|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 276/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward tal-Anness XVII (id-diklorometan, iż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill u l-komposti organostanniċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni b’mod partikulari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2) stabbiliet fl-Anness I tagħha r-restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ħassar u ħa post id-Direttiva 76/769/KEE b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009. L-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament jieħu post l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 455/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-diklorometan (3) ġiet adottata fis-6 ta’ Mejju 2009. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/424/KE li temenda, għall-għan tal-addattament għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill (4) ġiet adottata fit-28 ta’ Mejju 2009. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/425/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti komposti organostanniċi bl-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku (5) ġiet adottata fit-28 ta’ Mejju 2009. |
|
(5) |
Wara d-dispożizzjonijiet dwar miżuri tranżitorji fl-Artikolu 137 tar-REACH, jixraq li jiġi emendat l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bil-għan li jiġu inkorporati r-restrizzjonijiet previsti mid-Deċiżjonijiet 455/2009/KE, 2009/424/KE u 2009/425/KE. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’mod urġenti biex dawn ir-restrizzjonijiet jiġu inklużi fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat b’mod konformi mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, it-tabella li tiffissa d-deżinjazzjoni tas-sustanzi, il-gruppi ta’ sustanzi u t-taħlitiet u l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-iskrizzjoni 3 hija sostitwita permezz ta’ dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Entratura 20, il-paragrafi li ġejjin 4, 5 u 6 jiżdiedu mat-tieni kolonna:
|
|
(3) |
L-entratura 59 li ġejja tiġi miżjuda:
|