|
9.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8524 — Advent International Corporation/Industrial Parts Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 259/04)
|
1. |
Fl-1 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Industrial Parts Holding kollha kemm hi (Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Għal Advent International Corporation: investiment ta’ ekwità privata, iffukata fuq l-akkwist ta’ ishma u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’setturi varji, inklużi servizzi tan-negozju u dawk finanzjarji; oġġetti u servizzi industrijali operazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, oġġetti tad-ditta għall-konsumatur, u servizzi ta’ rikreazzjoni; midja, telekomunikazzjonijiet u teknoloġija tal-informattika; u servizzi tal-kura tas-saħħa u farmaċewtiċi. — Għal Industrial Parts Holding: id-distribuzzjoni ta’ partijiet industrijali billi tipprovdi kollegament loġistiku bejn il-fornituri u l-klijenti fil-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja u l-Isvizzera permezz għaxar networks kummerċjali awtonomi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8524 — Advent International Corporation/Industrial Parts Holding, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.