02009R0891 — MT — 01.02.2017 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

(ĠU L 254 26.9.2009, p. 82)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2010 tal-5 ta’ Awwissu 2010

  L 205

2

6.8.2010

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2010 tal-5 ta’ Awwissu 2010

  L 205

3

6.8.2010

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 61/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012

  L 22

8

25.1.2012

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2014 tal-21 ta' Novembru 2014

  L 335

10

22.11.2014

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1278/2014 tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

26

2.12.2014

►M7

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1538 tat-23 ta' Ġunju 2015

  L 242

1

18.9.2015

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/704 tad-19 ta' April 2017

  L 104

4

20.4.2017


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 102, 16.4.2011, p.  44 (891/2009)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fil-Partijiet I u II tal-Anness I għall-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor imsemmija fi:

(a) l-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1095/96;

▼M5 —————

▼B

(c) l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra;

▼M4 —————

▼M2

(e) l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra;

▼M8

(f) l-Artikolu 27(3) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra ( 1 ), kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ( 2 );

▼M5

(g) l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra ( 3 ), kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ( 4 ).

▼B

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprovdi wkoll għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji, kif stipulati fil-Parti III tal-Anness I, għall-importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu taħt:

(a) l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b) l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL” tfisser iz-zokkor stipulat fl-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1;

(b) “zokkor mill-Balkani” tfisser il-prodotti taz-zokkor li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702 li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja , ►M5  ————— ◄ jew l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ►M4  ————— ◄ u li ġew importati fil-Komunità skont l-Atti msemmija ►M2  il-punti (b) sa (g) ◄ tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1;

(c) “zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali” tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(d) “zokkor ta’ importazzjoni industrijali” tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(e) “piż tel quel” tfisser il-piż taz-zokkor fl-istat naturali;

(f) “raffinar” tfisser l-ipproċessar ta’ zokkor mhux raffinat f’zokkor abjad kif iddefinit fil-punti 1 u 2 tal-Parti II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u kwalunkwe operazzjoni teknika ekwivalenti applikata għaz-zokkor abjad bil-kwantità.

Artikolu 3

Ftuħ u amministrazzjoni

1.  Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

Il-kwantità tal-prodotti, in-numru tal-ordni u r-rata tad-dazju doganali għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness I.

2.  Il-perjodu tal-kwota tariffarja għandu jinqasam f’subperjodi ta' xahar kull wieħed. Il-kwantitajiet għas-subperjodi għandhom ikunu kif ġej:

— 100 % għall-ewwel subperjodu,

— 0 % għas-subperjodi li jifdal.

3.  Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta' kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2).

▼M2

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-ewwel subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2) jistgħu jiġu ppreżentati mit-8 sal-14-il jum tax-xahar ta’ qabel dak is-subperjodu.

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni għan-numri tal-ordni li jkunu spiċċaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tirtira s-sospensjoni u jingħata aċċess mill-ġdid għall-applikazzjonijiet meta l-kwantitajiet jerġgħu jkunu disponibbli skont in-notifiki msemmija fl-Artikoli 9(2)(ii).

Artikolu 6

Tagħrif li għandu jimtela' fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u fuq il-liċenzji tal-importazzjoni

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a) fil-kaxxa 8, il-pajjiż tal-oriġini:

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għaż-żokkor mill-Balkani, għandha tiġi mmarkata b'salib il-kelma “iva” fil-kaxxa 8. Dawk il-liċenzji għandhom jobbligaw l-importazzjoni mill-pajjiż speċifiku;

(b) fil-kaxxa 16, kodiċi tan-NM wieħed bi tmien numri;

(c) fil-kaxxi 17 u 18, il-kwantità f'kilogrammi skont il-piż tel quel;

(d) fil-kaxxa 20:

(i) jew “zokkor maħsub biex jiġi rraffinat” jew “zokkor mhux maħsub biex jiġi rraffinat”, u

(ii) waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

— għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness III,

— għaz-zokkor mill-Balkani, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness III,

— għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness III,

— għaz-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti D tal-Anness III.

(iii) is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu relatati magħha;

(e) fil-kaxxa 24, id-dazju doganali kkonċernat.

Artikolu 7

Obbligi marbutin mal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-preżentazzjoni tal-evidenza prevista f'dak l-Artikolu tista' ma tkunx meħtieġa għall-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

2.  L-ammont ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 20 għal kull tunnellata.

3.  Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati b'impenn mill-applikant għar-raffinar taz-zokkor fil-kwistjoni qabel tmiem it-tielet xahar wara dak li fih tiskadi l-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata.

▼M3

4.  Għaz-zokkor mill-Balkani, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mil-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali skont il-mudell fl-Anness II, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-kwantità msemmija fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ma tistax taqbeż il-kwantità mniżżla fil-liċenzji tal-esportazzjoni.

▼M2

Artikolu 8

Ħruġ u validità ta’ liċenzji tal-importazzjoni

1.  Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mit-23 jum sal-aħħar jum tax-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

2.  Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mill-1 jum sat-8 jum tax-xahar wara dak ix-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

3.  Il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara dak li fih kienu nħarġu iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. F'każ ta’ zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal liema kienu nħarġu.

▼B

Artikolu 9

Notifiki lill-Kummissjoni

▼M2

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni:

(a) sa mhux aktar tard mill-14-il jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(b) sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).

▼B

2.  Permezz ta' deroga fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum ta' kull xahar bi:

(i) il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji maħruġa matul ix-xahar preċedenti,

(ii) il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(c) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji mibgħuta lura matul ix-xahar preċedenti,

3.  Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinqasmu skont in-numru tal-ordni tal-kwota, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u jekk jinvolvux applikazzjonijiet għal liċenzja għaz-zokkor maħsub biex jiġi rraffinat. Huma għandhom jiġu espressi f'kilogrammi f’piż tel quel.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Marzu ta' kull sena bil-kwantitajiet li ġejjin li jirrigwardaw is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti:

(i) il-kwantità totali attwalment importata, maqsuma skont in-numru tal-ordni, il-pajjiż tal-oriġini, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u espressa f'kilogrammi f’piż tel quel;

(ii) il-kwantità ta’ zokkor, skont piż tel quel u f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, li fil-fatt jkun ġie raffinat.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-kwoti tal-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320 fejn il-qari polarimetriku taz-zokkor importat mhux raffinat jibda minn 96 grad, ir-rata ta' EUR 98 għal kull tunnellata għandha tiżdied jew titnaqqas, kif ikun xieraq, b’0,14 % għal kull deċimu ta’ grad differenza stabbilit.



KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAZ-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI EĊĊEZZJONALI U Z-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI INDUSTRIJALI

Artikolu 11

Ftuħ u kwantitajiet

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u z-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-ftuħ tal-kwota tariffarja, il-perjodu tal-kwota tariffarja, u l-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni kollha jew parti minnhom, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 12

Proċessuri ta' zokkor ta' importazzjoni industrijali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandhom jiġu ppreżentati mill-proċessuri fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, anki jekk proċessuri bħal dawn ma kienux involuti f'kummerċ ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 13

Użu ta' liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor industrijali

1.  Il-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali maħruġa għall-kodiċi tan-NM 1701 99 10 jew 1701 99 90 jistgħu jintużaw għall-importazzjoni ta' kodiċi tan-NM ►M6  1701 13 90 , 1701 14 90  ◄ , 1701 12 90 , 1701 91 00 , 1701 99 10 jew 1701 99 90 .

2.  Iz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandu jintuża għal skopijiet ta' produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

3.  L-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom japplikaw għaz-zokkor ta' importazzjonijiet industrijali.

4.  Proċessur għandu jipprovdi evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-kwantitajiet importati bħala zokkor tal-importazzjoni industrijali ntużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 u skont l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. L-evidenza għandha tikkonsisti f'reġistrazzjoni kompjuterizzata fir-reġistri matul jew fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.

5.  Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem is-seba’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, huma għandhom iħallsu, għal kull jum ta’ dewmien, l-ammont ta’ EUR 5 għal kull tunnellata tal-kwantità kkonċernata.

6.  Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem id-disa’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, il-kwantità kkonċernata għandha titqies li hija sovraddikjarata fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.



KAPITOLU III

ĦTIĠIET TA’ PROVVISTA TRADIZZJONALI

Artikolu 14

Sistema ta' raffinaturi full-time

1.  Ir-raffinaturi full-time biss jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor maħsub biex jiġi rraffinat b'data ta' bidu ta' validità matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8, liċenzji bħal dawn għandhom ikunu validi sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni li jkunu nħarġu għaliha.

2.  Jekk, qabel l-1 ta' Jannar ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal zokkor biex jiġi rraffinat għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu daqs jew akbar mit-total tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li l-limitu tal-ħtiġijiet ta' provvista tradizzjonali għal dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ntlaħaq fil-livell Komunitarju.

Mid-data ta' dik in-notifika, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni kkonċernata.

Artikolu 15

Evidenza ta' raffinar u penali

1.  Fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza tal-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata, kull detentur oriġinali ta' liċenzja tal-importazzjoni għal zokkor biex jiġi rraffinat għandu jipprovdi lill-Istat Membru li ħariġha bl-evidenza aċċettabbli għalih li r-raffinar seħħ fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 7(3).

▼M7

Fejn ma tkunx ipprovduta prova li tal-anqas 95 % tal-kwantità msemmija fil-liċenzja tal-importazzjoni jkun ġie raffinat, l-applikant qabel l-1 ta' Ġunju wara s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata, għandu jħallas l-ammont ta' EUR 500 għal kull tunnellata għad-differenza bejn il-kwantità reali li għaliha tkun ġiet ippreżentata prova tar-raffinar u 95 % tal-kwantità msemmija fil-liċenzja tal-importazzjoni, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ta' force majeure.

▼B

2.  Il-produtturi taz-zokkor approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel l-1 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, għandhom jiddikjaraw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-kwantitajiet ta’ zokkor li rraffinaw f’dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, billi jiddikjaraw:

(a) il-kwantitajiet ta' zokkor li jikkorrispondu għal-liċenzji ta' importazzjoni ta' zokkor biex jiġi rraffinat;

(b) il-kwantitajiet ta’ zokkor prodotti fil-Komunità, fejn jingħataw r-referenzi tal-impriża approvata li pproduċiet dak iz-zokkor;

(c) kwantitajiet oħra ta’ zokkor, fejn jiddikjaraw l-oriġini tagħhom.

▼M2

Qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni konċernata, il-produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabli lil Stat Membru li r-raffinar seħħ minħabba raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali.

▼B



KAPITOLU IV

REVOKA U DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 16

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa mħassar b’seħħ mill-1 ta' Ottubru 2009.

Madankollu, il-liċenzji maħruġa skont dak ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Parti I:  Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

Pajjiż terz

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet

(tunnellati)

Rata fil-kwota

(EUR/tunnellata)

L-Awstralja

09.4317

►M6  1701 13 10 , 1701 14 10  ◄

9 925

98

Il-Brażil

09.4318

►M6  1701 13 10 , 1701 14 10  ◄

334 054

98

Il-Kuba

09.4319

►M6  1701 13 10 , 1701 14 10  ◄

68 969

98

Kwalunkwe pajjiż terz

09.4320

►M6  1701 13 10 , 1701 14 10  ◄

253 977

98

L-Indja

09.4321

1701

10 000

0

▼M8



Parti II:  Zokkor Balkani

Pajjiż Terz jew Territorju Doganali

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet (tunnellati)

Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

L-Albanija

09.4324

1701 u 1702

1 000

0

Il-Bożnija-Ħerzegovina

09.4325

1701 u 1702

13 210

0

Is-Serbja

09.4326

1701 u 1702

181 000

0

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

1701 u 1702

7 000

0

▼B



Parti III:  Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Iz-zokkor ta’ importazzjoni

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet

(tunnellati)

Rata fil-kwota

(EUR/tunnellata)

Eċċezzjonali

09.4380

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Industrijali

09.4390

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ




ANNESS II

Mudell tal-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4)

image




ANNESS III

A.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

bil-Bulgaru

:

Захар по CXL отстъпките, внасяна в съответствие с Регламент (ΕО) № 891/2009. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

bl-Ispanjol

:

Azúcar concesiones CXL importado de acuerdo con el Reglamento (CE) no 891/2009. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

biċ-Ċek

:

Koncesní cukr CXL dovezený v souladu s nařízením (ES) č. 891/2009. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

bid-Daniż

:

CXL-indrømmelsessukker importeret i overensstemmelse med forordning (EF) nr. 891/2009. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

bil-Ġermaniż

:

Zucker Zugeständnisse CXL, eingeführt gemäß der Verordnung (EG) Nr. 891/2009. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

bl-Estonjan

:

CXL kontsessioonisuhkur, imporditud kooskõlas määrusega (EÜ) nr 891/2009. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg

:

Ζάχαρη παραχωρήσεων CXL, εισαγόμενη σύμφωνα με τον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 891/2009. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

bl-Ingliż

:

CXL concessions sugar imported in accordance with Regulation (EC) No 891/2009. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

bil-Franċiż

:

Sucre concessions CXL importé conformément au règlement (CE) no 891/2009. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

▼M4

bil-Kroat

:

Šećer iz CXL koncesija uvezen u skladu s Uredbom (EZ) br. 891/2009. Redni broj (umetnuti redni broj u skladu s Prilogom I)

▼B

bit-Taljan

:

Zucchero concessioni CXL importato a norma del regolamento (CE) n. 891/2009. Numero d'ordine [inserire in base all'allegato I]

bil-Latvjan

:

CXL koncesiju cukurs, kas importēts saskaņā ar Regulu (EK) Nr. 891/2009. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

bil-Litwan

:

CXL lengvatinis cukrus, importuotas pagal Reglamentą (EB) Nr. 891/2009. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelettel összhangban behozott CXL engedményes cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

bil-Malti

:

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, iz-zokkor, impurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

bl-Olandiż

:

Suiker CXL-concessies ingevoerd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 891/2009. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk

:

Cukier wymieniony na liście koncesyjnej CXL przywieziony zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 891/2009. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

bil-Portugiż

:

Açúcar «Concessões CXL» importado em conformidade com o Regulamento (CE) n.o 891/2009. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

bir-Rumen

:

Zahăr concesii CXL importat în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 891/2009. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

bis-Slovakk

:

Koncesný cukor CXL dovezený v súlade s nariadením (ES) č. 891/2009. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven

:

Sladkor iz koncesij CXL, uvožen v skladu z Uredbo (ES) št. 891/2009. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

bil-Finlandiż

:

CXL-myönnytyksiin oikeutettu sokeri, joka on tuotu asetuksen (EY) N:o 891/2009 mukaisesti. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

bl-Isvediż

:

Socker enligt CXL-medgivanden importerat i enlighet med förordning (EG) nr 891/2009. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I)

B.   Annotazzjonijiet imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от Балканите. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar Balcanes. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr z balkánských zemí. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, balkansk sukker. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Balkan-Zucker. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, Balkani suhkur. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη Βαλκανίων. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, Balkans sugar. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre Balkans. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

▼M4

bil-Kroat

:

Primjena Uredbe (EZ) br. 891/2009, balkanski šećer. Redni broj [umetnuti redni broj u skladu s Prilogom I)

▼B

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero Balcani. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, Balkānu cukurs. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, Balkanų cukrus. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, balkáni cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor mill-Balkani. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, Balkansuiker. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier z krajów bałkańskich. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar dos Balcãs. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr din Balcani. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor z Balkánu. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, balkanski sladkor. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, Balkanin maista peräisin oleva sokeri. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, Balkansocker. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I).

C.   Annotazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от извънреден внос. Пореден номер 09.4380

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr výjimečného dovozu. Pořadové číslo 09.4380

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, ekstraordinær import af sukker. Løbenummer 09.4380

▼C1

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker zur außerordentlichen Einfuhr. Laufende Nummer 09.4380

▼B

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, erakorraline importsuhkur. Seerianumber 09.4380

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη εξαιρετικής εισαγωγής της ΕΕ. Αύξων αριθμός 09.4380

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, exceptional import sugar. Order No 09.4380

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre importation exceptionnelle. Numéro d'ordre 09.4380

▼M4

bil-Kroat

:

Primjena Uredbe (EZ) br. 891/2009, posebni uvoz šećera. Redni broj 09.4380

▼B

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione eccezionale. Numero d'ordine: 09.4380

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, īpašais importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4380

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, išskirtinis cukraus importas. Eilės Nr. 09.4380

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali. In-numru tal-ordni 09.4380

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor uitzonderlijke invoer. Volgnummer 09.4380

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier pozakwotowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4380

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado a título excepcional. Número de ordem: 09.4380

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr import excepțional. Nr. de ordine 09.4380

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, mimoriadne dovezený cukor. Poradové číslo 09.4380

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz posebnega uvoza. Zaporedna št. 09.4380

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, poikkeustuonnin alainen sokeri. Järjestysnumero 09.4380.

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker för exceptionell import. Löpnummer 09.4380.

D.   Annotazzjonijiet imsemmija fir-raba' inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, индустриална вносна захар. Пореден номер 09.4390

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr průmyslového dovozu. Pořadové číslo 09.4390

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, import af industrisukker. Løbenummer 09.4390

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker — industrielle Einfuhr. Laufende Nummer 09.4390

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, tööstuslik importsuhkur. Seerianumber 09.4390

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, βιομηχανική ζάχαρη εισαγωγής. Αύξων αριθμός 09.4390

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, industrial import sugar. Order No 09.4390

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre industriel importé. Numéro d'ordre 09.4390

▼M4

bil-Kroat

:

Primjena Uredbe (EZ) br. 891/2009, industrijski uvoz šećera. Redni broj 09.4390

▼B

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione industriale. Numero d'ordine: 09.4390

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, rūpnieciska importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4390

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, pramoninio cukraus importas. Eilės Nr. 09.4390

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni industrijali. In-numru tal-ordni 09.4390

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor industriële invoer. Volgnummer 09.4390

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier przemysłowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4390

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado para fins industriais. Número de ordem: 09.4390

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr industrial de import. Nr. de ordine 09.4390

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor na priemyselné spracovanie. Poradové číslo 09.4390

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz industrijskega uvoza. Zaporedna št. 09.4390

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, teollisuuden tarpeisiin tuotava sokeri. Järjestysnumero 09.4390

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker som importeras för industriändamål. Löpnummer 09.4390.



( 1 ) ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

( 2 ) ĠU L 12, 17.1.2017, p. 3.

( 3 ) ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.

( 4 ) ĠU L 233, 6.8.2014, p. 3