<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-650/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0650</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:985">EU:C:2020:985</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>29</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑650/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">L-Ungerija vs Il-Parlament</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑650/18</HT></P><P>L-Ungerija</P><P>vs</P><P>Il-Parlament Ewropew</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1) TEU</KEYWORD><KEYWORD>Proposta motivata mill-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 263 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 269 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Riżoluzzjoni dwar proposta li titlob lill-Kunsill jikkonstata l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri komuni tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regoli għall-għadd tal-voti skont l-Artikolu 354 TFUE u l-Artikolu 178 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ vot espress</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-astensjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar proposta li titlob lill-Kunsill jikkonstata, skont l-Artikolu 7(1) TUE, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>riżoluzzjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Riżoluzzjoni P8_TA-PROV (2018) 0340 [2017/2131(INL)).</P></NOTE>. Permezz tar-rikors preżenti, l-Ungerija qiegħda titlob l-annullament ta’ din ir-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-rikors iqajjem żewġ kwistjonijiet ta’ liġi ewlenin. L-ewwel, proposti motivati adottati skont l-Artikolu 7(1) TUE huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 269 TFUE? It-tieni, jekk dan ikun effettivament il-każ, kif għandhom jingħaddu l-astensjonijiet fil-Parlament sabiex jiġi kkonstatat jekk intlaħqitx il-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, kif meħtieġ mill-Artikolu 354 TFUE?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-Trattati tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 TUE jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.</ALINEA><ALINEA>Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.</ALINEA><ALINEA>L-obbligi ta’ l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’, sussegwentement, ibiddel jew iħassar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt il-paragrafu 3 minħabba tibdil fis-sitwazzjoni li tkun wasslet sabiex dawn ikunu ttieħdu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistħarreġ il-legalità tal-atti tal-Parlament Ewropew intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 269 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex tkun kompetenti li tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ħlief fuq talba ta’ l-Istat Membru suġġett għall-kostatazzjoni tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, u biss fir-rigward tad-dispożizzjonijiet proċedurali previsti f’dak l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>Din it-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ tali kostatazzjoni. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien xahar mid-data ta’ dik it-talba<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-regola ġenerali dwar il-votazzjoni fil-Parlament Ewropew, prevista fl-Artikolu 231 TFUE, tipprevedi li, jekk it-Trattati ma jipprovdux mod ieħor, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi b’maġġoranza tal-voti espressi. Ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiddeterminaw il-<HT TYPE="ITALIC">quorum</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 354 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija ma’ l-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat m’għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru konċernat ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz jew ta’ erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m’għandhomx iżommu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 7(3) u (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(b) ta’ dan it-Trattat.</ALINEA><ALINEA>Meta, wara deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-drittijiet ta’ vot adottata skond l-Artikolu 7(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jaġixxi, b’maġġoranza kwalifikata, abbażi ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati, din il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(b) ta’ dan it-Trattat, jew, meta l-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, skond l-Artikolu 238(3)(a).</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi bil-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Artikolu Uniku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tal-Protokoll Nru (24) dwar l-ażil għal ċittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Meta wieħed iqis l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fundamentali mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu reċiprokament pajjiżi ta’ oriġini ta’ sigurta’ għall-finijiet legali u prattiċi kollha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materji ta’ asil. Għalhekk, kull applikazzjoni għal asil magħmula minn ċittadin ta’ xi Stat Membru tista’ tiġi kkunsidrata jew dikjarata ammissibli għal proċessar minn Stat Membru ieħor biss f’dawn il-każijiet:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikunu ċittadin ikompli, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, billi jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jieħu miżuri li jidderogaw fit-territorju tiegħu mill-obbligi skond dik il-Konvenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tkun ġiet mibdija u sakemm il-Kunsill, jew jekk ikun il-każ il-Kunsill Ewropew, jieħu deċiżjoni dwarha fil-konfront ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jekk il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin jew jekk il-Kunsill Ewropew ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(2) ta’ l-imsemmi Trattat fir-rigward ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regoli ta’ Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Fil-verżjoni tagħhom applikabbli għal-leġiżlatura mill‑2014 sal‑2019, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat‑<DATE ISO="20161213">13 ta’ Diċembru 2016</DATE> dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.</P></NOTE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ksur ta’ prinċipji u valuri fundamentali minn Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Parlament jista’, abbażi ta’ rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 45 u 52:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skont l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skont l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skont l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe talba mill-Kunsill għal approvazzjoni ta’ proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 99. Ħlief fil-każ ta’ ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-kumitat responsabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Skont l-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-adozzjoni mill-Parlament ta’ deċiżjonijiet dwar proposti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirrikjedu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 178 tar-Regoli ta’ Proċedura, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>votazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="178.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala regola ġenerali, l-Parlament għandu jivvota b’turija tal-idejn.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-President jista’, fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li l-votazzjonijiet isiru permezz tas-sistema ta’ votazzjoni elettronika.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="178.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġi kkalkulat jekk test ġiex adottat jew micħud, għandhom jitqiesu biss il-voti mitfugħa favur u kontra, ħlief fejn f’dawk il-każijiet li għalihom it-Trattati jistipulaw maġġoranza speċifika.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 226(1), dwar l-applikazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, sakemm:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-President jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli biex tiġi eżaminata.</ALINEA><ALINEA>Il-presidenti tal-kumitati jistgħu jagħmlu dan meta jqum xi dubju ta’ dan it-tip waqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-kumitat u jkollu x’jaqsam miegħu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-konvenut<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) adotta riżoluzzjoni li titlob lill-Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs (il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kumitat LIBE<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) sabiex ifassal rapport speċjali intiż għat-teħid ta’ vot plenarju dwar proposta motivata li titlob lill-Kunsill jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) TUE fil-konfronti tal-Ungerija (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>P8 TA(2017)0216</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-Kumitat LIBE adotta r-rapport<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Rapport A8-0250/2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jikkonstata, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (2017/2131(INL)).</P></NOTE>, magħruf ukoll minn isem ir-relatur tiegħu bħala r-rapport Sargentini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180907">7 ta’ Settembru 2018</DATE>, fuq talba tal-President tal-Parlament Ewropew, is-Servizz Legali tal-Parlament issottometta lil dan tal-aħħar parir legali intiż li jikkjarifika r-regoli ta’ għadd tal-voti applikabbli għall-proċedura prevista fl-Artikolu 7(1) TUE, b’mod partikolari jekk l-astensjonijiet kellhomx jitqiesu bħala voti espressi sabiex jiġi ddeterminat jekk kinitx intlaħqet il-maġġoranza meħtieġa ta’ żewġ terzi tal-voti espressi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20180910">10 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-Rappreżentant Permanenti tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea nnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li, skont il-Gvern Ungeriż, l-astensjonijiet kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-okkażjoni tal-vot dwar ir-riżoluzzjoni kkontestata tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-istess jum, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Parlament informa lill-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Membri tal-Parlament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) permezz ta’ posta elettronika li kienu ser jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-voti favorevoli u dawk maħruġa kontra r-riżoluzzjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni kkontestata. Kien hemm 448 vot espress favur ir-riżoluzzjoni u 197 vot espress kienu kontra. Kien hemm 48 astensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din il-kawża, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-riżoluzzjoni kkontestata u li tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-konvenut jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors bħala manifestament inammissibbli, jew sussidjarjament bħala infondat, u tikkundanna lill-rikorrenti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, fuq talba tal-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat li jitneħħa mill-proċess il-parir tas-Servizz Legali tal-Parlament, li jinsab fl-Anness 5 tar-rikors. Hija ċaħdet ukoll it-talba tal-Ungerija għall-iżvelar ta’ dan id-dokument<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>L-Ungerija vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20190522">22 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Polonja (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>intervenjenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) tħalliet tintervjeni insostenn tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, il-konvenut u l-intervenjenti pparteċipaw fis-seduta li nżammet fid‑<DATE ISO="20200629">29 ta’ Ġunju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej. L-ewwel ser neżamina l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għal annullament. Fi ftit kliem, din il-kwistjoni teħtieġ li jiġi ddeterminat jekk proposti motivati li jagħtu bidu għall-proċedura tal-Artikolu 7 TUE jistgħux ikunu s-suġġett ta’ stħarriġ skont id-dispożizzjonijiet ordinarji tal-Artikolu 263 TFUE, u jekk l-Artikolu 269 TFUE jistax jaffettwa b’mod jew ieħor din il-proposta ġenerali (A). Imbagħad ser indur għall-merti tal-każ, billi niffoka b’mod partikolari fuq l-ewwel u t-tielet motiv: kif għandhom jiġu kkunsidrati l-astensjonijiet tal-Membri tal-Parlament sabiex jiġi aċċertat jekk ir-riżoluzzjoni kkontestata laħqitx il-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi meħtieġa mill-Artikolu 354 TFUE (B)? Peress li ma nsib xejn ħażin fl-interpretazzjoni tar-regoli rilevanti u l-prattika tal-Parlament Ewropew f’dan ir-rigward fil-kuntest ta’ dan il-każ, nipproponi li r-rikors jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-rikorrenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, ir-riżoluzzjoni kkontestata tista’ tiġi mistħarrġa taħt l-Artikolu 263 TFUE peress li tipproduċi effetti ġuridiċi u politiċi importanti minn tliet aspetti. L-ewwel, ir-riżoluzzjoni kkontestata mhux biss hija stigmatizzanti għall-Istat Membru kkonċernat, iżda tagħti wkoll il-possibbiltà għall-Kunsill li jagħmel konstatazzjoni li tikkonċerna lil dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(1) TUE. It-tieni, ir-riżoluzzjoni twassal għat-telf awtomatiku tal-istatus ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur fil-kawżi dwar l-ażil. It-tielet, din taffettwa l-eżekuzzjoni ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, bħall-mandati ta’ arrest Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti hija tal-fehma li r-riżoluzzjoni kkontestata tiffissa l-pożizzjoni definittiva tal-Parlament. L-involviment sussegwenti tal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, permezz tal-għoti tal-kunsens tiegħu lill-Kunsill sabiex jagħmel konstatazzjoni, huwa differenti mill-proposta inizjali tiegħu. Dan jikkonċerna att ieħor, adottat minn istituzzjoni oħra, li għandu kontenut u suġġett differenti. Il-proċedura tal-Artikolu 7 TUE<?PAGE NO="7"?> ma tistax tiġi pparagunata ma’ proċedura leġiżlattiva. Ir-riżoluzzjoni kkontestata għalhekk ma hijiex analoga għall-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. Il-proċedura tal-Artikolu 7 TUE hija proċedura ta’ sanzjoni unika li l-istadji kollha tagħha jipproduċu effetti ġuridiċi anki jekk l-istadju li jmiss ma jinbediex. Ma huwiex ċert jekk l-illegalità identifikata mir-riżoluzzjoni kkontestata tistax tiġi rrimedjata fi stadju iktar tard, peress li ma huwiex iggarantit li l-Kunsill finalment ser jadotta deċiżjoni dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tar-rikorrenti, l-Artikolu 269 TFUE ma jrendix inammissibbli r-rikors għall-annullament tar-riżoluzzjoni kkontestata. Din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-atti legali msemmija fiha. Għaldaqstant, ma hijiex applikabbli għar-riżoluzzjoni kkontestata. L-Artikolu 269 TFUE jinkludi eċċezzjoni għar-regoli ġenerali dwar it-tilwim u għandu, għaldaqstant, jiġi interpretat b’mod strett. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-emendi kostituzzjonali introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona, li fetaħ il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-oqsma kollha koperti mid-dritt tal-Unjoni. Kull stadju tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE għandu josserva d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, l-Artikolu 269 TFUE ma jistax jiġi interpretat bħala li jeżenta r-riżoluzzjoni kkontestata mill-istħarriġ ġudizzjarju, b’mod partikolari fil-qafas ta’ proċedura li hija intiża sabiex tipproteġi l-Istat tad-dritt, tal-inqas fir-rigward tar-regoli ta’ kompetenza u ta’ proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-konvenut</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont il-konvenut, ir-rikors għal annullament kontra r-riżoluzzjoni kontenzjuża huwa inammissibbli. Huwa jsostni li l-Artikolu 269 TFUE, li huwa <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> fir-rigward tal-Artikolu 263 TFUE, il-<HT TYPE="ITALIC">lex generalis</HT>, huwa applikabbli f’dan il-każ. L-Artikolu 269 TFUE huwa wieħed minn numru ta’ dispożizzjonijiet oħra li jillimitaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’oqsma speċjali. Huwa jipprekludi l-istħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-riżoluzzjoni kkontestata. L-awturi tat-Trattati ma kellhomx l-intenzjoni li jkun hemm stħarriġ ġudizzjarju wiesa’ għall-atti li jappartjenu għall-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-proċedura taħt l-Artikolu 7 TUE tikkostitwixxi salvagwardja politika straordinarja, li hija ampjament iżolata mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fost l-atti differenti li jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 7 TUE, hija biss il-konstatazzjoni magħmulha mill-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 269 TFUE. B’mod partikolari, ikun illoġiku li jkun hemm stħarriġ ġudizzjarju sħiħ tal-atti preparatorji skont l-Artikolu 263 TFUE filwaqt li l-konstatazzjonijiet huma suġġetti għal stħarriġ limitat skont l-Artikolu 269 TFUE. Dan ifisser li d-dibattitu politiku li għandu jsir fi ħdan il-Kunsill iseħħ imbagħad fl-awla. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina l-allegati irregolaritajiet proċedurali mwettqa fl-adozzjoni ta’ att, bħar-riżoluzzjoni kkontestata, iżda fi stadju ulterjuri waqt l-istħarriġ ġudizzjarju tal-konstatazzjoni magħmula mill-Kunsill jew mill-Kunsill Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tadotta approċċ differenti, il-konvenut jibqa’ tal-fehma li r-riżoluzzjoni kkontestata ma tistax tiġi kkontestata minħabba n-nuqqas ta’ effetti ġuridiċi tagħha. L-ewwel, ir-riżoluzzjoni ma twassal għal ebda bidla fis-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti. Il-Kunsill huwa totalment liberu li jsegwi jew li ma jsegwix il-proposta tal-Parlament. It-tieni, anki kieku r-riżoluzzjoni kkontestata kellha taffettwa l-possibbiltà għaċ-ċittadini Ungeriżi li jippreżentaw applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru ieħor, dan ma għandux jiddetermina l-kontenut tad-deċiżjoni finali li dak l-Istat Membru jieħu f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, ir-riżoluzzjoni kkontestata hija miżura intermedja immuni minn kontestazzjoni ġudizzjarja. Hija<?PAGE NO="8"?> ma tinkludix il-pożizzjoni finali tal-Parlament peress li dan tal-aħħar għandu japprova d-deċiżjoni magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 7 TUE fi stadju ulterjuri tal-proċedura. Din hija paragunabbli mal-proposti tal-Kummissjoni fi ħdan il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-intervenjenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-intervenjenti ssostni li t-talba għal stħarriġ ġudizzjarju tar-riżoluzzjoni kkontestata hija ammissibbli skont l-Artikolu 263 TFUE. Dan l-att ma huwiex att preparatorju għall-konstatazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(1) TUE. Għalhekk, l-irregolaritajiet proċedurali li allegatament jivvizzjaw l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni kkontestata ma jistgħux jiġu invokati iktar tard insostenn ta’ allegazzjonijiet li l-Kunsill kiser ir-rekwiżiti proċedurali billi għamel il-konstatazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 7(1) TUE. Il-proposta motivata tal-Parlament skont l-Artikolu 7(1) TUE ma tistax tiġi mqabbla ma’ proposti tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv. Fil-kuntest ta’ dan l-aħħar proċess, il-proposti tal-Kummissjoni jillimitaw is-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill. Dan ma huwiex il-każ għall-proposti motivati tal-Parlament skont l-Artikolu 7 TUE. In-natura awtonoma tal-proposti motivati hija kkonfermata mill-fatt li l-Parlament huwa wkoll involut fi stadju ulterjuri tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li r-riżoluzzjoni kkontestata tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE ma hija kuntrarja la għall-interpretazzjoni storika u lanqas għall-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 269 TFUE. B’differenza mill-ex Artikolu 46 TUE, l-Artikolu 269 TFUE ma jillimitax il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għal lista magħluqa ta’ atti. L-għan tal-Artikolu 269 TFUE huwa li jillimita l-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti ta’ diskrezzjoni politikament sinjifikattivi biss, bħall-konstatazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) TUE. L-atti l-oħra adottati skont l-Artikolu 7 TUE jistgħu għalhekk jiġu mistħarrġa skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proposti motivati, dawn ma jistgħux ikunu immuni mill-istħarriġ ġudizzjarju, tal-inqas fir-rigward tal-osservanza tar-regoli proċedurali, fid-dawl tal-effetti politiċi u legali sinjifikattivi tagħhom. In-nuqqas ta’ limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti negattivi tal-proposti motivati jiġġustifika wkoll stħarriġ ġudizzjarju. Fil-każ fejn proposti motivati jkunu esklużi mill-istħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE, atti oħra, bħad-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 7(3) TUE, li jissospendu d-drittijiet ta’ Stat Membru, ukoll ma jkunux jistgħu jiġu mistħarrġa. L-għan tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, li huwa li jinkoraġġixxi lill-Istati Membri josservaw il-valuri tal-Unjoni, ikun kompletament kompromess jekk il-miżuri intiżi sabiex jintlaħaq dan l-għan ikunu jistgħu huma stess jheddu drittijiet individwali, inklużi dawk li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-punt tat-tluq: Sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Unjoni Ewropea hija unjoni bbażata fuq l-Istat tad-dritt li fiha l-atti tal-istituzzjonijiet tagħha huma suġġetti għal stħarriġ tal-konformità tagħhom, b’mod partikolari, mat-Trattati, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑336/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:386">EU:C:2012:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:335">EU:C:2018:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għal dan il-għan, it-TFUE stabbilixxa sistema kompluta ta’ rimedji legali u proċeduri mfassla biex jiżguraw stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-Unjoni, u fdat tali eżami lill-qrati tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:177">EU:C:2018:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>BĊE <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Trasta Komercbanka <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑663/17 P, C‑665/17 P u C‑669/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:923">EU:C:2019:923</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Naturalment, tali sistema sħiħa ta’ rimedji hija għad-dispożizzjoni ta’ kull rikorrent, kemm jekk ikun individwu, istituzzjoni jew Stat Membru. Għalhekk, l-<HT TYPE="ITALIC">Istati Membri</HT> jistgħu jinvokaw ukoll, għall-benefiċċju tagħhom stess, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, bħala rikorrent privileġġjat, Stat Membru ma għandux għalfejn jipprova interess dirett u individwali. Kulma Stat Membru għandu bżonn li jistabbilixxi sabiex ir-rikors tiegħu jkun ammissibbli skont l-Artikolu 263 TFUE huwa, bħala prinċipju, li att – f’dan il-każ wieħed tal-Parlament – kien intiż li jipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward ta’ terzi. Għalhekk, Stat Membru jista’ jikkontesta att tal-Unjoni anki jekk dak l-att ma jipproduċix effetti ġuridiċi speċifikament fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, pereżempju, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:638">EU:C:2001:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ sistema sħiħa ta’ rimedji għandha konsegwenza importanti. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Qorti tal-Ġustizzja tgawdi minn ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">awtomatika</HT> fir-rigward tal-atti kollha adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-inqas dawk li huma intiżi li jipproduċu effetti ġuridiċi. Minn dan isegwi li huwa biss meta t-Trattati jipprevedu esklużjonijiet espressi li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni. Pereżempju, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE u l-Artikolu 276 TFUE jipprevedu tali esklużjonijiet, f’dak li jirrigwarda, rispettivament, il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u l-operazzjonijiet ta’ dritt u ordni mwettqa fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, anki f’dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja insistiet fuq il-fatt li l-Artikolu 19 TUE jagħti ġurisdizzjoni ġenerali lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiżgura, fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tat-Trattati, l-osservanza tad-dritt. Għaldaqstant, kull deroga għal din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, pereżempju, fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑658/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2025">EU:C:2014:2025</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>H vs Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑455/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:569">EU:C:2016:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SatCen vs KF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal eżami fil-fond tal-ambitu tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SatCen vs KF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:220">EU:C:2020:220</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-qosor, skont it-Trattat ta’ Lisbona, ir-regola awtomatika hija sempliċi mingħajr kompromessi: sakemm it-Trattat ma jeskludihiex b’mod ċar u espress, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni fuq l-atti kollha tal-Unjoni. Barra minn hekk, tali esklużjoni espressa għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 7 TUE u atti adottati fil-qafas tiegħu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 TUE, inizjalment enumerat Artikolu F.1 TUE, daħal fis-seħħ bħala riżultat tat-Trattat ta’ Amsterdam fl‑1997. L-Artikolu 7(1) TUE jikkostitwixxi fażi inizjali tal-proċedura fil-każ ta’ riskju evidenti ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. L-Artikolu 7(2) TUE jirregola l-fażi segwenti li fiha jista’ jiġi stabbilit ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. L-Artikolu 7(3) TUE finalment jipprevedi l-ħruġ ta’ sanzjonijiet kontra l-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għal kull wieħed minn dawn l-istadji, l-Artikolu 7 TUE jipprovdi għall-adozzjoni ta’ numru ta’ atti ġuridiċi mill-istituzzjoni(jiet) ikkonċernati. L-ewwel, Artikolu 7(1) TUE huwa mniedi bi <HT TYPE="ITALIC">proposta motivata</HT> li toriġina jew minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni li tistieden lill-Kunsill jaġixxi. It-tieni, il-Kunsill jista’ mbagħad jagħmel <HT TYPE="ITALIC">rakkomandazzjonijiet</HT> lill-Istat Membru kkonċernat. It-tielet, il-Kunsill jista’ jagħmel <HT TYPE="ITALIC">konstatazzjoni</HT> li hemm riskju ċar ta’ ksur serju, minn dan l-Istat Membru, tal-valuri tal-Artikolu 2 TUE, bla ħsara għall-<HT TYPE="ITALIC">kunsens</HT> tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) TUE jsegwi fil-parti l-kbira tiegħu l-istess mudell (għalkemm bi ftit differenzi żgħar), iżda jwassal sabiex jiġi kkonstatat li ksur diġà jeżisti. Fuq proposta ta’ terz tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew jista’ <HT TYPE="ITALIC">jikkonstata</HT> l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE. Il-Parlament għandu jagħti l-<HT TYPE="ITALIC">kunsens</HT> tiegħu u l-Istat Membru kkonċernat huwa mistieden jippreżenta osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 7(3) TUE jista’ jitqies bħala l-qofol taż-żewġ stadji preċedenti, li finalment jippermetti l-adozzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni</HT> għal sospensjoni ta’ ċerti drittijiet tal-Istat Membru kkonċernat, inklużi d-drittijiet ta’ vot tiegħu. L-Artikolu 7(4) TUE jikkomplimenta dan, billi jippermetti l-adozzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni</HT> sabiex jiġu emendati jew sussegwentement irtirati l-miżuri ta’ sospensjoni b’reazzjoni għal bidla fis-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, minbarra l-proposti motivati tal-Artikolu 7(1) TUE, firxa wiesgħa ta’ atti legali tista’ tiġi adottata mill-istituzzjonijiet skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE qabel ma potenzjalment twassal għall-adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri ta’ sanzjoni skont l-Artikolu 7(3) TUE. Huwa pjuttost ċar, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE ma hija la eżerċizzju rapidu u lanqas sempliċi; iżda hemm ċerta loġika għall-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, il-kaskati individwali tad-deċiżjonijiet isegwu mudell partikolari li huwa rifless ukoll fit-terminoloġija magħżula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 269 TFUE: klawżola li teskludi l-ġurisdizzjoni?</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-Artikolu 269 TFUE, li, flimkien mal-Artikolu 263 TFUE, huwa fil-qalba ta’ dan ir-rikors għal annullament, kif jidħol fis-sistema sħiħa ta’ rimedji ġudizzjarji tal-Unjoni fir-rigward tal-proċedura speċifika tal-Artikolu 7 TUE deskritta iktar ’il fuq? Huwa, kif issostni l-konvenuta, <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> li tapplika matul il-proċedura kollha prevista fl-Artikolu 7 TUE u teskludi l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ kull att adottat fil-kuntest ta’ din il-proċedura, bl-eċċezzjoni tal-atti espressament stabbiliti fl-Artikolu 269 TFUE? Jew pjuttost huwa, kif isostnu r-rikorrenti u l-intervenjenti, eċċezzjoni għar-regoli ordinarji tat-tilwim li jiggarantixxu biss tip ta’ eżami speċifiku għal din l-aħħar kategorija ta’ atti, mingħajr ma jipprekludi l-istħarriġ ta’ atti oħra adottati skont l-Artikolu 7 TUE?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>It-test (1), il-kuntest storiku (2), u fuq kollox is-sistema u l-loġika (3) tal-Artikolu 269 TFUE, iwassluni għall-konklużjoni li din id-dispożizzjoni ma hijiex, fil-fatt, klawżola ta’ esklużjoni ta’ ġurisdizzjoni. Fi ħdan is-sistema u l-loġika għal <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> skont l-Artikolu 263 TFUE, speċjalment fid-dawl tal-esklużjoni ta’ atti preparatorji minn stħarriġ ġudizzjarju, l-effett tal-Artikolu 269 TFUE huwa pjuttost l-oppost: li jikkonferma espressament u għalhekk li jattribwixxi (għalkemm fil-fatt limitat) ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ atti (konstatazzjonijiet magħmula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill) li jistgħu jkunu, li kieku japplikaw regoli normali, esklużi. Għalhekk, l-Artikolu 269 TFUE <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> jirregolax – u lanqas, konsegwentement, ma jipprekludi – il-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra atti <HT TYPE="ITALIC">oħra</HT> skont l-Artikolu 7 TUE, jiġifieri dawk li ma humiex imsemmija fl-Artikolu 269 TFUE, inkluża l-proposta motivata tal-Parlament skont l-Artikolu 7(1) TUE. Għal dawn l-atti, japplikaw ir-regoli normali skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Test</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 269 TFUE tirreferi għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 7 TUE<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Minbarra din il-limitazzjoni istituzzjonali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, dan l-istħarriġ huwa wkoll limitat b’żewġ modi oħra: l-ewwel, fir-rigward tar-rikorrent potenzjali (talbiet għal stħarriġ ġudizzjarju jistgħu jitressqu biss mill-Istat Membru kkonċernat) u t-tieni, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-eżami (limitat għall-kwistjonijiet proċedurali sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba teżamina biss l-osservanza tal-istipulazzjonijiet proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 7 TUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ambitu <HT TYPE="ITALIC">pożittiv</HT> eżatt tal-Artikolu 269 TFUE, it-tipi ta’ atti inklużi taħt din id-dispożizzjoni jkopru, mal-ewwel qari, varjetà pjuttost wiesgħa – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu 7 [TUE]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għalhekk, l-Artikolu 269 TFUE jista’, fuq il-bażi tal-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi <HT TYPE="ITALIC">kull</HT> att ta’ kwalunkwe istituzzjoni adottat skont il-proċedura tal-Artikolu 7 TUE: mhux biss il-konstatazzjonijiet (skont l-Artikolu 7(1) u 7(2) TUE) u r-rakkomandazzjonijiet (skont l-Artikolu 7(1) TUE), iżda wkoll atti mhux espressament imsemmija fl-Artikolu 7 TUE li jistgħu jiġu adottati jew mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-qari flimkien tal-ewwel u tat-tieni sentenzi tal-Artikolu 269 TFUE, jirriżulta pjuttost ċar li l-Artikolu 269 TFUE japplika biss għall-<HT TYPE="ITALIC">konstatazzjonijiet</HT> tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni teżiġi wkoll li talba għal stħarriġ ġudizzjarju titressaq mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Istat Membru kkonċernat b’<HT TYPE="ITALIC">kostatazzjoni</HT> […] fi żmien xahar mid-data ta’ dik it-talba<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kuntrarjament, f’dak li jikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">negattiv</HT> tal-Artikolu 269 TFUE, ċertament fir-rigward tat-test tiegħu, atti oħra potenzjalment adottati skont l-Artikolu 7 TUE, <HT TYPE="ITALIC">minbarra l-konstatazzjonijiet</HT>, adottati minn istituzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">oħra minbarra l-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill</HT>, sempliċement ma humiex koperti mill-Artikolu 269 TFUE. Għalhekk, l-Artikolu 269 TFUE ma jgħid xejn dwar l-atti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni li jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 7 TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest storiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-attwali tal-Artikolu 269 TFUE tirrifletti fil-parti l-kbira l-Artikolu III-371 oriġinali tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Madankollu, jidher li ma hemmx diskussjoni speċifika ta’ din id-dispożizzjoni partikolari fix-xogħol preparatorju<?PAGE NO="12"?> tal-Konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>B’mod partikolari, iċ-Ċirku ta’ Diskussjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja indirizza biss l-esklużjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (CONV 689/1/03 REV 1).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ġie diskuss parallel storiku ieħor bejn il-partijiet, u b’mod partikolari invokat mill-konvenut, sabiex isostni l-argument li l-attwali Artikolu 269 TFUE kien intiż li jeskludi mill-istħarriġ ġudizzjarju l-proċedura kollha tal-Artikolu 7 TUE. Dan jikkonċerna l-predeċessur tal-Artikolu 269 TFUE, ex Artikolu 46(e) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Skont it-Trattat ta’ Nice, l-ex Artikolu 46(e) TUE kien jipprovdi dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Id-disposizzjonijiet tat-[Trattati] li jirrigwardaw il-kompetenzi tal-Qorti ta’ Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u l-eżerċizzju ta’ dawk il-kompetenzi għandhom japplikaw biss għad-disposizzjonijiet li ġejjin […] id-disposizzjonijiet unikament proċedurali ta’ l-Artikolu 7 [TUE], meta il-Qorti taġixxi fuq talba ta’ l-l-Stat Membru konċernat fi żmien xahar mid-data tal-konstatazzjoni tal-Kunsill kif provdut f’dan l-Artikolu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, il-formulazzjoni ta’ dak l-artikolu għandha ċertu xebh ma’ dak tal-Artikolu 269 TFUE. Iż-żewġ dispożizzjonijiet jillimitaw l-istħarriġ ġudizzjarju għall-istipulazzjonijiet proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 7 TUE. Iż-żewġ dispożizzjonijiet jeħtieġu li dan l-istħarriġ isir, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, fi żmien xahar mid-data ta’ konstatazzjoni. Madankollu, ix-xebh jieqaf hemm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ewwel, fuq il-livell testwali, l-unika karatteristika ċara li tirriżulta mill-kontenut tal-ex Artikolu 46(e) TUE hija li, taħt l-Artikolu 7 TUE, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet teżerċita s-setgħat tagħha (b’hekk, b’mod partikolari, is-setgħat tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju u ta’ annullament skont il-predeċessur tal-Artikolu 263 TFUE) f’dak li jirrigwarda biss l-istipulazzjonijiet purament proċedurali fl-Artikolu 7 TUE. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-ex Artikolu 46(e) TUE ma kienx ċar kristall peress li ma jippreċiżax <HT TYPE="ITALIC">għal liema atti</HT> japplika <HT TYPE="ITALIC">eżattament</HT> u jekk atti minbarra l-konstatazzjonijiet setgħux jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni (u jkunu suġġetti għat-tip ta’ stħarriġ previst fiha). B’kuntrast, kif indikat iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punti 45 sa 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 269 TFUE ma huwiex biss iktar strett, iżda huwa wkoll iktar ċar minn dak tal-ex Artikolu 46(e) TUE. Kuntrarjament għal dan tal-aħħar, l-Artikolu 269 TFUE ma jindika <HT TYPE="ITALIC">xejn</HT> dwar l-eventwali stħarriġ (jew ta’ nuqqas ta’ stħarriġ), taħt bażi oħra ta’ ġurisdizzjoni bħall-Artikolu 263 TFUE, ta’ tipi <HT TYPE="ITALIC">oħra</HT> ta’ atti adottati taħt l-Artikolu 7 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>It-tieni, ir-raġunament li kien il-bażi għall-ex Artikolu 46 TUE <HT TYPE="ITALIC">fl-intier tiegħu</HT>, li inizjalment ġie inkluż fit-Trattat ta’ Maastricht flimkien mal-ħolqien tal-<HT TYPE="ITALIC">Unjoni</HT> Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>L-ex Artikolu L TUE.</P></NOTE>, huwa assenti mit-Trattat ta’ Lisbona. Dan l-artikolu kien relatat mill-qrib mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>istruttura tal-pilastri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>: huwa stabbilixxa l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u llimitaha fir-rigward tal-kwistjonijiet intergovernamentali li qabel kienu rregolati mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’hekk ipprovda għal numru ta’ eċċezzjonijiet għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Mhux biss fir-rigward tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, iżda, b’mod partikolari, fir-rigward tat-tieni u t-tielet pilastru mhux Komunitarji (il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni).</P></NOTE>. Dak iż-żmien, in-natura speċifika tal-<HT TYPE="ITALIC">Unjoni</HT> Ewropea, għall-kuntrarju tal-<HT TYPE="ITALIC">Komunità</HT> Ewropea, kienet teħtieġ ġurisdizzjoni limitata tal-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet, bħall-proċedura tal-Artikolu 7, li kienet taqa’ barra mill-pilastru tal-Komunità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona ġab bidla fil-paradigma, li rrenda inutli kull diskussjoni dwar ix-xebh testwali possibbli bejn dak li llum huwa l-Artikolu 269 TFUE u l-ex Artikolu 46(e) TUE inutli. L-Artikolu 269 TFUE ma jistax sempliċement jiġi kkunsidrat bħala sempliċi suċċessur tal-ex Artikolu 46(e) TUE, billi potenzjalment jassumi l-kamp ta’ applikazzjoni, l-għan u l-ispirtu tiegħu, peress li l-pedamenti kollha li kien iserraħ fuqhom qabel l-ex Artikolu 46 TUE sparixxew. Għalhekk, ma għadx hemm dispożizzjoni ġenerali li telenka d-diversi kapijiet meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda l-istruttura tal-pilastru. Minflok, it-Trattat ta’ Lisbona introduċa regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali, li għaliha japplikaw biss esklużjonijiet speċifiċi u elenkati b’mod konkret<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, iktar ’il fuq, il-punt 37 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-qosor, l-argument ibbażat fuq l-ex Artikolu 46 TUE u dak li qabel kien il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ esklużjoni parallela ftit li xejn għandu x’jaqsam. Fil-fatt, fi kwalunkwe każ, dan jista’ jkun argument b’paragun, iżda ċertament mhux b’analoġija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sistema</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hemm argumenti sistemiċi li jispjegaw għaliex l-Artikolu 269 TFUE ma jistax jiġi interpretat bħala li jeskludi xi ħaġa mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-dispożizzjoni pjuttost tagħti b’mod pożittiv il-ġurisdizzjoni billi tinkludi espressament xi ħaġa oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-ewwel, l-Artikolu 269 TFUE ma jinsabx fost l-eċċezzjonijiet għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Parti Sitta, Titolu I, Kapitolu 1, Taqsima 5 tat-TFUE, ħdejn l-Artikoli 274, 275 u 276 TFUE. Minflok, l-Artikolu 269 TFUE jinsab fost id-dispożizzjonijiet li jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja: jiġi <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-Artikolu 268 TFUE (li jagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni), u <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> l-Artikolu 270 TFUE (li jattribwixxi kompetenza lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ tilwimiet bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>It-tieni, din il-pożizzjoni sistemika hija kkonfermata wkoll meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-lingwa użata. Kuntrarjament għall-formulazzjoni użata fl-esklużjonijiet veri (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>il-Qorti tal-Ġustizzja […] ma għandhiex ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fl-Artikolu 275 TFUE jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandiex tkun kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tinsab fl-Artikolu 276 TFUE), l-Artikolu 269 TFUE huwa dispożizzjoni li, b’mod pożittiv, tagħti ġurisdizzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Artikolu 269 TFUE huwa miktub bħala klawżola ta’ awtorizzazzjoni fil-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi, pereżempju bil-lingwa Ċeka, Ġermaniża, Spanjola, Ingliża jew Taljana. Għalkemm huwa redatt f’termini negattivi, (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>la Cour de justice n’est compétente … que …<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>), il-verżjoni Franċiża bl-ebda mod ma tissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni għal atti li ma humiex dawk adottati mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill. Il-formulazzjoni tiegħu sempliċement jagħmilha ċara li l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ dawn l-atti tal-aħħar għandu jiġi eżerċitat bil-mod speċifiku u limitat stabbilit fl-Artikolu 269 TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tielet u l-iktar importanti, dan iqajjem il-mistoqsija: għaliex imbagħad kien neċessarju li tingħata pożittivament, jew saħansitra li tiġi kkonfermata, il-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-konstatazzjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew adottati skont l-Artikolu 7(1) jew (7(2) TUE, filwaqt li jiġi llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-ġurisdizzjoni?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din il-konferma espliċita kienet meħtieġa preċiżament minħabba l-ġurisprudenza iktar tradizzjonali rigward il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> u tal-aċċess għall-istħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE. Skont din il-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Diskussi preċiżament f’dan il-kuntest iktar tard, fil-punti 82 sa 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-konstatazzjonijiet skont l-Artikolu 7(1) u (7)(2) TUE jistgħu jitqiesu bħala miżuri preparatorji għad-deċiżjoni finali ta’<?PAGE NO="14"?> sospensjoni skont l-Artikolu 7(3) TUE. Fuq din il-bażi, huma jistgħu jidhru li huma esklużi mill-istħarriġ ġudizzjarju. Għalhekk, sabiex titneħħa kwalunkwe tali inċertezza, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fiż-żona politika sensittiva fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirriskja, awtomatikament, li turi ċerta retiċenza fl-eżerċizzju tal-istħarriġ tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar l-intensità dipendenti fuq iż-żona tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, pereżempju, fir-rigward ta’ tip ieħor ta’ att politiku tal-Parlament Ewropew, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schönberger vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2423">EU:C:2014:2423</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Parlament kellu diskrezzjoni wiesgħa, ta’ natura politika, fir-rigward tal-mod dwar kif għandha tiġi ttrattata din il-petizzjoni. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward ma kinitx suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju.</P></NOTE>, ikun raġonevoli li jiġi previst b’mod ċar għal stħarriġ limitat tal-atti li ġew magħżula bħala dawk li għandhom fi kwalunkwe każ ikunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>B’hekk, ikkunsidrat f’termini daqstant sistemiċi, l-Artikolu 269 TFUE huwa ċertament tip ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, iżda differenti ħafna minn dak issuġġerit mill-konvenut. Din ma hijiex, u loġikament ma tistax tkun, esklużjoni ċara u ġeneralizzata mill-istħarriġ ġudizzjarju ta’ kull att li ma huwiex espressament imsemmi f’dan l-artikolu, iżda madankollu adottat skont l-Artikolu 7 TUE. Din hija konferma jew attribuzzjoni speċjali ta’ ġurisdizzjoni f’dak li jikkonċerna tipi ta’ atti speċifiċi li huma msemmija fiha u li probabbilment kienu jiġu esklużi. Madankollu dan ifisser ukoll li l-atti li ma humiex espressament imsemmija f’din id-dispożizzjoni ma humiex irregolati minn dik id-dispożizzjoni u jaqgħu taħt ir-regoli ġenerali tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Loġika ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Hemm argument sistemiku addizzjonali li ta’ min wieħed isemmih. Dan jirrigwarda l-konsegwenzi (il)loġiċi twassal li għalihom l-interpretazzjoni proposta mill-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Jekk jiġi preżunt li l-konvenut huwa korrett u li l-kontenut tal-Artikolu 269 TFUE għandu jinqara, kontra l-formulazzjoni, il-kuntest u l-loġika sistemika tiegħu, bħala li jindika, essenzjalment, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti sabiex tistħarreġ l-atti adottati skont l-Artikolu 7 TUE, bl-eċċezzjoni ta’ konstatazzjonijiet magħmula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Il-kwistjoni loġika li tqum sussegwentement hija x’jiġri mbagħad mill-istħarriġ ġudizzjarju ta’ eventwali deċiżjonijiet ta’ sospensjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 7(3) TUE?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-konvenut ikkonferma li fil-fehma tiegħu, kull att adottat skont l-Artikolu 7 TUE, minbarra l-konstatazzjonijiet, ikun immuni mill-istħarriġ ġudizzjarju, inklużi d-deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet meħuda mill-Kunsill taħt l-Artikolu 7(3) TUE. Il-konvenut essenzjalment sostna li, jekk l-Istat Membru kkonċernat jiġi awtorizzat, skont l-Artikolu 269 TFUE, li jikkontesta l-konstatazzjonijiet, inkluża konstatazzjoni tal-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 7(2) TUE, kull illegalità eventwali għandha tiġi stabbilita f’dan l-istadju. Jekk konstatazzjoni skont l-Artikolu 7(2) TUE tiġi annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ebda deċiżjoni ta’ sospensjoni ma tista’ tittieħed skont l-Artikolu 7(3) TUE. Jekk il-konstatazzjoni ma tiġix annullata, allura tipprovdi bażi legali solida għal deċiżjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 7(3) TUE, peress li essenzjalment din tal-aħħar tkun deċiżjoni politika, li ma tistax tiġi kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tali interpretazzjoni hija insostenibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-ewwel, għandu jerġa’ jitfakkar li l-Unjoni Ewropea hija Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bbażata fuq l-Istat ta’ dritt, b’tali mod li <HT TYPE="ITALIC">la l-Istati Membri tagħha u lanqas l-istituzzjonijiet tagħha</HT> ma jistgħu jevitaw stħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mal-karta kostituzzjonali fundamentali, it-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Les Verts vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>294/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/05 P u C‑415/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0281">281</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi tiegħi.</P></NOTE>. L-Artikolu 7 TUE stabbilixxa proċedura speċifikament iddedikata sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-Istat tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">mill-Istati Membri</HT>. Il-protezzjoni ġudizzjarja hija waħda mill-iżjed prinċipji importanti tal-Istat tad-dritt. Kif fakkret reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-Artikolu 2 TUE, l-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv intiż sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni hija inerenti fl-eżistenza ta’ Stat tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>H vs Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑455/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:569">EU:C:2016:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li kkonfermaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja <HT TYPE="ITALIC">minkejja</HT> l-Artikolu 275(1) TFUE.</P></NOTE>. Dan l-argument strutturali huwa partikolarment importanti fil-kuntest tal-Artikolu 7(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>It-tieni, ikun illoġiku li jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju limitat, skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 269 TFUE kif proposta mill-konvenut, konstatazzjonijiet li jistgħu jitqiesu bħala atti preparatorji għal sospensjoni tad-drittijiet, iżda jiġi rtirat minn kull stħarriġ l-att finali (pereżempju deċiżjoni ta’ sospensjoni stess). Barra minn hekk, b’kuntrast mal-istadji preċedenti fil-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, id-diskrezzjoni (politika) tal-Kunsill fil-fatt hija espressament limitata permezz tat-Trattat f’dak l-istadju speċifiku: bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tiegħu (u billi jagħżel fil-fatt liema drittijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati minbarra d-drittijiet tal-vot fil-Kunsill), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi possibbli ta’ tali sospensjoni fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-istadji fejn il-Kunsill għandu, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, diskrezzjoni politika illimitata, id-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jiġu mistħarrġa. Iżda mbagħad, meta d-diskrezzjoni tal-Kunsill issir limitata u jibda jkollha impatt reali, ma jkunx hemm stħarriġ. Dan idawwar il-loġika kollha (normalment applikabbli) tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ taħt fuq: l-atti preparatorji (fil-forma ta’ konstatazzjonijiet) (fil-fatt, essenzjalment politiċi) jkunu jistgħu jiġu mistħarrġa, iżda mhux id-deċiżjoni(jiet) finali (pjuttost ta’ kontenut iktar legali), li jistgħu effettivament ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jaffettwaw<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> lil terzi u huma suġġetti għal ċerti kriterji sostantivi lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet politiċi, ma jkunux jistgħux jiġu mistħarrġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>It-tielet, huwa pjuttost ċar li d-deċiżjonijiet tal-Artikolu 7(3) TUE huma, min-naħa tagħhom, atti ġuridiċi definittivi, li jistgħu jipproduċu effetti ġuridiċi mhux biss għall-Istat Membru kkonċernat, iżda wkoll għal terzi, individwi, espressament imsemmija f’din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 7(3) TUE jħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ lill-Kunsill sabiex jiddeċiedi liema drittijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu sospiżi, kif dan għandu jsir u sa fejn. Mill-ġdid, mingħajr ma wieħed jassumi l-mod li bih, u lanqas sa fejn jista’ jsir tali stħarriġ imniedi individwalment, ikun fil-fatt pjuttost stramb jekk, pereżempju, l-iffriżar tal-assi u ta’ miżuri restrittivi oħra meħuda fil-konfront ta’ individwu jkunu suġġetti għal stħarriġ skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, iżda deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7(3) TUE, li jistgħu finalment iwasslu għal effetti ġuridiċi daqstant sfavorevoli jew importanti għal individwi, ma jkunux jistgħu jiġu mistħarrġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Ċertament naqbel fuq il-fatt li, kif sostna il-konvenut fis-seduta, din il-kawża preżenti ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni meħuda taħt l-Artikolu 7(3) TUE. Madankollu, dan il-punt jgħin sabiex jiġi enfasizzat li l-pożizzjoni globali tal-konvenut fir-rigward tal-interpretazzjoni proposta tal-Artikolu 269 TFUE hija infondata. F’dan<?PAGE NO="16"?> ir-rigward, id-destin kemm tal-atti tal-Artikolu 7(1) TUE adottati <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> konstatazzjoni skont din id-dispożizzjoni u kull att ulterjuri adottat <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> konstatazzjoni abbażi tal-Artikolu 7(2) TUE, kif ukoll tal-loġika ġenerali tal-Artikolu 7 TUE, għandu jipprevedi tal-inqas ċertu livell ta’ totalità koerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, l-istess loġika għandha tapplika għar-relazzjoni bejn l-Artikolu 269 u l-Artikolu 263 TFUE, li għandha għalhekk tapplika wkoll għall-Artikolu 7 TUE <HT TYPE="ITALIC">kollu kemm hu</HT>. Sabiex wieħed jasal għal din il-konklużjoni, ma hemmx bżonn li jittieħdu passi awdaċi sabiex jiġu stabbiliti rimedji ġodda, kif is-sentenza Les Verts vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Les Verts</HT> vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>294/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, invokata diversi drabi mir-rikorrenti u l-intervenjenti, tista’ timplika. F’dan il-każ huwa biżżejjed li wieħed sempliċement ma jaqax għal-loġika ta’ kompartimentalizzazzjoni għall-aċċess għall-istħarriġ sostnuta mill-konvenut, li effettivament ikun ifisser li l-Artikolu 7 TUE jinqasam, f’termini ta’ aċċess għall-istħarriġ ġudizzjarju, fi ċrieki skollegati rregolati minn regoli differenti, jew saħansitra mingħajr ebda regoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni proviżorja: Artikolu 269 TFUE bħala klawżola li tagħti (tip speċifiku ta’) ġurisdizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ interpretazzjoni testwali, storika, sistemika u loġika, nissuġġerixxi li l-Artikolu 269 TFUE jiċċara u jirregola l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biss sa fejn jirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju tal-<HT TYPE="ITALIC">konstatazzjonijiet</HT>. Kull att ieħor adottat skont l-Artikolu 7 TUE u mhux espressament imsemmi fl-Artikolu 269 TFUE jaqa’ taħt is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju ordinarju, jiġifieri l-Artikolu 263 TFUE, u għandu jiġi eżaminat konsegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Qabel ma nwettaq tali eżami fil-kuntest speċifiku ta’ din il-proposta motivata inkwistjoni taħt l-Artikolu 7(1) TUE, nixtieq nikkonkludi permezz ta’ diversi punti ġenerali dwar għalfejn ma huwiex probabbli li tali konklużjoni twassal li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun f’daqqa waħda miżgħuda b’każijiet kompletament politiċi, fejn kull proċedura tal-Artikolu 7 TUE titwassal għal waqfien effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-ewwel, skont l-Artikolu 263 TFUE, diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>atti oħra<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> mhux imsemmija fl-Artikolu 269 TFUE huma probabbli li jitqiesu bħala atti preparatorji fis-sens tal-ġurisprudenza klassika dwar l-Artikolu 263 TFUE. Għaldaqstant, dawn l-atti huma esklużi għal kollox mill-istħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>It-tieni, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkontestati dawn l-atti, sakemm dawn ma jkunux biss atti preparatorji, kull rikorrent mhux privileġġjat skont l-Artikolu 263 TFUE għandu juri li huwa individwalment u direttament ikkonċernat minn dawn l-atti. Huwa pjuttost diffiċli li jiġi kkonċepit li l-osservanza ta’ dawn il-kriterji, b’mod partikolari dak ta’ interess dirett, tiġi ssodisfatta minn rikorrenti individwali fir-rigward ta’ atti differenti mid-deċiżjoni finali ta’ sospensjoni possibbli skont l-Artikolu 7(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tielet, l-istħarriġ ġudizzjarju ma jimplikax neċessarjament stħarriġ fil-fond. Issa, dan ma huwiex biss il-każ fir-rigward tal-erba’ raġunijiet elenkati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li jirregolaw l-eventwali portata ta’ azzjoni, iżda wkoll fid-dawl tan-natura speċifika u politika tal-Artikolu 7 TUE. Ċertament, hija ġurisprudenza stabbilita li istituzzjonijiet<?PAGE NO="17"?> tal-Unjoni għandhom jingħataw setgħa diskrezzjonali wiesgħa meta jadottaw miżuri f’oqsma li jimplikaw għażliet, b’mod partikolari ta’ natura politika, min-naħa tagħhom u evalwazzjonijiet kumplessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is-Slovakkja u L-Ungerija vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jwassluni sabiex nikkonkludi li l-allegat periklu li jiġi rrilokat dibattitu essenzjalment politiku mis-swali tal-Kunsill għall-awla tal-qorti, u għalhekk li jixxekklu l-iżvolġiment tajjeb u l-effikaċja tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE fl-intier tagħha, ma huwiex wisq probabbli li jseħħ bħala riżultat tal-interpretazzjoni tar-relazzjoni bejn l-Artikoli 263 u 269 TFUE proposta hawnhekk.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-istħarriġ ġudizzjarju ta’ proposti motivati skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1) TUE taħt l-Artikolu 263 TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ir-riżoluzzjoni kkontestata hija proposta motivata fis-sens tal-Artikolu 7(1) TUE, li ġiet adottata mill-konvenut fit‑<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>. Permezz ta’ din il-proposta, inbdiet il-fażi inizjali tal-Artikolu 7 TUE, u b’hekk potenzjalment ippermettiet li l-Kunsill jagħmel konstatazzjoni, skont l-Artikolu 7(1) TUE, fejn jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-Unjoni. Madankollu, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors għal annullament, kif ukoll sa fejn naf jien fid-data tal-preżentazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ma aġixxiex b’xi mod jew ieħor fuq din il-proposta motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-proposta motivata tal-Artikolu 7(1) TUE taqa’ taħt il-fażi inizjali skont l-Artikolu 7 TUE. Din hija diversi passi ’il bogħod mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 7(3) TUE, jew anke preċedenti għal konstatazzjoni skont l-Artikolu 7(1) TUE. Għandha, proposta motivata taħt l-Artikolu 7(1) TUE, għalhekk, għalhekk, ma titqiesx bħala sempliċi att preliminari, li ma jistax ikun suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dan ma huwiex il-każ. Proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE la hija sempliċi att preparatorju, u lanqas ma hija nieqsa minn effetti ġuridiċi (proprji, awtonomi). Mhux biss tistabbilixxi b’mod definittiv il-pożizzjoni tal-Parlament (i), iżda wkoll kull nuqqas eventwali fi ħdan din il-proċedura ma jistax jiġi rrimedjat fi stadju ulterjuri (ii). Fuq kollox, madankollu, il-proposta motivata hija mhux biss intiża li jkollha, iżda effettivament u b’mod ċar tħalli effetti ġuridiċi (awtonomi) fir-rigward ta’ terzi, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (iii).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Iffissar definittiv tal-pożizzjoni tal-Parlament</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-każ ta’ atti jew deċiżjonijiet adottati minn proċedura li tinvolvi diversi fażijiet, att jista’ jiġi mistħarreġ biss jekk jistabbilixxi b’mod definittiv il-pożizzjoni tal-istituzzjoni li tkun adottatu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:335">EU:C:2000:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Filwaqt li r-rikorrenti u l-intervenjenti jqisu li dan huwa l-każ, il-konvenut huwa tal-fehma opposta. Fil-fehma tiegħu, ir-riżoluzzjoni kkontestata hija paragunabbli għal proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Jien ma naqbilx mal-konvenut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrikonoxxut li l-imsemmija ġurisprudenza ġiet primarjament stabbilita f’każijiet ta’ proċeduri amministrattivi kumplessi, b’mod partikolari dawk ekonomiċi, li jinvolvu evalwazzjonijiet ta’ natura teknika, b’mod partikolari min-naħa tal-Kummissjoni. Għalhekk, ma jidhirx mill-ewwel li l-istess regoli japplikaw għall-proċeduri leġiżlattivi — u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> kostituzzjonali. Madankollu, peress li din il-linja ġurisprudenzjali ġiet invokata u diskussa iktar waqt is-seduta, tista’ forsi tiġi aċċettata bħala punt ta’ tluq u, bħala regola ġenerali li tapplika għat-tipi kollha ta’ proċedura, li att jista’ jkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju biss meta jistabbilixxi pożizzjoni definittiva tal-istituzzjoni li tkun adottatu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, pereżempju, f’dan is-sens, sa fejn jirrigwarda l-proċedura baġitarja, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>302/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:461">EU:C:1988:461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-livell formali, ir-riżoluzzjoni kkontestata tista’ tfakkar waħda mill-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni, li ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, tal-inqas skont il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, fir-rigward tal-proposta għal regolament ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Berthu vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑175/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:72">EU:T:1997:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-anness tar-riżoluzzjoni kkontestata fil-fatt fih abbozz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonstata, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Madankollu, dan huwa fejn tintemm l-analoġija mal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. L-ewwel, il-proposti motivati ma għandhomx jieħdu l-forma tar-riżoluzzjoni kkontestata, b’abbozz sħiħ tal-konstatazzjoni tal-Kunsill fl-anness tagħha. Tista’ iktar sempliċement tieħu l-forma ta’ riżoluzzjoni mingħajr abbozz mehmuż iżda sempliċi dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Pereżempju, il-proposta motivata tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-dritt fil-Polonja kienet tinkludi memorandum ta’ spjegazzjoni twil ħafna segwit minn abbozz qasir ħafna tal-proposta (COM(2017) 835 final)</P></NOTE>: it-test tal-Artikolu 7(1) TUE jitlob proposta motivata, mhux neċessarjament abbozz ta’ konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>It-tieni u fuq livell iktar strutturali, ir-riżoluzzjoni kkontestata sempliċement ma hijiex paragunabbli ma’ abbozz ta’ proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 7 TUE jipprevedi proċedura ta’ sanzjonijiet ta’ natura <HT TYPE="ITALIC">kostituzzjonali</HT> kontra Stat Membru individwali. Dan huwa differenti ħafna minn proċedura <HT TYPE="ITALIC">leġiżlattiva</HT> ġenerali li għandha l-għan li tagħti sura lil politika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Hija differenti <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> minn proċedura <HT TYPE="ITALIC">amministrattiva</HT>. Konsegwentement u pereżempju, insib li l-ġurisprudenza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (pereżempju s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:528">EU:C:2001:528</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) għandha rilevanza limitata f’dan ir-rigward.</P></NOTE>. Iktar importanti, huwa ċar li l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni ma jistabbilixxux il-pożizzjoni definittiva tal-Kummissjoni. Huwa pjuttost fuq il-bażi ta’ tali proposti li d-diskussjoni leġiżlattiva kollha għandha tiżvolġi bejn diversi istituzzjonijiet, fosthom il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE hija annimal differenti ħafna. Din ma hijiex stedina għal negozjati, għal deliberazzjoni kollettiva dwar it-test u d-dispożizzjonijiet individwali tiegħu, li tirrappreżenta l-proċess tipiku ’l quddiem u lura ta’ proċedura leġiżlattiva. Proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE tirrifletti l-pożizzjoni finali tal-awtur tagħha: il-bakketta metaforika fil-proċedura b’diversi stadji taħt l-Artikolu 7 TUE tgħaddi minn istituzzjoni għal oħra. Hija l-pożizzjoni finali (u għalhekk irrevokabbli) ta’ wieħed mill-atturi fit-tellieqa bil-bakketta. Il-proċedura nbdiet (u mhux sempliċement provviżorjament inbdiet).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal proposta motivata tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) TUE, fejn il-Kummissjoni ma hijiex involuta, tal-inqas mhux b’mod espliċitu, fl-istadji segwenti tal-proċedura, il-Parlament huwa min-naħa tiegħu mitlub jagħti l-kunsens tiegħu għal konstatazzjonijiet possibbli, kemm skont l-Artikolu 7(1) kif ukoll skont l-Artikolu 7(2) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan ir-rekwiżit ta’ kunsens sussegwenti ma jbiddel xejn fir-rigward tan-natura definittiva tal-proposta motivata tal-Parlament inizjali. Fuq kollox, minn kunsens jew ieħor, il-Parlament ma huwiex mitlub li jikkunsidra mill-ġdid il-proposta motivata tiegħu, jekk fil-fatt ikun ta waħda. Is-suġġetti taż-żewġ atti huma differenti: filwaqt li l-proposta motivata tikkonċerna l-bidu tal-Artikolu 7(1) TUE, il-kunsens meħtieġ jirrigwarda l-kontenut previst tal-konstatazzjoni tal-Kunsill u tal-konstatazzjoni minnu, jew ta’ riskju ċar, jew tal-eżistenza ta’, ksur serju tal-valuri tal-Unjoni minn Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Parlament huwa biss wieħed mit-tliet atturi possibbli skont l-Artikolu 7(1) TUE li jistgħu, billi jadottaw proposta motivata, jagħtu bidu għall-proċedura tal-Artikolu 7 TUE. Huwa raġonevoli li wieħed jassumi li proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE għandu jkollha l-istess valur, irrispettivament mill-korp li jkun adottaha. B’hekk, il-fatt li wieħed mit-tliet korpi li jistgħu jagħtu bidu għal din il-proċedura għandu rwol x’jerġa’ jeżerċita sussegwentement billi jagħti l-kunsens tiegħu ma għandux jagħmel differenza. Ikun kemxejn illoġiku li jittieħed il-fatt kemxejn ċirkostanzjali li, f’dan il-każ, kien il-Parlament u mhux il-Kummissjoni jew terz tal-Istati Membri li taw bidu għall-proċedura, flimkien ma’ dak li jidher li hija r-rieda tal-awtur tat-Trattat li jattribwixxi lill-Parlament Ewropew post speċjali fil-proċedura kollha, sabiex eventwalment wieħed jasal finalment eżattament għall-oppost ta’ dak li kien intiż: pjuttost milli jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament fil-proċedura, effettivament dan jitnaqqas fil-grad. Madankollu, dan ikun ir-riżultat jekk wieħed ikollu jissuġġerixxi li l-proposta motivata tal-Parlament hija b’xi mod ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>valur minuri<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>inqas definittiva<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> minn dik tal-Kummissjoni jew ta’ terz tal-Istati Membri u tista’ tiġi indirettament ikkunsidrata mill-ġdid, jew saħansitra annullata, bil-kunsens meħtieġ min-naħa ta’ din l-istituzzjoni fir-rigward ta’ proposta differenti f’din il-proċedura fi stadju ulterjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan tal-aħħar bilkemm huwa l-każ: nippreżumu, b’mod purament ipotetiku, li l-Parlament kellu jressaq proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE, li tistieden lill-Kunsill jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru. Madankollu, meta sussegwentement jintalab jagħti l-kunsens tiegħu skont l-istess dispożizzjoni, il-Parlament jirrifjuta li jagħtih għal xi raġuni: il-Parlament jista’ ma jaqbilx mat-test tal-konstatazzjoni proposta; jista’ ma jkunx għadu iktar konvint, wara li jkun kiseb informazzjoni ulterjuri, jew anki forsi wara li jinstema’ l-Istat Membru mill-Kunsill, li fil-fatt hemm riskju; jew il-maġġoranza fil-Parlament tista’ taħseb li għadd ta’ rakkomandazzjonijiet proposti mill-Kunsill huma biżżejjed sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjoni għal issa. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, u forsi anki f’każijiet oħra, ir-rifjut li jingħata kunsens ikollu riperkussjonijiet fuq in-natura definittiva tal-proposta motivata preċedentement maħruġa? Il-pożizzjoni preċedenti tal-Parlament issir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>inqas definittiva<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>? Jiena ma naħsibx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, billi jadotta proposta motivata fis-sens tal-Artikolu 7(1) TUE, il-Parlament jistabbilixxi l-pożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">definittiva</HT> tiegħu dwar il-bidu tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Jista’ jinstab rimedju iktar ’il quddiem?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li miżura intermedja ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors jekk jiġi stabbilit li l-illegalità marbuta ma’ din il-miżura tista’ tiġi invokata insostenn ta’ rikors kontra d-deċiżjoni finali li għaliha tikkostitwixxi stadju preparatorju. F’tali ċirkustanzi, ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti. Madankollu, jekk din l-aħħar kundizzjoni ma tkunx issodisfatta, jiġi kkunsidrat li l-miżura intermedja – indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk din tal-aħħar tesprimix opinjoni provviżorja tal-istituzzjoni kkonċernata – tipproduċi effetti ġuridiċi awtonomi u tista’, għaldaqstant, tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, per eżempju, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post u l-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑463/10 P u C‑475/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Din il-linja ġurisprudenzjali, issa applikata wkoll fil-proċeduri amministrattivi (ekonomiċi), taġixxi bħala eċċezzjoni interna għas-sitwazzjoni deskritta fis-sottotaqsima preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet. Tiftaħ toroq għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti li <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> jistabbilixxux pożizzjoni definittiva, iżda xorta jipproduċu effetti ġuridiċi <HT TYPE="ITALIC">awtonomi</HT>. Inkwantu ssuġġerejt, fil-punt preċedenti, li r-riżoluzzjoni kkontestata tistabbilixxi l-pożizzjoni finali tal-Parlament, u għalhekk ma hijiex sempliċi att preparatorju, ser nikkunsidra dan il-punt biss għal finijiet ta’ kompletezza, peress li dan tqajjem u ġie diskuss bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċedura kostituzzjonali b’ħafna stadji bħal dik tal-Artikolu 7 TUE, jista’ fil-fatt jidher raġonevoli, ċertament b’mod ġenerali u fl-astratt, li wieħed jistenna sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ttemm din il-proċedura sabiex tiġi kkontestata kull irregolarità mwettqa fl-eżerċizzju ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Madankollu, wara spezzjoni iktar mill-qrib, tali proposta ssir insostenibbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>L-ewwel, qabelxejn, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif diversi atturi kostituzzjonali jistgħu jinżammu responsabbli għal illegalitajiet, fejn isiru lmenti lill-Kunsill Ewropew jew lill-Kunsill dwar irregolarità proċedurali li allegatament twettqet mill-Parlament meta adotta l-proposta motivata tiegħu skont l-Artikolu 7(1) TUE, u mbagħad jintalab l-annullament, pereżempju, ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(3) TUE għal din l-irregolarità preċedenti tal-Parlament. Dan sempliċement jenfasizza l-fatt li l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>stħarriġ olistiku<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-istħarriġ ġudizzjarju jista’ jiffunzjona sew għal proċeduri kumplessi, fi ħdan l-istess istituzzjoni, jew fi ħdan l-istess tip ta’ istituzzjoni, bħal deċiżjonijiet individwali diversi tal-amministrazzjoni pubblika li jwasslu sa deċiżjoni waħda definittiva, integrata. Madankollu, din il-loġika ma tistax sempliċement tiġi applikata għal sensiela ta’ deċiżjonijiet distinti, awtonomi, u fir-rigward tan-natura tagħhom, differenti, minn atturi kostituzzjonali differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>It-tieni, ma huwiex immedjatament ċar x’inhi, fil-fatt, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>deċiżjoni li ttemm il-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil-kuntest tal-Artikolu 7 TUE. Minn naħa waħda, fl-eżami tal-Artikolu 7 TUE <HT TYPE="ITALIC">kollu kemm hu</HT>, id-deċiżjoni li ttemm il-proċedura li nbdiet permezz ta’ proposta motivata tista’ tkun il-konstatazzjoni magħmula skont l-Artikolu 7(1) TUE jew skont l-Artikolu 7(2) TUE, kif ġie ssuġġerit mill-konvenut (ċiklu intern). Min-naħa l-oħra, tista’ tkun ukoll, u forsi huwa iktar raġonevoli, id-deċiżjoni aħħarija li jiġu imposti sanzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 7(3) TUE (ċiklu estern)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-isem mogħti lil din il-proċedura mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 354 TFUE: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija ma’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Din il-formulazzjoni tissuġġerixxi b’mod ċar li miżuri ta’ sanzjoni jikkostitwixxu l-quċċata tal-Artikolu 7 TUE.</P></NOTE>. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju tvarja<?PAGE NO="21"?> abbażi ta’ liema waħda minn dawn tiġi identifikata bħala d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura. Fil-fatt, jekk id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> rilevanti tkun il-konstatazzjoni skont l-Artikoli 7(1) jew 7(2) TUE, allura l-Artikolu 269 TFUE jkun applikabbli, u li l-istħarriġ previst f’din id-dispożizzjoni jiġi attivat. Min-naħa l-oħra, jekk tkun deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 7(3) TUE, jitwettaq stħarriġ normali skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>It-tielet u forsi l-iktar importanti, qatt ma jista’ jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>deċiżjoni li ttemm il-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, tkun liema tkun id-dispożizzjoni. L-Artikolu 7(1) u (2) TUE, għall-inqas sa fejn jirrigwarda t-test tiegħu, ma jeħtieġx li l-Kunsill jieħu azzjoni bi tweġiba għal proposta motivata. Dan lanqas ma jipprevedi li l-effetti tal-proposta motivata jintemmu wara perijodu raġonevoli jekk ma jseħħ xejn. Madankollu, huwa ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li r-rekwiżit ta’ ċertezza legali jfisser li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’terminu raġonevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nencini vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2372">EU:C:2014:2372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marchiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jiena żgur mhux ser nidħol fiż-żona riskjuża tal-kwistjoni dwar jekk jistax eventwalment ikun hemm obbligu legali impost fuq il-Kunsill sabiex jagħmel konstatazzjoni f’terminu raġonevoli (jew ir-rifjut espliċitu li jagħmel dan), u jekk tali obbligu forsi jirriżultax mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, pereżempju, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑48/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:91">EU:C:2015:91</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:483">EU:C:2018:483</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:717">EU:C:2006:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) dwar l-allegazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qasam tal-kooperazzjoni sinċiera, tan-natura tardiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ ksur kontra dan l-Istat Membru.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat sempliċement li jkun pożittivament Kafkaesque li l-aċċess għall-istħarriġ ġudizzjarju jkun suġġett għall-kundizzjoni li xi darba, potenzjalment, jista’ jkun hemm deċiżjoni definittiva ta’ natura mhux magħrufa, filwaqt li, fil-frattemp, il-proposta motivata tinżamm bl-effetti tagħha għal perijodu ta’ żmien indeterminat. Tali xenarju bilkemm jikkorrispondi mad-deskrizzjoni ta’ Unjoni tad-dritt fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>l-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv maħsub sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni hija inerenti għall-eżistenza ta’ tali Stat tad-dritt<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>H v Council and Others</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑455/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:569">EU:C:2016:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandi nikkonkludi li l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva teżiġi li l-proposti motivati jkunu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ skont l-Artikolu 263 TFUE, bil-kundizzjoni li dawn jipproduċu effetti ġuridiċi (awtonomi), kwistjoni li issa ser indur għaliha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Effetti ġuridiċi (awtonomi)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-proposta motivata inkwistjoni f’din il-kawża tat bidu għall-proċedura tal-Artikolu 7 TUE u, minn din il-perspettiva ta’ analiżi, diġà għandha ċerti effetti ġuridiċi jew kienet ċertament intiża li tipproduċihom. Madankollu, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-riżoluzzjoni kkontestata <HT TYPE="ITALIC">infatti</HT> tipproduċi tal-inqas żewġ tipi oħra ta’ effetti ġuridiċi fil-kwalità tagħha ta’ proposta motivata fis-sens tal-Artikolu 7(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>L-ewwel, skont il-paragrafu (b) tal-Artikolu Uniku tal-Protokoll Nru 24 dwar l-Ażil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, introdott permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam, ladarba tkun inbdiet il-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, u sa meta l-Kunsill jieħu deċiżjoni dwarha fir-rigward tal-Istat Membru li r-rikorrent huwa ċittadin tiegħu, dan l-Istat Membru ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra għall-finijiet<?PAGE NO="22"?> legali u prattiċi kollha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ ażil. Għaldaqstant, applikazzjoni għall-ażil ippreżentata minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru tista’ għalhekk tittieħed inkunsiderazzjoni fil-mertu tagħha minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li tali konsegwenza tikkostitwixxi effett legali (vinkolanti) tal-proposti motivati mhux biss għall-Istat Membru kkonċernat, iżda wkoll għall-Istati Membri l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta’ dan l-Istat. Jekk il-Protokoll Nru 24 jinbeda, Stat Membru jitlef fil-fatt l-istatus ta’ pajjiż sigur fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra (u possibbilment ukoll fil-konfront ta’ pajjiżi terzi). Dan ir-riżultat ma huwa affettwat bl-ebda mod mill-possibbiltà li l-Kunsill stess jieħu pożizzjoni fir-rigward tal-proposta motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Ċertament, wieħed jista’ jistaqsi jekk huwiex xieraq li proposta motivata li tagħti bidu għall-Artikolu 7(1) TUE, li tħalli <HT TYPE="ITALIC">diġà</HT> effett daqshekk vast. Wieħed jista’ wkoll jipprova jimminimizza l-importanza tal-hekk imsejjaħ Protokoll Aznar, bis-suġġeriment li dan kien ġie adottat fi żminijiet differenti u għal finijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tali sforz ma jkunx xieraq għal qorti, fid-dawl tal-kelma ċara ħafna tal-liġi. L-intenzjoni tal-abbozzaturi tal-Protokoll, li għandu l-istess valur legali bħat-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, pereżempju, il-Konklużjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-KEDB) tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2454">EU:C:2014:2454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>de Lobkowicz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑690/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:355">EU:C:2017:355</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, hija ċara. Din id-dispożizzjoni u l-applikazzjoni tagħha issa ngħataw bidu b’mod validu bl-adozzjoni tal-proposta motivata tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, insib l-argument tal-konvenut, li jissuġġerixxi essenzjalment, li l-attivazzjoni tal-Protokoll Nru (24) ma tista’ tagħti ebda dritt direttament infurzabbli lill-individwi, jew li l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri l-oħra għad għandhom marġni ta’ diskrezzjoni dwar jekk jagħtux jew le, finalment, protezzjoni internazzjonali lill-applikanti li ġejjin mill-Ungerija, huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tali argument ifixkel il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-individwi (u b’mod partikolari l-kundizzjoni tal-interess dirett) mal-interessi ta’ Stat Membru. L-ewwel nett, Stat Membru huwa rikorrent privileġġjat. Ma huwiex obbligat jistabbilixxi l-eżistenza ta’ interess dirett. It-tieni nett, anki li kieku kien, <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>, din tkun kwistjoni li taffettwa <HT TYPE="ITALIC">lil dan l-Istat</HT>, u mhux liċ-ċittadini tiegħu, jew l-awtoritajiet amministrattivi fi Stati oħra. F’dan il-każ, ma hemm l-ebda dubju li l-Ungerija hija kkonċernata biċ-ċaħda tal-kwalifika bħala pajjiż sigur, li jfisser b’mod ċar li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati miċ-ċittadini tagħha fi Stati Membri oħra jistgħu jiġu eżaminati il-mertu. Jekk applikazzjoni tkunx ser tiġi finalment milqugħa jew le hija kwistjoni kompletament differenti. Sabiex tintuża analoġija mid-dinja tal-bonds nazzjonali, huwa bħal meta tinbidel il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż minn AAA għal B mil-lum għall-għada, u sussegwentement jingħad li dan il-pajjiż ma huwiex affettwat minn dan it-tnaqqis fil-grad minħabba li numru ta’ ċittadini tiegħu għad għandhom xi flus. Filwaqt li dan is-suġġeriment jista’, teknikament, ikun veru, dan huwa wkoll irrelevanti, fid-dawl tas-suġġett tal-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>It-tieni, tip ieħor ta’ effett legali marbut ma’ proposti motivati tal-Artikolu 7(1) TUE, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-eżistenza ta’ proposta motivata jista’ fil-fatt ikollha impatt fuq il-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej, iżda tali impatt ċertament ma huwiex limitat għal dan il-qasam ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha LM<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta jkun jeżisti riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq minħabba nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati rigward l-indipendenza tal-ġudikatura tal-Istat Membru emittenti, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tista’, wara evalwazzjoni każ b’każ, tirrifjuta l-konsenja ta’ persuna jekk hemm raġunijiet sostanzjali sabiex wieħed jemmen li din il-persuna ser tgħaddi minn tali riskju fil-każ li din tiġi kkonsenjata lil dan l-Istat. Sabiex tasal għal tali konklużjoni, din l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tista’ tagħmel dan jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ikollha elementi, bħal dawk li jidhru fi <HT TYPE="ITALIC">proposta motivata tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 7(1) TUE</HT>, li jindikaw li hemm riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. punt 79. Enfasi tiegħi</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Ċertament, kull deċiżjoni ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma hijiex awtomatika. Proposta motivata hija biss waħda mid-dokumenti u li qorti nazzjonali tista’ tqis meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Madankollu, bix-xenarju miftuħ mill-Qorti tal-Ġustizzja mhux iktar fi ħdan l-ipoteżijiet. Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200217">17 ta’ Frar 2020</DATE> tal-Oberlandesgericht Karlsruhe (Qorti Reġjonali Superjuri, Karlsruhe, il-Ġermanja) (301 AR 156/19) u d-deċiżjoni tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari tat‑<DATE ISO="20201003">3 ta’ Ottubru 2020</DATE> tar-Rechtbank Amsterdam (Qorti Distrettwali, Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), attwalment pendenti quddiem din il-Qorti tal-Ġustizzja bin-numru C‑412/20 PPU.</P></NOTE>. Il-punt 61 tas-sentenza LM madankollu jenfasizza li proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE hija dokument ta’ <HT TYPE="ITALIC">rilevanza partikolari</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>L-informazzjoni li tkun tinsab fi proposta rraġunata indirizzata reċentement mill-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 7(1) TUE tikkostitwixxi elementi ta’ rilevanza partikolari għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Enfasi tiegħi.</P></NOTE>. Huwa fil-fatt minnu li s-sentenza LM irreferiet għal proposta motivata adottata mill-Kummissjoni. Madankollu, din l-affermazzjoni, fil-fehma tiegħi, ġiet sempliċiment ifformulata fil-kuntest fattwali ta’ din is-sentenza. Ċertament ma ninterpretahiex bħala indikazzjoni tal-intenzjoni li titpoġġa fuq livell differenti l-proposta motivata tal-Kummissjoni għad-detriment ta’ dawk li jistgħu jiġu miż-żewġ atturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 7(1) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Fl-istess sens bħal dak preċedenti, il-punt 91 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fil-loġika tal-Artikolu 7(1) TUE, proposta motivata hija proposta motivata, indipendentement mit-tliet atturi li adottawha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Għalhekk, ma hemm l-ebda konsegwenza awtomatika marbuta mal-eżistenza ta’ proposta motivata f’dan il-qasam. Madankollu huwa diffiċli li jiġi sostnut li xi ħaġa li, fid-dikjarazzjoni ta’ awtorità tal-Qorti tal-Ġustizzja, jista’ jservi ta’ bażi għal rifjut ta’ fiduċja reċiproka u għas-sospensjoni tar-rikonoxximent reċiproku, ma għandhiex effetti ġuridiċi. Dokument ġuridiku mingħajr dubju, u mhux sempliċi fatt, li jista’ legalment jintuża sabiex jiġu esklużi diversi obbligi essenzjali ta’ dritt primarju u sekondarju tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, huwa nieqes minn effetti ġuridiċi?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Jidhirli li tali proposta hija insostenibbli. Fil-fatt, f’termini pragmatiċi, l-importanza ta’ tali dikjarazzjonijiet ta’ awtorità li ġejjin mil-livell Ewropew diffiċilment tista’ tiġi ssottovalutata. Ma tantx huwa probabbli li ġurisdizzjoni kriminali fi Stat Membru, tipikament qorti kriminali tal-ewwel istanza kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet għal konsenja, ikollha l-kapaċità jew is-sentiment tal-awtorità li teżerċita stħarriġ sħiħ tal-kwalità tal-Istat tad-dritt fi Stat Membru ieħor. Għalhekk, jekk tali atturi huma espressament mistiedna jibbażaw ruħhom fuq dikjarazzjoni magħmulha mill-istituzzjonijiet Ewropej, imbagħad meta wieħed ikollu jiddefendi tali dikjarazzjonijiet u jaċċetta l-konsegwenzi neċessarji għalihom fuq livell Ewropew, li jinkludi l-possibbiltà għal aċċess raġonevoli għal qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Fl-istess sens, dwar il-korrelazzjoni neċessarja bejn, minn naħa, l-azzjoni tal‑Unjoni u, min-naħa l-oħra, l-aċċess neċessarju għall-qorti sabiex tikkontesta dan ir-rikors, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Région de Bruxelles-Capitale vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:588">EU:C:2020:588</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, is-setgħa darba eżerċitata li bdiet tipproduċi effetti ġuridiċi ma tistax tisparixxi f’daqqa waħda fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ċpar ta’ ċaħda ta’ kull għarfien<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li jfakkar f’wieħed mis-slogans ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>The X-Files<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Ungerija għandha interess ċar li tressaq rikors kontra r-riżoluzzjoni kkontestata. Din ir-riżoluzzjoni mhux biss tagħti bidu għall-Artikolu 7(1) TUE, u b’hekk tawtorizza lill-Kunsill jikkonstata riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-Unjoni minn Stat Membru. Din iġġorr magħha wkoll konsegwenzi legali proprji għal dak l-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra r-riżoluzzjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE huwa għalhekk ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti qajmet erba’ motivi kontra r-riżoluzzjoni kkontestata fuq il-mertu. Ser nittratta l-ewwel (flimkien) iż-żewġ motivi li, essenzjalment, jissuġġerixxu li l-konvenut kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-astensjonijiet waqt l-għadd tal-voti espressi sabiex jiġi ddeterminat jekk intlaħqitx il-maġġoranza meħtieġa. Sussegwentement, ser neżamina fil-qosor iż-żewġ motivi l-oħra.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel u t-tielet motiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti hija tal-fehma li r-riżoluzzjoni kkontestata ma kinitx tiġi adottata li kieku l-astensjonijiet kienu ttieħdu debitament inkunsiderazzjoni. L-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprovdi li huma biss il-voti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>iva<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>le<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala voti espressi bil-<HT TYPE="ITALIC">caveat</HT>, introdotta fl‑2016, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>f’dawk il-każijiet li għalihom it-Trattati jistipulaw maġġoranza speċifika<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. L-Artikolu 354 TFUE, applikabbli għall-atti adottati mill-Parlament skont l-Artikolu 7 TUE, jipprevedi tali maġġoranza speċifika fil-forma ta’ żewġ terzi tal-voti espressi u tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 178(3) f’konformità mal-Artikolu 354 TFUE teħtieġ li wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-astensjonijiet bħala parti mis-sistema ta’ għadd tal-voti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Skont il-konvenut, in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-astensjonijiet ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 354 TFUE, u lanqas tal-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura. Madwar id-dinja kollha, l-assemblej għandhom diversi regoli dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tal-astensjonijiet. Skont l-Artikolu 232 TFUE, il-Parlament jista’ jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tiegħu stess. Peress li l-Artikolu 354 TFUE ma jispeċifikax kif għandhom jiġu ttrattati l-astensjonijiet, huwa l-Parlament li għandu jiddeċiedi dwar dan. F’dan ir-rigward, il-prattika konsistenti tal-Parlament dejjem kienet li l-astensjonijiet ma jitqisux voti espressi. Ir-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal‑2016 ma kellhiex l-intenzjoni li tipprovdi eċċezzjoni għar-regola ġenerali li l-astensjonijiet ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Skont l-intervenjenti, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 354 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-astensjonijiet, fid-dawl tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 354 TFUE. Peress li dan tal-aħħar jipprevedi espressament li l-astensjonijiet fi ħdan il-Kunsill jew il-Kunsill Ewropew ma jipprevenux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni, l-assenza ta’ tali riżerva skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 354 TFUE tissuġġerixxi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-astensjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, billi ma ħadux inkunsiderazzjoni l-astensjonijiet, il-Membri tal-Parlament ma kinux imqiegħda fil-pożizzjoni li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom bħala rappreżentanti tal-poplu, u b’hekk inkisru l-prinċipji ta’ demokrazija u ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-Membri tal-Parlament. Il-Membri tal-Parlament għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet politiċi tagħhom b’diversi modi differenti. Barra minn hekk, il-Membri tal-Parlament ma ġewx debitament informati dwar il-modalitajiet ta’ votazzjoni peress li din l-informazzjoni ġiet ikkomunikata, permezz ta’ sempliċi posta elettronika, ġurnata u nofs biss qabel il-vot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Skont il-konvenut, dan it-tielet motiv għandu jiġi ddikjarat manifestament infondat. Il-fatt li l-astensjonijiet ma jittieħdux inkunsiderazzjoni ma jikkostitwixxix nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-Membri tal-Parlament. Il-Membri tal-Parlament kollha għandhom l-istess dritt għall-vot u huma liberi li jivvotaw skont l-opinjonijiet politiċi tagħhom u b’għarfien sħiħ tal-impatt li (t-tip) ta’ vot tagħhom ser ikollu fuq ir-riżultat finali. Barra minn hekk, f’din il-kwistjoni, il-Membri tal-Parlament setgħu jagħmlu għażla informata peress li kienu jafu minn qabel ma jivvotaw il-mod preċiż li bih il-voti kienu ser jingħaddu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Għalkemm l-ewwel motiv tar-rikorrenti isostni li r-riżoluzzjoni kkontestata kisret l-Artikolu 354 TFUE u l-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura, it-tielet motiv jiffoka fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ demokrazija u ta’ ugwaljanza, rispettivament, taħt l-Artikolu 2 TUE u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>). Madankollu, iż-żewġ motivi jirrigwardaw, essenzjalment, l-istess problema: jekk in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-astensjonijiet fil-kalkolu tal-voti huwiex kompatibbli ma’ diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Bħala tali, jaqbel li dawn jiġi kkunsidrati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 231 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Ħlief fejn provdut xort’oħra fit-Trattati, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-voti espressi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. L-Artikolu 7 TUE jinkludi tali eċċezzjoni għal din ir-regola. Skont l-Artikolu 7(5) TUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>l-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew […] huma stabbiliti fl-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 354 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi bil-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. Minn dan isegwi li <HT TYPE="ITALIC">żewġ tipi ta’ maġġoranza</HT> huma meħtieġa mill-Artikolu 354 TFUE għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ proposti motivati li jitolbu lill-Kunsill sabiex jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) TUE: maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi <HT TYPE="ITALIC">u</HT> l-maġġoranza tal-Membri komponenti tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara wkoll l-Artikolu 83(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, iċċitat iktar ’il fuq fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Hawnhekk hija biss l-ewwel tip ta’ maġġoranza li hija inkwistjoni. Id-differenza bejn il-partijiet fil-proċeduri tinsab fid-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>voti espressi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Filwaqt li r-rikorrenti u l-intervenjenti jqisu li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>voti espressi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> għandhom jinkludu l-astensjonijiet, il-konvenut isostni li dan il-kunċett jirreferi biss għall-voti espressi favur jew kontra l-proposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-konvenut huwa korrett fuq dan il-punt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’lingwaġġ ta’ kuljum, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>astensjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ġejja mill-kelma Latin <HT TYPE="ITALIC">abstinere</HT>, li tfisser li wieħed iżomm lil hinn jew ’il bogħod, li jżomm lura jew f’distanza, li tastjeni/toqgħod lura minn. B’mod simili, l-Oxford English Dictionary jiddefinixxi l-astensjonijiet bħala li wieħed <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>formalment jirrifjuta li jivvota favur jew kontra proposta jew mozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Għalhekk, persuna li tastjeni ma tixtieqx li tingħadd bħala jew favur jew kontra proposta. Huwa jew hija tixtieq biss (jew taġixxi daqslikieku) huwa jew hija ma kinitx hemm. Din il-persuna tirrifjuta li tesprimi vot u titlob li tiġi ttrattata daqslikieku ma vvotatx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, is-sens naturali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>vot espress<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> huwa li l-persuna esprimiet l-opinjoni tagħha b’mod attiv permezz tal-vot billi għażlet bejn diversi alternattivi. Dik l-għażla tista’ tieħu l-forma ta’ vot favur jew kontra xi ħadd jew xi ħaġa, kemm jekk tkun riżoluzzjoni, liġi jew rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Mit-tifsira konġunta ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>astensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>vot espress<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> jirriżulta li dawn normalment jeskludu lil xulxin. Din il-konklużjoni loġika bażika ma hijiex ikkontestata minn regoli speċifiċi oħra mfassla għal finijiet oħra, li fihom il-Membri tal-Parlament jistgħu jiġu msejħa biex jesprimu b’mod attiv l-astensjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Bħall-Artikolu 180(3) li jirregola s-sejħa għall-kwotazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ sistema ta’ votazzjoni elettronika, li jipprevedi għalhekk, loġikament, tliet għażliet li għandhom jiġu espressi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>iva<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>le<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>nastjeni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>); jew regoli potenzjalment speċjali dwar ir-remunerazzjoni tal-Membri tal-Parlament li naturalment għandhom bżonn mill-ġdid li jieħdu inkunsiderazzjoni l-preżenza fiżika tagħhom fil-Parlament, li ser ikunu sodisfatti jekk il-voti tagħhom la huma mniżżla bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>iva<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> u lanqas bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>le<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> fil-voti individwali.</P></NOTE>. Tali regoli kjarament jikkonċernaw suġġetti differenti ħafna. Kull raġunament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>b’analoġija<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> ma’ dawn ir-regoli għall-interpretazzjoni ta’ regoli ġenerali dwar il-votazzjoni sempliċement ma huwiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>It-tieni, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni kkontestata, l-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura, li huwa dispożizzjoni ġenerali dwar il-votazzjoni, kien jipprovdi li, meta jiġi kkalkulat jekk test ġiex adottat jew micħud, għandhom jitqiesu biss il-voti mitfugħa favur u kontra, ħlief fejn f’dawk il-każijiet li għalihom it-Trattati jistipulaw maġġoranza speċifika. Din id-dispożizzjoni teskludi b’mod ċar l-astensjonijiet bħala kwistjoni ta’ prinċipju. B’dan il-mod, il-Parlament eżerċita s-setgħa tiegħu ta’ organizzazzjoni u funzjonament proprju, kif fil-fatt jippermetti l-Artikolu 232 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Il-fatt li r-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal‑2016 żiedet il-<HT TYPE="ITALIC">caveat</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>ħlief fejn f’dawk il-każijiet li għalihom it-Trattati jistipulaw maġġoranza speċifika<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fl-Artikolu 178(3) tar-Regolament ma jibdel xejn f’dan ir-rigward. Il-formulazzjoni użata f’din id-dispożizzjoni hija miftuħa, li tinkludi sempliċement ftuħ leġiżlattiv u riferiment għal dispożizzjonijiet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tad-dritt primarju mressqa mir-rikorrenti ma twassal għall-konklużjoni li l-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi interpretat, fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju, fis-sens li <HT TYPE="ITALIC">jobbliga</HT> lill-Parlament jieħu inkunsiderazzjoni astensjonijiet bħala voti espressi għall-finijiet tal-kalkolu tal-maġġoranza tal-voti espressi ta’ żewġ terzi neċessarji għall-adozzjoni ta’ proposta motivata taħt l-Artikolu 7(1) TUE, bħar-riżoluzzjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Meta ġiet mistoqsija dwar dan il-punt speċifiku waqt is-seduta, r-rikorrenti sempliċement irreferiet għall-Artikolu 354 TFUE. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tipprovdi għal maġġoranza speċifika (il-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament komponenti), iżda ma tinkludi ebda regoli derogatorji speċifiċi fir-rigward tal-mod kif għandhom jingħaddu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>voti espressi<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. F’dan l-istadju, ir-raġunament<?PAGE NO="27"?> tar-rikorrenti jsir kemxejn ċirkulari, maqbud f’kontroreferenzi bejn l-istess dispożizzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom fil-fatt ma tgħid mod ieħor. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura ħalla bieb miftuħ għal xi ħaġa li qatt ma seħħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>It-tielet, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, huwa diffiċli li wieħed jikkonċepixxi kif, billi jagħmlu l-għażla libera u sovrana tagħhom li jastjenu, il-Membri tal-Parlament ma jkunux jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom bħala rappreżentanti tal-poplu. Id-deċiżjoni ta’ astensjoni kienet, fil-fatt, l-għażla (politika) tagħhom. Barra minn hekk, l-astensjonijiet tal-Membri tal-Parlament huma fihom infushom mod kif jesprimu opinjoni politika. Anki jekk ma jgħoddux bħala voti espressi, huma ġeneralment huma ta’ rilevanza diretta sabiex jiġi kkalkolat in-numru ta’ voti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-maġġoranza rispettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Normalment, l-astensjonijiet inaqqsu n-numru ta’ voti favur meħtieġa fil-każijiet ta’ vot b’maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti. Din hija wkoll għaliex maġġoranza speċifika, li teżiġi mhux biss ċertu numru ta’ membri preżenti u ta’ vot, iżda wkoll li jintlaħaq ċertu limitu fir-rigward tal-membri (kostitwenti) kollha ta’ assemblea leġiżlattiva, hija stabbilita għal tipi speċjali ta’ vot.</P></NOTE>. Huma importanti wkoll f’termini ta’ leġittimità politika. Ġeneralment, iktar ma r-rata ta’ astensjoni tkun għolja, inqas id-deċiżjoni politika tkun leġittima, anki jekk, eventwalment, tiġi adottata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar nett, fir-rigward speċifikament tat-tielet motiv tar-rikorrenti, il-prinċipju ta’ demokrazija, jista’ fil-fatt jingħad li jeżiġi <HT TYPE="ITALIC">legalment</HT> il-<HT TYPE="ITALIC">prevedibbiltà</HT> tar-regoli applikabbli għall-votazzjoni. Meta jivvotaw, il-Membri tal-Parlament għandhom ikunu konxji tar-regoli applikabbli għall-proċess tal-votazzjoni. Pereżempju, huma għandhom ċertament ikunu jafu <HT TYPE="ITALIC">qabel ma jivvotaw</HT> liema huma l-modalitajiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, ma narax kif dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfatti. Huwa paċifiku li l-Membri tal-Parlament kienu informati bil-fatt li l-astensjonijiet ma kinux ser jingħaddu bħala voti espressi jum u nofs qabel il-votazzjoni. Mingħajr ma nixtieq li nidħol fid-dibattitu ta’ x’jikkostitwixxi perijodu ta’ żmien suffiċjenti fil-politika, ċertament kienet informazzjoni f’waqtha dwar kif kien ser jiġi organizzat vot attwali. Lanqas ma nara kif l-għażla li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata permezz ta’ posta elettronika indirizzata lill-Membri tkun xi ħaġa oħra ħlief xierqa fir-rigward tan-natura u tal-funzjoni ta’ din l-informazzjoni fis-seklu 21.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi l-ewwel u t-tielet motiv huma infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni motiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqas tal-President tal-Parlament Ewropew li jfittex l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>Kumitat AFCO<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>) dwar il-mod ta’ interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura kien jammonta għal ksur ta’ ċertezza legali peress li, qabel u wara l-vot, l-interpretazzjoni ta’ dawn ir-regoli kienet inċerta. Billi naqas milli jikkonsulta lill-Kumitat AFCO dwar il-metodu ta’ votazzjoni, il-President tal-Parlament ma osservax l-obbligu ta’ ċertezza legali. Konsegwentement, il-possibbiltà għall-Membri tal-Parlament li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ rappreżentanti tal-poplu fir-rigward tal-votazzjoni ġiet serjament ippreġudikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Skont il-konvenut, it-tieni motiv għandu jiġi ddikjarat manifestament infondat. Ir-rikorrenti ma tallegax ksur taċ-ċertezza legali. Ma huwiex ċar jekk it-tieni motiv iqajjimx il-kwistjoni tal-invalidità tal-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura fir-rigward taċ-ċertezza legali jew tad-deċiżjoni tal-President li jikkonsulta s-servizz legali, iżda mhux il-Kumitat AFCO, jew il-ksur<?PAGE NO="28"?> tal-forom sostanzjali fi ħdan l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni. F’kull każ, il-President ma huwiex meħtieġ jikkonsulta l-Kumitat AFCO dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament ma jinkludu ebda obbligu ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat AFCO, f’ċirkustanzi bħal dan il-każ, sabiex jiġu interpretati r-regoli tal-votazzjoni. L-Artikolu 226(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, fil-fatt, jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-President <HT TYPE="ITALIC">jista</HT>’ jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli biex tiġi eżaminata<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Enfasi tiegħi. B’mod iktar ġenerali, l-Artikolu 83(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Parlament fl-adozzjoni ta’ proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE, jimponi biss it-tfassil ta’ rapport speċifiku mill-kumitat responsabbli (<HT TYPE="ITALIC">quod</HT> il-Kumitat LIBE, u mhux il-Kumitat AFCO) qabel il-vot. L-involviment formali tal-kumitat responsabbli huwa biss previst iktar tard, fl-istadju tal-approvazzjoni mill-Parlament ta’ konstatazzjoni tal-Kunsill u fil-kuntest tas-segwitu tal-miżuri għal din l-approvazzjoni (ara l-Artikolu 83(2), (4) u (5) tar-Regoli ta’ Proċedura).</P></NOTE>. Konsegwentement, il-vot dwar ir-riżoluzzjoni kkontestata jista’ jsir mingħajr l-involviment interpretattiv minn qabel tal-Kumitat AFCO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Għalhekk, sempliċiment ma hemm ebda obbligu min-naħa tal-President tal-Parlament li jipproċedi bil-mod indikat mir-rikorrenti. B’riferiment, f’dan il-kuntest, għall-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jibdel xejn f’din il-konklużjoni. Barra minn hekk, fir-rigward li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, mhux biss il-President talab parir tas-Servizz Legali tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, iktar ’il fuq, il-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, minkejja li ma kienx obbligat jagħmel dan, iżda l-Membri tal-Parlament kollha kienu, qabel il-votazzjoni, ġew informati dwar il-mod kif se jingħaddu l-voti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara iktar’ il fuq il-punti 16 u 137 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ motiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, ir-riżoluzzjoni kkontestata kisret il-prinċipji ta’ kooperazzjoni sinċiera, ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. Meta fformula l-proposta ta’ riżoluzzjoni tiegħu, il-konvenut ma kellux jibbaża ruħu fuq proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mibdija kontra r-rikorrenti li kienet għadha pendenti jew li ġiet magħluqa mill-Kummissjoni. Peress li l-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattati, ma qisitx li kien iġġustifikat li tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, istituzzjoni oħra tal-Unjoni ma setgħetx tibbaża ruħha fuq proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu magħluqa sabiex tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-konvenut iqis li dan il-motiv għandu jiġi ddikjarat manifestament infondat. Ma hemm ebda bażi legali li tippermetti li jiġi konkluż li proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu pendenti jew magħluqa tipprekludi t-tnedija tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE. Konformement mal-Artikolu 7(1) TUE, il-Parlament għandu setgħa diskrezzjonali sabiex jiddetermina l-fatti li huma ta’ bażi għall-pożizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) TUE ma jillimitax ir-raġunijiet li abbażi tagħhom tista’ tiġi adottata proposta motivata. Lanqas ma jista’ jiġi serjament argumentat li hemm xi dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dmir ta’ kooperazzjoni sinċiera, li tillimita b’mod jew ieħor ir-riżerva ta’ sorsi li tista’ tkun ibbażata fuqha proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE. Peress li din<?PAGE NO="29"?> il-proposta għandha tkun motivata, il-Parlament għandu jibbaża ruħu fuq elementi oġġettivi li jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ tali riskju. Il-konstatazzjonijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jistgħu mingħajr dubju jikkostitwixxu tali elementi, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex jinbena każ kontra l-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 7 TUE sa fejn dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkostitwixxi ksur tal-valuri tal-Unjoni. Għalhekk, billi bbażat ruħha fuq proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, kemm jekk ingħalqet jew pendenti, ir-riżoluzzjoni kkontestata ma kisret l-ebda wieħed mill-prinċipji li bbażat ruħha fuqhom ir-rikorrenti fil-kuntest tar-raba’ motiv tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. Peress li r-rikorrenti tilfet, u l-konvenut talab għall-ispejjeż, ir-rikorrenti għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, l-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Polonja tbati l-ispejjeż tagħha stess.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>