität Koblenz-Landau hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Hesse</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>