31996D0594



Official Journal L 263 , 16/10/1996 P. 0035 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Settembru 1996

dwar l-applikazzjoni temporanja ta' ċertu ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u ċerti pajjiżi terzi dwar il-kummerċ fi prodotti tessili (Il-Kirgyzstan, il-Lituwanja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan)

(96/594/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħin" ftehim basiċi', ġew innegozjati mal-Kyrgyzstan, il-Lituwanja, it-Taġikistan u t-Turkmenistan u ġew applikati fuq bażi temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/277/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1993 [1];

Billi l-ftehim bażiku mal-Lituwanja ġie approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/978/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 [2] u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995;

Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim bilaterali fil-forma ta' Skambji ta' Ittri biex jiġu emendati l-ftehim basiċi mal-pajjiżi msemmijin hawn fuq sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea; billi dan il-ftehim innegozjat għandu jiġi applikat fuq bażi temporanja mill-1 ta' Jannar 1995, sal-kompletazzjoni ta' proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, bla ħsara għall-applikazzjoni temporanja reċiproka mill-pajjiżi in kwistjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bilaterali fil-forma ta' Skambji ta' Ittri biex jiġi emendat il-ftehim bilaterali eżistenti, arranġamenti u protokolli dwar il-kummerċ fi prodotti tessili ma' ċerti pajjiżi terzi biex tittieħed in kunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea bejn il-Komunitá Ewropea, minn parti waħda, u l-pajjiżi terzi rispettivi mil-parti l-oħra, imniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu applikati fuq bażi temporanja mill-1 ta' Jannar 1995, sal-konklużjoni formali tagħhom, bla ħsara għall-applikazzjoni temporanja reċiproka mil-pajjiżi sħab.

Artikolu 2

It-testi tal-ftehim imsemmi huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, 16 Settembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU L 123, tas-17.5.1994, p. 1.

[2] ĠU L 375, tal-31.12.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista ta' pajjiżi

Il-Kyrgyzstan

Il-Lituwanja

It-Taġikistan

It-Turkmenistan

--------------------------------------------------