|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2486 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2486
tal-1 ta’ Diċembru 2025
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika Federali tan-Niġerja għal ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (il-“ftehim”) mar-Repubblika Federali tan-Niġerja. |
|
(2) |
L-iskambju tal-ittri bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni u r-Repubblika Federali tan-Niġerja, tas-6 ta’ Ġunju 2024 u tas-26 ta’ Ġunju 2024, ikkonferma x-xewqa taż-żewġ partijiet li jinfetħu negozjati għal ftehim bħal dan. |
|
(3) |
Il-ftehim propost jipprovdi qafas importanti li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Repubblika Federali tan-Niġerja fl-oqsma prijoritarji konġunti kollha tax-xjenza u t-teknoloġija, u b’hekk iwassal għal benefiċċji reċiproċi. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-Unjoni li tniedi negozjati għal ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mar-Repubblika Federali tan-Niġerja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati għal ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mar-Repubblika Federali tan-Niġerja.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan maħtura bħala n-negozjatur tal-Unjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitmexxew b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka u f’konformitàmad-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-Addendum ta’ din id-Deċiżjoni..
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2486/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)