17.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11161 — NORDIC CAPITAL / FOXWAY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 288/04)

1.   

Fid-9 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Nordic Capital XI Alpha, L.P., Nordic Capital XI Beta, L.P. (it-tnejn ir-Renju Unit), Nordic Capital XI Alpha, SCSp, Nordic Capital XI Beta, SCSp u NC XI Gamma Investor, SCSp (kollha n-Netherlands) (riferuti flimkien kollettivament bħala “Nordic Capital Fund XI”),

—

Foxway Group AB (l-Iżvezja), ikkontrollata minn Norvestor VII, L.P.

Nordic Capital Fund XI se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Foxway Group AB kollha kemm hi, li bħalissa hija proprjetà ta’ Norvestor VII, L.P.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Nordic Capital Fund XI: affiljat tal-grupp Nordic Capital ta’ fondi ta’ ekwità privata li jiffoka fuq investimenti primarjament fir-reġjun Nordiku u pajjiżi magħżula tal-Ewropa ta’ Fuq. Nordic Capital jinvesti f’firxa wiesgħa ta’ industriji iżda jiffoka b’mod partikolari fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, u b’mod selettiv, is-servizzi tal-konsumatur u dawk kummerċjali u industrijali,

—

Foxway Group AB: tipprovdi servizzi tal-IT, bħalma huma soluzzjonijiet tal-IT ċirkulari u

—

rikummerċ lil klijenti pubbliċi u privati, prinċipalment fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11161 — NORDIC CAPITAL / FOXWAY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.