|
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 38/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 115/2009
tas-6 ta’ Frar 2009
li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu des Causses (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu des Causses”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2). |
|
(2) |
It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Bleu des Causses”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda konċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sommarju tal-ispeċifikazzjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu des Causses” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS I
B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “ Bleu des Causses ”:
“Metodu ta’ produzzjoni”
Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.
Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.
Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni huma t-tames, il-kulturi inoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.
(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).
(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”
ANNESS II
SOMMARJU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
“BLEU DES CAUSSES”
Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0108/29.3.2006
DPO (X) IĠP ( )
Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’finijiet ta’ informazzjoni biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem |
: |
Institut National de l’Origine et de la Qualité |
|
Indirizz |
: |
51 rue d’Anjou – 75 008 Paris |
|
Tel. |
: |
+33 (0)1 53 89 80 00 |
|
Feks |
: |
+33 (0)1 53 89 80 60 |
|
Posta elettronika |
: |
info@inao.gouv.fr |
2. Grupp
|
Isem |
: |
Syndicat du Bleu des Causses |
|
Indirizz |
: |
BP9 – 12004 RODEZ Cedex |
|
Tel. |
: |
+33 (0)5 65 76 53 53 |
|
Feks |
: |
+33 (0)5 65 76 53 00 |
|
Posta elettronika |
: |
françoise.lebrou@valmont.fr |
|
Kompożizzjoni |
: |
produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.3 |
Ġobnijiet |
4. Speċifikazzjoni
(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem
“Bleu des Causses”
4.2. Deskrizzjoni
Ġobon mill-ħalib sħiħ tal-baqra à pâte, tat-tursina mhux ippressat u mhux imsajjar b’kontenut ta’ xaħam ta’ 45 % fir-rigward tal-estratt niexef, li jrid ikun ta’ minimu ta’ 53 gramma għal kull 100 gramma ġobon. Għandu jkun f’għamla ta’ ċilindru ċatt b’piż ta’ bejn 2,3 u 3 kg.
Il-wiċċ tal-ġobon għandu jkun nadif, mingħajr xaħam żejjed u lanqas tebgħa.
4.3. Żona ġeografika
Le Rouergue li jestendi fil-Punent f’żewġ direzzjonijiet fuq Les Causses du Quercy u fil-Lvant fuq Les Causses ta’ Lozère u fuq parti mill-massiv tal-granit ta’ La Margeride li jikkorrispondi ma’ parti mid-dipartiment ta’ Aveyron u d-dipartimenti viċinati ta’ Lot, Lozère, Gard u Héraut, jiġifieri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
: Il-muniċipalità ta’ Trèves. |
|
|
: Il-muniċipalità ta’ Pégairolles-de-l’Escalette. |
4.4. Prova tal-oriġini
Kull lok tal-ipproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta’ kapaċità” irreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.
Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.
4.5. Metodu ta’ produzzjoni
Il-produzzjoni tal-ħalib u dik tal-ġobon għandhom isiru fiż-żona ġeografika. Il-maturazzjoni tal-ġobon isir fl-imħażen tal-Causses inklużi fiż-żona ġeografika limitata għad-distretti ta’ Campagnac, Cornus, Millau, Peyreleau, Sainte-Affrique (Aveyron), fid-distrett ta’ Trèves (Gard) u fid-distrett ta’ Pégairolles-de-l’Escalette (Hérault).
Il-Bleu des Causses jiġi mmanufatturat skont it-tradizzjoni: ħalib sħiħ, li ġeneralment jinħadem fl-istat mhux ippasterizzat, miqbut fis-sħana (30 °C), tqattigħ u tħawwid tal-baqta mqiegħda fil-forom imtaqqbin. Wara l-inseminazzjoni tal-penicillium, il-ġobon, wara li jkun tneħħielu l-ilma, tmellaħ u tnaddaf jinħiet bil-labar biex il-penicillium jitħalla jimmatura fl-arja kiesha tal-imħażen. Il-maturazzjoni ddum bejn tlieta u sitt xhur (mhux inqas minn 70 jum).
4.6. Rabta
L-oriġini tal-Bleu des Causses hija antika daqs tar-Roquefort. Il-bdiewa tal-Causses kellhom id-drawwa li jittrasportaw il-ġobon mill-ħalib tal-baqar f’ħofor naturali, imħaffrin mill-ġebel tal-ġir tal-muntanji, esposti lejn it-tramuntana u soġġetti għall-kurrenti umdi ta’ arja friska. Magħruf l-ewwel bħala Bleu de l’Aveyron, dan il-ġobon ġie definit b’digriet fl-1937, imbagħad fl-1953 taħt l-isem ta’ Bleu des Causses kiseb id-Denominazzjoni tal-Oriġini skont is-sentenza tat-Tribunal ta’ Millau, u ġie kkonfermat bid-digriet tal-21.5.1979.
Il-karatteristika tal-Bleu des Causses hija marbuta mill-qrib mat-territorju fejn jinstab, li jikkonsisti mill-watjiet niexfa tal-ġir, u mimli blat tal-Causses u mal-ispeċifiċità tal-maturazzjoni tiegħu li jdum fit-tul f’għerien naturali, ġeneralment ikkontrollati fil-ħofor tal-ġir, jew fejn tiċċirkola l-arja friska u umda.
4.7. Organu ta’ spezzjoni
|
Isem |
: |
Institut National de l’Origine et de la Qualité (INAO) |
|
Indirizz |
: |
51, Rue d’Anjou, 75008 Paris |
|
Tel. |
: |
+33 (0)1 53 89 80 00 |
|
Feks |
: |
+33 (0)1 53 89 80 60 |
|
Posta elettronika |
: |
info@inao.gouv.fr |
L-Institut National de l’Origine et de la Qualité huwa entità pubblika ta’ natura amministrattiva, b’personalità ċivili, u jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.
Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li għandhom denominazzjoni tal-oriġini qiegħed f’idejn l-INAO.
|
Isem |
: |
Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF) |
|
Indirizz |
: |
59, boulevard Vincent Auriol 75703 PARIS Cédex 13 |
|
Tel. |
: |
+ 33 (0)1 44 87 17 17 |
|
Feks |
: |
+ 33 (0)1 44 97 30 37 |
Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija.
4.8. Tikkettar
—