|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3206 |
12.6.2026 |
Avviż ta’ Reklutaġġ EUPP/3/S
Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej fis-sens tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445
Aġent temporanju — grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 12
(C/2026/3206)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea ddeċidew li jniedu proċedura għall-pożizzjoni ta’ Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”), f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni se titwettaq bl-appoġġ amministrattiv tal-Parlament Ewropew.
Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 12. Mas-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS) (2).
Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament, il-ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għandha ssir mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea bi qbil komuni għal mandat li ma jistax jiġġedded ta’ 5 snin skont it-termini applikabbli għall-persunal temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 2(a) tas-CEOS.
Il-pożizzjoni tirrikjedi flessibbiltà u tinvolvi kuntatt frekwenti ma’ nies fl-istituzzjonijiet u barra minnhom. Il-persuna reklutata bħala Direttur tal-Awtorità se tkun meħtieġa tivvjaġġa spiss bejn il-postijiet tax-xogħol tal-istituzzjonijiet u postijiet oħra.
2. Post tal-impjieg
Il-persuna magħżula se tiġi rreklutata fi Brussell.
3. Opportunitajiet indaqs
L-istituzzjonijiet Ewropej japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċettaw l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-impjieg
Il-persuna reklutata bħala Direttur tal-Awtorità hija responsabbli mill-kompiti stabbiliti fir-Regolament, b’mod partikolari r-reġistrazzjoni, il-kontroll u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Hija għandha tirrappreżenta lill-Awtorità u għandha tieħu d-deċiżjonijiet kollha tal-Awtorità f’isimha. Għal dan il-għan, din il-persuna għandha twettaq il-funzjonijiet previsti u teżerċita s-setgħat mogħtija mir-Regolament.
B’mod partikolari, il-kompiti tal-persuna reklutata bħala Direttur tal-Awtorità huma dawn li ġejjin:
|
— |
tirrappreżenta lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, |
|
— |
tikkoopera mal-istituzzjonijiet Ewropej, mal-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri biex jiġu żgurati l-kontroll u r-rispett, mill-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, tal-obbligi stabbiliti mir-Regolament, |
|
— |
tistabbilixxi l-abbozz ta’ pjan baġitarju tal-Awtorità (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) u tevalwa l-forniment tas-servizzi biex tiġi ggarantita l-kwalità tagħhom. Il-persuna reklutata bħala Direttur għandha taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega, |
|
— |
teżerċita s-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-setgħat mogħtija lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg ta’ aġenti oħra mis-CEOS (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”), |
|
— |
tamministra r-Reġistru tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, |
|
— |
tieħu deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament, |
|
— |
tieħu deċiżjonijiet dwar id-dereġistrazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej f’konformità mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament, |
|
— |
tivverifika li l-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stabbiliti fir-Regolament jibqgħu jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej irreġistrati, |
|
— |
tieħu deċiżjonijiet dwar is-sanzjonar tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament, |
|
— |
tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, |
|
— |
tissodisfa l-obbligi ta’ trasparenza u protezzjoni tad-data previsti fir-Regolament. |
L-awtorità tal-ħatra tista’ tassenja kompiti oħra lid-Direttur tal-Awtorità, dment li dawn ma jkunux inkompatibbli mal-volum ta’ xogħol li jirriżulta mill-funzjonijiet ta’ Direttur tal-Awtorità u li ma joħolqux kunflitt ta’ interess jew li ma jipperikolawx l-indipendenza sħiħa tad-Direttur tal-Awtorità.
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 12(2) tas-CEOS, il-kandidati jeħtiġilhom:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti, |
(b) Rekwiżiti speċifiċi
(i)
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ 4 snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali ta’ mill-anqas sena, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji jkun mill-anqas 3 snin, |
|
— |
mill-anqas 15-il sena ta’ esperjenza professjonali rilevanti miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq, li minnhom mill-anqas 3 jkunu f’pożizzjoni b’responsabbiltajiet ta’ ġestjoni jew ta’ koordinazzjoni ekwivalenti. |
Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta’ Stat Membru.
Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba f’pajjiż mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara: https://www.enic-naric.net/.
(ii)
Għarfien eċċellenti ta’ lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea (3) u għarfien sodisfaċenti ta’ mill-anqas lingwa oħra huma meħtieġa.
(iii)
Il-kandidati ma jistgħux ikunu Membri tal-Parlament Ewropew, ma jista’ jkollhom ebda mandat elettorali u ma jistgħux ikunu impjegati attwali jew ex impjegati ta’ partit politiku Ewropew jew ta’ fondazzjoni politika Ewropea. Il-persuna li tintgħażel għandha tiżgura li ma jkollhiex kunflitt ta’ interess bejn il-funzjonijiet tagħha bħala Direttur tal-Awtorità u xi funzjonijiet uffiċjali oħra, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Il-persuna reklutata bħala Direttur tal-Awtorità għandha tkun indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha. Meta taġixxi f’isem l-Awtorità, la għandha tfittex u lanqas tieħu istruzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern jew minn xi korp, uffiċċju jew aġenzija oħrajn. Il-persuna reklutata bħala Direttur tal-Awtorità għandha tibqa’ lura minn kwalunkwe att li jkun inkompatibbli man-natura tal-funzjonijiet tagħha.
Qabel ma tibda taqdi dmirijietha, il-persuna reklutata bħala Direttur se tkun meħtieġa tagħmel dikjarazzjoni li timpenja ruħha li taġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u li tiddikjara kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħha.
6. Rekwiżiti ta’ selezzjoni
|
— |
ħiliet analitiċi u ta’ ġudizzju eċċellenti, |
|
— |
għarfien eċċellenti tal-qafas regolatorju u finanzjarju tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, |
|
— |
għarfien tajjeb ħafna tar-Regolament Finanzjarju, |
|
— |
għarfien tajjeb ħafna tal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż jew tal-Franċiż fid-dawl tal-ħtiġijiet rigward il-komunikazzjoni interna u interistituzzjonali, |
|
— |
il-kapaċità ta’ ħolqien u komunikazzjoni ta’ viżjoni, ta’ ħsieb b’mod globali rigward is-sistemi u l-proċessi, u li jiġu proposti rakkomandazzjonijiet konkreti u soluzzjonijiet prattikabbli, |
|
— |
il-kapaċità, inkluż permezz ta’ ħiliet ta’ tmexxija, ta’ ġestjoni ta’ persunal u ta’ baġit, kif ukoll komunità varjata ta’ partijiet ikkonċernati, |
|
— |
il-kapaċità li tittieħed azzjoni b’mod indipendenti, |
|
— |
esperjenza fil-komunikazzjoni u n-networking, biex l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej tiġi rappreżentata, inkluż fl-ogħla livelli, u biex jinħolqu u jinżammu relazzjonijiet effettivi mal-partijiet ikkonċernati f’istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, u fl-Istati Membri, |
|
— |
esperjenza konfermata fil-ġestjoni ta’ riżorsi umani u baġitarji f’istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija Ewropej, jew fi kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata oħra li jkollha interazzjoni regolari mal-UE, titqies bħala kwalità siewja. |
7. Proċedura ta’ selezzjoni
Il-Kumitat ta’ Selezzjoni jikkonsisti mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea u huwa ppresedut mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Il-Kumitat ta’ Selezzjoni jistabbilixxi bord amministrattiv ta’ preselezzjoni, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet, li jassisti lill-Kumitat ta’ Selezzjoni fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet bil-miktub kollha fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ eleġibbiltà, fl-identifikazzjoni ta’ dawk il-kandidati li l-profil tagħhom jaqbel l-aħjar mar-rekwiżiti ta’ selezzjoni, u fit-tfassil ta’ lista qasira tal-kandidati l-aktar adatti.
Abbażi tal-preselezzjoni, il-Kumitat ta’ Selezzjoni jfassal lista ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista.
Wara l-proċedura ta’ preselezzjoni u l-intervisti, il-Kumitat ta’ Selezzjoni jipproponi lit-tliet istituzzjonijiet kandidat(a) għall-ħatra bħala Direttur tal-Awtorità.
8. Applikazzjonijiet
L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija:
is-26 ta’ Ġunju 2026, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, dikjarazzjoni personali f’format pdf (“Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ Reklutaġġ Numru EUPP/3/S”) u curriculum vitae (fil-format tal-Europass (4)), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (EUPP/3/S) fil-linja tas-suġġett tal-messaġġ, lil: PERS-Director-APPF@europarl.europa.eu.
Id-data u l-ħin li fihom tintbagħat l-email jitqiesu bħala d-data u l-ħin li fihom tressqet l-applikazzjoni.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati msejħa għall-intervista jeħtiġilhom jippreżentaw, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji ta’ dokumenti ġustifikattivi relatati mal-istudji, l-esperjenza professjonali u r-responsabbiltajiet attwali tagħhom. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.
9. Protezzjoni tad-data personali
Id-data personali pproċessata għall-iskopijiet ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b’mod partikolari fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħha.
Għal aktar informazzjoni dwar kif id-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata jew dwar kif jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-suġġett tad-data, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data rilevanti (ara l-Anness).
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L, 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj).
(2) Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1023/oj).
(3) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż. http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/2013-07-01.
(4) https://europa.eu/europass/mt.
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE ( ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/17).
ANNESS
Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data
Ġestjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni u ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali li jsir mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea.
(1)
Min hu l-kontrollur tad-data personali tiegħek?|
— |
Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-ħatra tad-Direttur tal-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaġixxu bħala kontrolluri separati. |
|
— |
Il-Parlament Ewropew qed jaġixxi bħala l-kontrollur (1) għall-ġestjoni tal-proċedura ġenerali. Il-Parlament Ewropew > is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew > id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal > id-Direttorat għall-Governanza Strateġika tar-Riżorsi Umani, ir-Reklutaġġ u l-Karrieri > l-Unità tas-Selezzjoni u t-Tfittxija ta’ Talenti. |
|
— |
Tista’ tikkuntattja lill-kontrolluri/entitajiet fuq: Għall-Parlament Ewropew: PERS-Director-APPF@europarl.europa.eu. Għall-Kummissjoni Ewropea: SG-UNITE-H-1@ec.europa.eu. Għall-Kunsill: GIP.INST@consilium.europa.eu. |
(2)
X’inhuwa l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek?|
— |
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata sabiex tiġi ġestita l-proċedura ta’ selezzjoni u ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, kif deskritt fl-Avviż ta’ Reklutaġġ Numru EUPP/3/S. |
(3)
Liema hija l-bażi legali għall-ipproċessar?|
— |
Il-bażi legali għall-ipproċessar hija:
|
(4)
Liema data personali tiġi pproċessata?|
— |
Nipproċessaw id-data li ġejja:
|
(5)
Kif tiġi pproċessata d-data personali tiegħek?|
— |
Wara sejħa miftuħa, il-kandidati japplikaw u jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom li jkun fiha d-data personali tagħhom lill-Unità tas-Selezzjoni u t-Tfittxija ta’ Talenti tal-Parlament Ewropew (TSOU), bl-email (lill-mailbox tas-servizz PERS-Director-APPF@europarl.europa.eu). L-applikazzjonijiet jiġu pproċessati mill-unità u jintbagħtu lil kumitat ta’ selezzjoni magħmul mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u s-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni. Il-kumitat ta’ selezzjoni huwa assistit minn bord amministrattiv ta’ preselezzjoni magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet. |
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill se jittrattaw il-proċedura tal-ħatra f’konformità mar-regoli interni tagħhom bil-ħsieb li jadottaw id-deċiżjoni tal-ħatra individwali tagħhom. |
|
— |
Abbażi tal-proposti magħmula mill-kumitat ta’ selezzjoni, id-Direttur tal-Awtorità għandu jinħatar mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (flimkien imsejħa l-“Awtorità tal-Ħatra”) bi qbil komuni. |
(6)
Għal kemm żmien tinħażen id-data personali tiegħek?Il-Parlament Ewropew:
|
— |
Id-data personali tiegħek tinħażen: (a) f’folder SharePoint aċċessibbli għal għadd limitat ta’ membri tal-persunal tat-TSOU għaż-żmien meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni; (b) fl-Unità: kemm f’fajls stampati kif ukoll f’fajls elettroniċi: għat-tul ta’ żmien deċiż mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew - kwittanza + 5 snin għad-dokumenti baġitarji u 3 snin għal dokumenti oħra; (c) il-perjodi ta’ żmien imsemmija hawn fuq jiġu estiżi għaż-żmien meħtieġ f’każ ta’ litigazzjoni. |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill:
L-ebda ħżin indipendenti : il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ma jżommu l-ebda data personali lil hinn mill-fażi tal-ħatra, ħlief għall-isem u l-grad tal-kandidat maħtur, li se jiġu ppubblikati bħala parti mid-deċiżjoni finali tal-ħatra f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u bħala parti mid-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet. Id-data personali l-oħra kollha tal-kandidati titħassar wara d-deċiżjoni finali tal-ħatra, sakemm xi obbligu legali ma jirrikjedix mod ieħor.
(7)
Min jirċievi d-data personali tiegħek?|
— |
Id-data personali tiegħek jirċevuha:
|
(8)
Id-data personali tiegħek tiġi kondiviża ma’ pajjiż mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali?|
— |
Le, id-data personali tiegħek ma tiġix kondiviża ma’ pajjiż mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. |
(9)
Jintużaw xi proċessi awtomatizzati (2) u/jew profiling (3) biex jittieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawk?|
— |
Le. |
(10)
Jekk id-data personali ma nkisbitx mingħandek, x’inhu s-sors tagħha?|
— |
Is-sors tad-data personali tiegħek huwa: l-HRM Portal (Streamline) tal-Parlament Ewropew għall-kandidati interni biss. |
(11)
X’inhuma d-drittijiet tiegħek?Inti għandek id-drittijiet li ġejjin:
|
— |
Id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek. |
|
— |
Id-dritt għal rettifika tad-data personali tiegħek. |
|
— |
Fejn applikabbli, id-dritt li d-data personali tiegħek titħassar. |
|
— |
Fejn applikabbli, id-dritt li l-ipproċessar jiġi ristrett. |
|
— |
Fejn applikabbli, id-dritt għall-portabbiltà tad-data. |
|
— |
Fejn applikabbli, id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar. |
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-kontrollur(i) tad-data responsabbli kif ġej:
|
— |
Għat-talbiet kollha relatati mal-ġestjoni tal-proċedura ġenerali tal-għażla u l-ħatra mill-Parlament Ewropew, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Parlament Ewropew fuq: PERS-Director-APPF@europarl.europa.eu |
|
— |
Għal mistoqsijiet speċifiċi għall-ħatra mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni Ewropea, ikkuntattja:
|
Id-dritt li tressaq ilment:
Jekk ikollok xi kummenti jew ilmenti dwar il-mod kif tiġi pproċessata d-data personali tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal(i) tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-kontrollur(i) tad-data responsabbli kif ġej:
|
— |
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew: data-protection@europarl.europa.eu. |
|
— |
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea: DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu. |
|
— |
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill: data.protection@consilium.europa.eu. |
Għandek id-dritt li tressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fuq edps@edps.europa.eu.
(1) Kontrollur huwa l-awtorità pubblika, l-aġenzija jew korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali. Il-kontrollur huwa rappreżentat mill-kap tal-entità.
(2) It-teħid ta’ deċiżjoni unikament b’mezzi awtomatizzati u mingħajr ebda involviment uman. {Eżempji teoriċi: paġna tal-Internet li fiha, jekk tagħżel ċerti opzjonijiet, titqiegħed awtomatikament f’listi ta’ indirizzi elettroniċi differenti li permezz tagħhom tirċievi l-bullettin korrispondenti ta’ kull xahar / l-użu ta’ sistema awtomatizzata biex jiġu kkoreġuti t-tweġibiet għal test “b’għażliet multipli” u tinħareġ marka minima biex tgħaddi skont l-għadd ta’ tweġibiet korretti}.
(3) Il-profiling janalizza aspetti tal-personalità, l-imġiba, l-interessi u l-abitudnijiet ta’ individwu biex isiru previżjonijiet jew biex jittieħdu deċiżjonijiet dwaru. Dan jintuża biex jiġu analizzati jew previsti aspetti rigward il-prestazzjoni professjonali tas-suġġetti tad-data, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi jew l-interessi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tagħhom, il-post fejn ikunu qegħdin jew iċ-ċaqliq tagħhom minn post għall-ieħor, eċċ. {Eżempju teoriku: meta tuża l-għodda tal-media soċjali tinġabar data u jiġu rreġistrati t-tendenzi tiegħek. Din id-data mbagħad tintuża biex jiġu ffurmati previżjonijiet ġodda/differenti dwarek.}
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3206/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)