31968R0391



Official Journal L 080 , 02/04/1968 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0024
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0064
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0024
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0066
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0033
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0118
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0118


Ir-Regolament (KEE) Nru 391/68 tal-Kummissjoni

ta’ l-1 ta’ April 1968

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-intervent permezz tax-xiri lura tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 121/67/KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal, u b’mod partikulari l-Artikoli 4(6) u 5 (3) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 22 tiegħu;

Billi skond l-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament Nru 121/67/KEE, regoli dettaljati tal-applikazzjoni għandhom jiġu addottati għax-xiri lura mill-aġenziji tal-intervent;

Billi bl-iskop li jiġi organizzat ix-xiri lura mill-aġenziji ta’ intervent b’mod effiċjenti, għandhom jiġu stabbiliti kriterji għall-għażla taċ-ċentri ta’ intervent għax-xiri lura; billi l-għażla ta’ ċentri bħal dawn għandha tiġi stabbilita permezz ta’ ċerti rekwiżiti tekniċi li jisguraw ħażna bil-friża sodisfaċenti tal-laħam;

Billi sabiex jiġi żgurat li x-xiri lura jsir b’effiċjenza raġonevoli, għandha tiġi stabbilita kwantità minima għax-xiri lura, li tvarja skond il-prodott;

Billi sabiex jiġi żgurat trattament ugwali ta’ dawk li joffru il-prodotti tagħhom, dak li jinftiehem bil-prezz tax-xiri lura u l-post fejn tieħu kontroll fuqu l-aġenzija tal-intervent għandu jiġi definit; billi dak il-post jista’, fil-prinċipju, jkun iċ-ċentru ta’ intervent li fih il-bejjiegħ għandu l-ħsieb li jikkonsenja il-prodotti tiegħu; billi għandu, pero’, jitħalla f’idejn l-aġenzija tal-intervent li tagħżel post ieħor, jekk il-konsenja fiċ-ċentru nominat mill-bejjiegħ ma’ tkunx possibli;

Billi il-politika tal-intervent tal-Komunità għandha tiġi mwettqa effiċjentement; billi, għalhekk, ikun aħjar li jiġi żgurat li li l-prodotti mixtrija lura u mbagħad eliminati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-direttivi tal-protezzjoni tas-saħħa; billi barra minn hekk ikun aħjar li prodotti bħal dawn ikunu jissodisfaw ċerti rekwiti tekniċi u, sa fejn għandu x’jaqsam mal-karkassi tal-majjali, li għandhom ikunu klassifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 211/67/KEE 2 [2] tas-27 ta’ Ġunju 1967 li jistabilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali;

Billi, sabiex ikun possibbli għall-Kummissjoni li jkollha kwadru ġenerali tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri sabiex iżommuha infurmata bid-dettalji li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri bħal dawn;

Billi il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Iċ-ċentri ta’ intervent għandhom jintagħżlu mill-Istati Membri bil-għan li jiżguraw l-effiċjenza tal-miżuri ta’ intervent u sabiex il-kunsenja u t-tkessih isiru taħt kundizzjonijiet tekniċi sodisfaċenti.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw il-preżervazzjoni sodisfaċenti tal-prodotti maħżuna.

Artikolu 2

Il-kwantità minima għall-kunsinna għandha tkun:

(a) Tunnellata metrika waħda (1) fir-rigward tal-karkassi jew nofs karkassi,

(b) 0 75 tunnellata metrika fir-rigward tas-sider tal-majjal (bl-istrixxi tax-xaħam),

(ċ) 0 75 tunnellata metrika fir-rigward tax-xaħam tal-majjal unrendered.

Artikolu 3

Il-prezz tax-xiri lura għandu jkun il-prezz ħieles fl-impjant tar-refriġerazzjoni taċ-ċentru ta’ intervent, billi l-ispejjeż tal-ħatt jitħallsu mill-bejjiegħ.

Artikolu 4

1. Meta l-offerta għall-bejgħ tingħata lill-aġenzija ta’ intervent iċ-ċentru ta’ intervent li lilu il-bejjiegħ għandu ħsieb jikkunsenja il-prodott u l-post fejn ikun il-prodott fil-ħin tal-offerta għandhom jiġu dikjarati.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tistabilixxi id-data tal-trasferiment.

3. Jekk il-prodott ma’ jkunx jista’ jiġi trasferit fiċ-ċentru ta’ intervent imsemmi fil-paragrafu 1, l-aġenzija ta’ intervent għandha tagħżel il-post fejn il-prodott għandu jitpoġġa taħt il-kontroll tagħha f’wieħed mit-tlett ċentri ta’ intervent dak l-eqreb ta’ fejn ikun il-prodott fil-ħin tal-offerta.

Artikolu 5

1. Il-Prodotti jistgħu jiġu mixtrija lura biss jekk:

(a) iħarsu id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’Ġunju, [3] fuq il-problemi tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ fil-laħam frisk ġewwa l-Komunità, kif emendat mid-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1966, [4] u b’mod partikulari l-Artikoli 3 u 4 tagħha,

(b) ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fl-Anness ma’ dan l-Att, u

(ċ) ikunu klassifikati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-karkassi jew nofs karkassi tal-majjal, skond ir -Regolament Nru 211/67/KEE.

2. Il-prodotti li ġejjin ma jistgħux jiġu mixtrija lura:

(a) dawk li jkollhom il-karatteristiċi li jirrenduhom mhux adattati għall-ħażna jew użu sussegwenti,

(b) dawk li jiġu mill-qtil tal-ħnieżer nisa jew tal-ħnieżer tar-refgħa, jew

(ċ) dawk li ma’ jkunux ġejjin mill-majjali li joriġinaw fil-Komunità.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn meta l-prodotti jkunu ġew mixtrija lura għall-ewwel darba, iċ-ċentri ta’ intervent u l-ispazju tagħhom ta’ refriġerazzjoni u ħażna.

Kull emenda sussegwenti għandha tiġi komunikata mill-ewwel.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni bit-telex kull jum tax-xogħol alternattiv tal-ġimgħa l-informazzjoni li jmiss dwar l-operazzjonijiet tax-xiri lura tal-ġimgħa ta’ qabel:

(a) il-prodotti, kwalitajiet u l-kwantitajiet mixtrija lura,

(b) il-prezz imħallas għall-kull prodott u l-kwalità.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dawmien il-prodotti u l-kwantitajiet maħżuna fit-tmiem tat-tieni u tar-raba’ gimgħa ta’ kull xahar, fejn jiddikaraw il-prodotti u l-kwantitajiet maħżuna u l-indirizz tal-post tal-ħażna tagħhom.

3. Il-proċedura tas-sistema ta’ intervent għandha tiġi riveduta perjodikament skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 121/67/KEE.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ April 1968.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean Rey

[1] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2283/67.

[2] ĠU Ċ 135, 30.6.1967, p. 2872/67.

[3] ĠU Ċ 121, 29.7.1964, p. 2012/64.

[4] ĠU Ċ 192, 27.12.1966, p. 3302/66

--------------------------------------------------

ANNESS

Prodotti li jistgħu jiġu mixtrija lura

1. Karkassi jew nofs karkassi ta’ ħnieżer domestiċi, friski jew imkessħa (sottotitolu Nru ex 02.01 A III (a) 1 tad-Dazju Doganali Komuni):

(a) ta’ annimali maqtula mhux aktar minn erbat ijiem qabel u żvinati tajjeb,

(b) simetrikament diviżi max-xewka tad-dahar,

(ċ) offruti mingħajr ras, qatgħat, għenuq, xaħam flare, kliewi, saqajn ta’ quddiem, denb, falda u mudullun.

2. Is-Sider (bl-istrixxi tax-xaħam) frisk jew iffriżat (sottotitolu Nru ex 02.01 A III (a) 5 tat-Dazju Doganali Komuni):

(a) ta’ annimali maqtula mhux aktar minn tmint ijiem qabel,

(b) ta’ piż massimu ta’ 8 kg kull biċċa,

(ċ) li jkollhom mill-anqas tmien kustilji u qata’ kartabun mill-ispalla bejn it-tielet u r-raba’ kustilja,

(c) preżentat mingħajr ġilda iżda mingħajr falda, xaħam ta’ barra tal-majjal jew dugs.

3. Xaħam tad-dahar unrendered, frisk jew imkessaħ (sottotitolu Nru ex 02.05 A I tat-Dazju Komuni):

(a) ta’ annimali maqtula mhux aktar minn tmint ijiem qabel,

(b) maqtugħa kartabun,

(ċ) preżentat bil-ġilda mingħajr laħam,

(d) ta’ ħxuna minima ta’ 2 ċm u wisa’ minima ta’ 15 il-ċm bejn id-dahar u s-sider.

4. Il-prodotti msemmija f-1, 2 u 3 kellhom ikunu mkessħa mill-ħin tal-qatla sakemm jittieħed kontroll fuqhom u għandhom ikollhom meta jkun ittieħed kontroll fuqhom temperatura interna li ma’ teċċedix + 4 °C.

--------------------------------------------------