8.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11122 — EPCG / JTCP / TYMON / CMI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 318/09)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EP Corporate Group, a.s. (“EPCG”, iċ-Ċekja), ikkontrollat finalment minn Daniel Křetínský,

—

TYMON a.s. (“TYMON”, iċ-Ċekja), finalment ikkontrollata minn Roman Korbačka,

—

J&T CAPITAL PARTNERS a.s. (“JTCP”, iċ-Ċekja), finlament ikkontrollata minn J&T Private Equity Group Limited (Ċipru),

—

CZECH MEDIA INVEST a.s. (“CMI” jew “il-Kumpanija fil-Mira”, iċ-Ċekja), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn EPCG, TYMON u E-Commerce and Media Investments, a.s..

EPCG, TYMON u JTCP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CMI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EPCG hija kumpanija azzjonista ta’ investiment Ċeka attiva prinċipalment fl-enerġija, l-infrastruttura, il-kummerċ elettroniku u l-media (permezz ta’ CMI). Daniel Křetínský, is-sid finali tal-EPCG, huwa investitur attiv madwar l-Ewropa.

—

TYMON hija kumpanija azzjonista Ċeka ta’ Roman Korbačka, li huwa investitur fl-Ewropa li jikkontrolla entitajiet attivi fl-inġinerija tal-enerġija, l-infrastruttura tat-trasport, l-industrija tal-karozzi, il-ġestjoni tal-iskart, il-proprjetà immobbli, il-bejgħ tal-ħwejjeġ, il-ġenerazzjoni tal-elettriċità u l-inġinerija tal-enerġija.

—

JTCP hija kumpanija azzjonista Ċeka li hija indirettament ikkontrollata minn J&T Private Equity Group Limited, li hija attiva fil-proprjetà immobbli, il-finanzjament u l-investiment, it-trasport bl-ajru, il-lukandi, is-servizzi tal-ICT, il-prodotti farmaċewtiċi u l-bejgħ bl-imnut.

—

CMI hija kumpanija Ċeka tal-media preżenti f’tipi multipli tal-media inkluż l-istampar, id-diġitali, ir-radju u l-VoD TV. CMI qed tħaddem firxa ta’ attivitajiet tal-media fir-Repubblika Ċeka, Franza u r-Rumanija. CMI għandha diversi marki tad-ditta permezz tas-sussidjarji tagħha. L-attivitajiet tas-CMI huma ffukati fuq is-settur awdjoviżiv u tal-media.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11122 — EPCG / JTCP / TYMON / CMI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.