|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/18 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 23 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
Emendi għar-Regolament Nru 23 ippubblikat fil-ĠU L 148,12.6.2010, p. 34.
Li jinkorporaw:
Is-suppliment 16 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: fid-9 ta’ Diċembru 2010.
Is-suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: it-23 ta’ Ġunju 2011
Emendi fil-Werrej
Il-Werrej, jiġi emendat biex jaqra:
“…
ANNESSI
|
Anness 1 – |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ fanal tar-rivers skont ir-Regolament Nru 23 |
|
Anness 2 – |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3 – |
Kejl fotometriku |
|
Anness 4 – |
Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |
|
Anness 5 – |
Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur” |
Emendi għat-test ewlieni tar-Regolament
Jiddaħħal paragrafu 5.3.3 ġdid, li jgħid:
|
“5.3.3. |
Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.” |
Il-Paragrafu 8 jiġi emendat biex jaqra:
“8. KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ
Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-kamp tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl definit fil-paragrafu 2. tal-Anness 3 għandu jkun abjad. Għall-verifika ta’ dawn il-karatteristiċi kolorimetriċi, il-proċedura tal-ittestjar deskritta fil-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi applikata. Barra minn din il-kamp ma għandha tidher ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.
Madankollu, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont is-subparagrafi rilevanti tal-paragrafu 7.1. ta’ dan ir-Regolament.”
Il-Paragrafu 9.2 jiġi emendat biex jaqra:
|
“9.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.” |
Il-Paragrafu 9.3 jiġi emendat biex jaqra:
|
“9.3. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.” |
L-emendi għall-Annessi
L-Anness 4, għandu jitħassar.
L-Anness 5 (ta’ qabel), jingħata numru ġdid bħala l-Anness 4.
L-Anness 4 (ġdid), il-Paragrafu 2.5, jiġi emendat biex jaqra:
“2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-Paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 5 (l-ewwel teħid ta’ kampjuni) tkun ta’ 0,95.”
L-Anness 6 (ta’ qabel), jingħata numru ġdid bħala l-Anness 5.