<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-546/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0546</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:432">EU:C:2021:432</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210603">3.6.2021</DATE> – Kawża C‑546/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Westerwaldkreis</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-immigrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Kundanna kriminali fl-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(6)</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ dħul</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Revoka tad-deċiżjoni ta’ ritorn</KEYWORD><KEYWORD>Legalità tal-projbizzjoni fuq id-dħul</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑546/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20190509">9 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190716">16 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BZ</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Westerwaldkreis,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal‑Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Ladenburger u C. Cattabriga, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20210210">10 ta’ Frar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn BZ, minn naħa, u l-Westerwaldkreis (id-Distrett ta’ Westerwald, il-Ġermanja), min-naħa l-oħra, dwar il-legalità ta’ deċiżjoni li tipprojbixxi d-dħul u s-soġġorn ta’ BZ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/115</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta’ sanzjoni tal-liġi kriminali, skond il-liġi nazzjonali jew li huma soġġetti għal proċeduri ta’ estradizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ċittadin ta’ pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe persuna li m’hijiex ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea fis-sens ta’ l-Artikolu [21(1) TFUE] u li m’hijiex persuna li tgawdi d-dritt tal-moviment liberu […], kif definit fl-Artikolu 2(5) [tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, jew kondizzjonijiet oħrajn għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ritorn<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser il-proċess tat-tluq lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - kemm jekk b’konformità volontarja ma’ obbligu ta’ ritorn kif ukoll jekk infurzat - għal:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż ta’ transitu skond ftehim ta’ riammissjoni Komunitarja jew bilaterali jew arranġamenti oħra, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż terz ieħor, li għalih iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat volontarjament jiddeċiedi li jirritorna u li fih hu jew hi ser jiġi aċċettat;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ ritorn, jiġifieri t-trasport fiżiku barra mill-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jipprojbixxi dħul lejn u soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri għal perijodu speċifikat, li jakkumpanja deċiżjoni ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru u għandhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandhom jintalbu jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minnufih. Fil-każ ta’ non-konformità miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat ma’ din il-ħtieġa, jew fejn it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali, għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għad-deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed joqgħod illegalment fit-territorju tagħhom jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jittieħed lura minn Stat Membru ieħor skond ftehim jew arranġamenti bilaterali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dan il-każ l-Istat Membru li jkun ħa lura ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jiddeċiedu li jagħtu permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ soġġorn għal raġunijiet ta’ kompassjoni, dawk umanitarji jew għal raġunijiet oħrajn lil ċittadin minn pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. F’dan il-każ m’għandha tinħareġ ebda deċiżjoni ta’ ritorn. Fejn deċiżjoni ta’ ritorn tkun diġà nħarġet, din għandha tiġi rtirata jew sospiża tul iż-żmien tal-validità tal-permess ta’ residenza jew ta’ awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkun is-suġġett ta’ proċedura pendenti għat-tiġdid tal-permess ta’ residenza tiegħu jew tagħha jew ta’ xi permess ieħor li joffri d-dritt ta’ soġġorn, dak l-Istat Membru għandu jikkunsidra li joqgħod lura milli joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn sakemm tintemm il-proċedura pendenti, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(3) u (4) tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Tluq volontarju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ċerti obbligi maħsuba biex jevitaw ir-riskju ta’ ħarba, bħal ma huma r-rappurtar regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja adegwata, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu jiġu imposti għat-tul tal-perijodu ta’ tluq volontarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun hemm riskju ta’ ħarba, jew jekk applikazzjoni għal soġġorn legali tkun ġiet miċħuda għax kienet bla bażi jew ibbażata fuq frodi jew jekk il-persuna konċernata tippreżenta riskju għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu ma jagħtux perijodu ta’ żmien għat-tluq volontarju, jew jistgħu jagħtu perijodu iqsar minn sebat ijiem.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-direttiva msemmija, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Posponiment ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jipposponu t-tneħħija:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta hija tikser il-prinċipju ta’ non-refoulement […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk tneħħija tiġi posposta kif previst fil-paragrafi 1 u 2, l-obbligi previsti fl-Artikolu 7(3) jistgħu jiġu imposti fuq iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Deċiżjonijiet ta’ ritorn għandhom ikunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għat-tluq volontarju jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>F’każijiet oħrajn, deċiżjonijiet ta’ ritorn jistgħu jkunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul għandu jiġi determinat b’kont dovut taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ individwali u fil-prinċipju ma għandux jeċċedi il-ħames snin. Hu jista’ madankollu jeċċedi l-ħames snin jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ta’ theddida serja għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 562/2006, imħassar u ssostitwit mill-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE> bir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="245" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 245, p. 32</REF.DOC.OJ>), kien jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorn previst fit-territorju tal-Istati Membri ta’ tul ta’ mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum. Mill-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, dawn il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2016/399.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Manwal dwar ir-Ritorn</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Manwal dwar ir-Ritorn jinsab anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2338 tas-<DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE> li tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Manwal dwar ir-Ritorn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu l-kompiti relatati mar-ritorn (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="339" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2017">ĠU 2017,<?PAGE NO="5"?> L 339, p. 83</REF.DOC.OJ>). Kif jirriżulta mill-punt 2 ta’ din ir-rakkomandazzjoni, dan il-Manwal jikkostitwixxi għodda ta’ referenza għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti marbuta mar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Manwal dwar ir-Ritorn fih paragrafu 11, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Projbizzjonijiet fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li l-ħames subparagrafu tiegħu huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Ir-regoli dwar il-projbizzjonijiet fuq id-dħul relatati mar-ritorn skont id-Direttiva [2008/115] ma jaffettwawx il-projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġin għal skopijiet mhux marbutin mal-migrazzjoni, bħal projbizzjonijiet fuq id-dħul relatati ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu wettqu reati serji jew li għalihom hemm indikazzjoni ċara li hemm intenzjoni li jsir tali reat (ara l-Artikolu 24(2) ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II). <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="381" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 381, p. 4</REF.DOC.OJ>] jew projbizzjonijiet fuq id-dħul li jikkostitwixxu miżura restrittiva adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-[Trattat] UE, inklużi miżuri li jimplimentaw projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar maħruġin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet (il-Liġi dwar ir-Residenza, ix-Xogħol u l-Integrazzjoni tal-Barranin fit-Territorju Federali) (BGBI. 2008 I, p. 162), fil-verżjoni tagħha applikabbli meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>AufenthG<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), fiha Artikolu 11, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadin barrani li kien suġġett għal miżura ta’ tkeċċija, ta’ refoulement jew ta’ tneħħija ma jibqagħlu d-dritt la li jidħol mill-ġdid fit-territorju tar-Repubblika Federali u lanqas li jirrisjedi hemmhekk u l-ebda permess ta’ residenza ma jista’ jinħariġlu, anki meta jkollu dritt għalih abbażi tal-liġi preżenti (projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul u ta’ residenza huwa stabbilit <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Dan it-terminu jibda jiddekorri mid-data tat-tluq taċ-ċittadin barrani. Fil-każ ta’ tkeċċija, it-tul tal-projbizzjoni għandu jiġi stabbilit fl-istess ħin tas-sentenza ta’ tkeċċija. Fil-każijiet l-oħra, dan għandu jiġi stabbilit fl-istess ħin tal-għoti tal-ordni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tneħħija u l-iktar tard waqt it-tneħħija jew ir-refoulement. Sabiex tiġi evitata theddida għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, dan it-terminu jista’ jkun suġġett għal kundizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-assenza pprovata ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ konsum jew ta’ traffikar tad-droga. Jekk din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfatta mal-iskadenza tat-terminu, għandu japplika terminu itwal, li għandu jiġi stabbilit <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fl-istess żmien tat-terminu stabbilit skont il-ħames sentenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul u ta’ residenza jaqa’ taħt deċiżjoni diskrezzjonali. Dan ma jistax ikun itwal minn ħames snin ħlief jekk iċ-ċittadin barrani ġie mkeċċi wara kundanna kriminali jew jekk ikun ta’ perikolu gravi għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku. It-tul tal-projbizzjoni ma jistax jeċċedi l-għaxar snin.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Obbligu ta’ tluq mit-territorju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="050.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin barrani huwa suġġett għal obbligu li jitlaq mit-territorju jekk ma huwiex jew jekk ma jibqax detentur tal-permess ta’ residenza meħtieġ […].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="050.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin barrani huwa marbut li jitlaq mit-territorju tar-Repubblika Federali mingħajr dewmien jew, jekk ingħata terminu sabiex jitlaq mit-territorju, qabel ma jiskadi dan it-terminu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tmiem tal-legalità tar-residenza; Żamma ta’ restrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprevedi, fil-punt 5 tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-permess ta’ residenza ma jibqax validu fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: […]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>fil-każ tat-tkeċċija taċ-ċittadin barrani, […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 53(1) tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Tkeċċija<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Iċ-ċittadin barrani li r-residenza tiegħu tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, għall-ordni kostituzzjonali demokratiku u liberu jew għal kwalunkwe interess maġġuri ieħor tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandu jkun is-suġġett ta’ miżura ta’ tkeċċija jekk, fid-dawl tal-fatti kollha tal-każ, l-ibbilanċjar bejn l-interess li jirrappreżenta t-tluq tiegħu u l-interess tiegħu li jibqa’ fit-territorju tar-Repubblika Federali juri li l-interess pubbliku fit-tluq tiegħu jipprevali.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 54(1) tal-AufenthG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="054.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-interess fit-tkeċċija ta’ ċittadin barrani fis-sens tal-Artikolu 53(1) huwa partikolarment importanti:</P><P>1) jekk ikun ġie kkundannat, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tkun kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, għal kundanna ta’ priġunerija […]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Tkeċċija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jipprovdi, fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="058.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin barrani għandu jkun is-suġġett ta’ miżura ta’ tkeċċija jekk l-obbligu tiegħu li jitlaq mit-territorju jkun infurzabbli, jekk ma ngħatax terminu sabiex jitlaq mit-territorju jew jekk dan it-terminu skada, u jekk l-eżekuzzjoni volontarja tal-obbligu tiegħu li jitlaq mit-territorju ma hijiex assigurata jew jekk il-kontroll ta’ dan jidher neċessarju minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="058.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[…] Fil-każijiet l-oħra, l-obbligu ta’ tluq mit-territorju jsir infurzabbli biss meta r-rifjut tal-għoti tal-permess ta’ residenza jew ta’ att amministrattiv ieħor li abbażi tiegħu ċ-ċittadin barrani huwa marbut li jitlaq mit-territorju konformement mal-Artikolu 50(1) isiru huma stess infurzabbli.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Ordni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jipprovdi, fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="059.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tkeċċija għandha tiġi ppreċeduta minn ordni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija li tistabbilixxi terminu raġonevoli ta’ tluq volontarju ta’ bejn sebat ijiem u 30 jum. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ordni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija għandha tindika l-Istat li lejh iċ-ċittadin barrani għandu jitkeċċa u għandha tippreċiża li dan jista’ wkoll jitkeċċa lejn Stat ieħor li fit-territorju tiegħu huwa awtorizzat jidħol jew li huwa obbligat li jaċċettah.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 60a tal-AufenthG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Sospensjoni provviżorja tat-tkeċċija (Tolleranza)<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafi (2) sa (4) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060A.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ikun hemm sospensjoni tat-tkeċċija taċ-ċittadin barrani sakemm din it-tneħħija ma tkunx possibbli minħabba raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi u sakemm ma jingħatalu l-ebda permess ta’ residenza temporanju. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="060A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sospensjoni tat-tkeċċija taċ-ċittadin barrani sseħħ mingħajr preġudizzju għall-obbligu tiegħu li jitlaq mit-territorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="060A.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin barrani li jibbenefika mis-sospensjoni tat-tkeċċija għandu jingħata ċertifikat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>BZ, ta’ nazzjonalità mhux iddeterminata, twieled fis-Sirja u ilu jgħix fil-Ġermanja mill-1990. Minkejja li minn dik id-data kien suġġett għall-obbligu li jitlaq mit-territorju, huwa baqa’ jgħix f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>sospensjoni provviżorja ta’ tkeċċija (Tolleranza)<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li ġiet imġedda regolarment, abbażi tal-Artikolu 60a tal-AufenthG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, BZ ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ tliet snin u erba’ xhur minħabba reati relatati ma’ sostenn tat-terroriżmu. F’Marzu 2014, huwa bbenefika minn sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-perijodu ta’ priġunerija li kien għad fadallu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minħabba din il-kundanna kriminali, il-Westerwaldkreis (id-Distrett ta’ Westerwald) ordna t-tkeċċija ta’ BZ permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140224">24 ta’ Frar 2014</DATE>, abbażi tal-Artikolu 53(1) tal-AufenthG. Din id-deċiżjoni kienet tinkludi wkoll projbizzjoni fuq id-dħul u ta’ residenza fil-Ġermanja għal perijodu ta’ sitt snin, imnaqqas sussegwentement għal erba’ snin, li jibda jiddekorri mid-data li fiha BZ ikun effettivament telaq mit-territorju Ġermaniż, u limitat sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20230721">21 ta’ Lulju 2023</DATE>. Fl-istess ħin, id-Distrett ta’ Westerwald adotta fir-rigward ta’ BZ deċiżjoni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>BZ oppona dawn id-deċiżjonijiet. Waqt is-seduta quddiem il-Kummissjoni ta’ Oppożizzjoni, id-Distrett ta’ Westerwald irtira d-deċiżjoni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija. Il-bqija tal-oppożizzjoni ta’ BZ ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan ippreżenta rikors kontra d-deċiżjonijiet adottati fir-rigward tiegħu quddiem il-Verwaltungsgericht Koblenz (il-Qorti Amministrattiva ta’ Koblenz, il-Ġermanja). Peress li dan ir-rikors ġie miċħud, BZ appella mid-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem l-Oberverwaltungsgericht Rheinland‑Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland‑Pfalz, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Talba għal ażil ta’ BZ ġiet sussegwentement miċħuda bħala manifestament infondata mill-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u tar-Refuġjati, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170721">21 ta’ Lulju 2017</DATE>. Din l-awtorità kkonstatat ukoll li BZ ma setax jintbagħat lura lejn is-Sirja, peress li l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni ta’ tkeċċija kienu ssodisfatti fir-rigward ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20180405">5 ta’ April 2018</DATE>, l-Oberverwaltungsgericht Rheinland‑Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland‑Pfalz) ċaħdet l-appell ippreżentat minn BZ intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija u għall-iffissar tat-tul tal-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza. Għaldaqstant, BZ ippreżenta, quddiem il-qorti tar-rinviju, rikors għal Reviżjoni kontra dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li ċaħdet ir-rikors għal Reviżjoni ta’ BZ, sa fejn dan ir-rikors kien jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ tkeċċija adottata fil-konfront tiegħu, li b’hekk saret definittiva. Hija sseparat il-proċedura għal Reviżjoni billi komplietha biss sa fejn din kienet tirrigwarda d-deċiżjoni li jitnaqqas għal erba’ snin minn eventwali tluq ta’ BZ mit-territorju Ġermaniż u sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20230721">21 ta’ Lulju 2023</DATE> it-tul tal-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza li takkumpanja dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li, skont id-dritt Ġermaniż, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, abbażi tal-Artikolu 53 tal-AufenthG, għandha bħala konsegwenza, minn naħa, li ttemm il-validità tal-permess ta’ residenza tal-persuna kkonċernata, konformement mal-punt 5 tal-Artikolu 51(1) tal-AufenthG, u, min-naħa l-oħra, li tipprojbixxi, abbażi tal-Artikolu 11(1) tal-AufenthG, id-dħul u r-residenza kif ukoll il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza ġdid għal din il-persuna, qabel l-iskadenza tat-tul tas-sentenza ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża wkoll li, fid-dritt Ġermaniż, id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115. Min-naħa l-oħra, skont il-qorti tar-rinviju, dan huwa l-każ fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tkeċċija, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 59(1) tal-AufenthG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju żżid tgħid li ordni ta’ tkeċċija, adottata abbażi tal-Artikolu 53 tal-AufenthG, ma twassalx neċessarjament għat-tkeċċija taċ-ċittadin barrani kkonċernat. Fil-fatt, il-persuni li r-residenza tagħhom tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà pubblika jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali miżura, anki meta t-tneħħija tagħhom mit-territorju Ġermaniż ma tkunx possibbli minħabba s-sitwazzjoni li tipprevali fil-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom. F’dan il-każ, id-dritt nazzjonali ma jimponix l-irtirar tal-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza imposta, skont l-Artikolu 11(1) tal-AufenthG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-punt jekk projbizzjoni fuq id-dħul u ta’ residenza deċiża kontra ċittadin ta’ pajjiż terz għal finijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>mhux relatati mal-migrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, b’mod partikolari akkumpanjata minn deċiżjoni ta’ tkeċċija, taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115. Id-dubji tagħha jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-indikazzjoni, fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 11 tal-Manwal dwar ir-Ritorn, li tipprovdi li r-regoli applikabbli għall-projbizzjonijiet fuq id-dħul marbuta mar-ritorn skont id-Direttiva 2008/115 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ma jaffettwawx il-projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġin għal skopijiet mhux marbutin mal-migrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma użatx il-fakultà, prevista fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115, li ma tapplikax din id-direttiva fuq iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ kundanna kriminali li tipprevedi jew li jkollha bħala konsegwenza r-ritorn tagħhom, konformement mad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni ta’ dħul maħruġa kontra ċittadin ta’ pajjiż terz għal finijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>mhux marbuta mal-migrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> taqa’ fi kwalunkwe każ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [2008/115], jekk l-Istat Membru ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà taħt l-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda tkun fin-negattiv: tali projbizzjoni ta’ dħul hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115 anki jekk, indipendentement mid-digriet ta’ tkeċċija maħruġ fil-konfront tiegħu[, li miegħu hija marbuta l-projbizzjoni ta’ dħul], iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa resident illegali u b’hekk jaqa’, bħala prinċpju, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Projbizzjonijiet ta’ dħul maħruġa għal finijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>mhux marbuta mal-migrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jinkludu projbizzjoni ta’ dħul maħruġa inkonessjoni ma’ ordni ta’ tkeċċija għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ordni [pubbliku] (fil-każ ineżami: biss għal raġunijiet kawtelatorji ġenerali fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu)?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-projbizzjoni ta’ dħul taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-irtirar amministrattiv ta’ deċiżjoni ta’ ritorn (jiġifieri, f’dan il-każ, l-ordni ta’ tneħħija) jimplika l-illegalità tal-projbizzjoni ta’ dħul (fis-sens tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2008/115), maħruġa fl-istess żmien tad-deċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ikun hemm din il-konsegwenza legali anki jekk l-ordni ta’ tneħħija amministrattiva li tkun ippreċediet id-deċiżjoni ta’ ritorn tkun (saret) definittiva?<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Ġermaniż osserva li, kuntrarjament għall-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet użat il-fakultà, prevista fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115, li ma tapplikax din id-direttiva għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ kundanna kriminali li tipprevedi jew li jkollha bħala konsegwenza r-ritorn tagħhom, konformement mad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż irrefera, b’mod partikolari, għall-espożizzjoni tal-motivi tal-liġi li ttrasponiet id-Direttiva 2008/115 fl-ordinament ġuridiku Ġermaniż, li minnha kien jirriżulta li d-deroga għat-tul massimu ta’ ħames snin tal-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 11(3) tal-AufenthG kienet, b’mod partikolari, ibbażata fuq l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ġermaniż, peress li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali ġew adottati billi ntużat il-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115, l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva mitluba mill-qorti tar-rinviju hija irrilevanti għall-kawża mressqa quddiemha. Konsegwentement, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija responsabbli li tiddefinixxi, u li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-eżattezza tagħhom, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq domanda magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandhiex rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex twieġeb b’mod effettiv għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, b’risposta għal talba għal informazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju kkonfermat li, skont l-interpretazzjoni tagħha tad-dritt Ġermaniż, il-leġiżlatur Ġermaniż ma ddeċidiex, abbażi tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115, li jeskludi kompletament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ sanzjoni kriminali li tipprevedi jew li għandha bħala konsegwenza r-ritorn tagħhom. Mill-espożizzjoni tal-motivi invokata mill-Gvern Ġermaniż jirriżulta li l-leġiżlatur Ġermaniż kellu l-intenzjoni li jidderoga biss mid-dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 11(2) tal-imsemmija direttiva, dwar it-tul massimu ta’ validità tal-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ soġġorn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ tali indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, ma jistax jitqies li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba minn dik il-qorti ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, b’tali mod li ma jidhirx b’mod manifest li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni huma irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għal projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, imposta minn Stat Membru, li ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-direttiva, kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku, abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115, din tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu b’mod irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>soġġorn illegali [residenza irregolari]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-direttiva msemmija bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew kondizzjonijiet oħrajn għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jirriżulta li kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, għas-soġġorn jew għar-residenza f’dan il-pajjiż ikun, b’dan il-fatt biss, f’residenza irregolari u, għaldaqstant, ikun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Affum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:408">EU:C:2016:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Gnandi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:465">EU:C:2018:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa ddefinit b’riferiment biss għas-sitwazzjoni ta’ residenza irregolari li fiha jkun jinsab ċittadin ta’ pajjiż terz, indipendentement mir-raġunijiet li jkunu wasslu għal din is-sitwazzjoni jew mill-miżuri li jkunu jistgħu jiġu adottati fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115, li skontu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jneħħu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ kundanna kriminali li tipprevedi jew li għandha bħala konsegwenza r-ritorn tagħhom, konformement mad-dritt nazzjonali, jew li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ estradizzjoni, jikkonferma din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, ma kienx ikun neċessarju li tiġi prevista, f’dispożizzjoni speċifika, tali fakultà għall-Istati Membri, li kieku ċ-ċittadini terzi inkwistjoni ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jistgħux jiġu kkontestati mill-ħames subparagrafu tal-paragrafu 11 tal-Manwal dwar ir-Ritorn. Fil-fatt, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115, kif jirriżulta b’mod inekwivoku mill-Artikolu 2(1) tagħha, ma jistax jiġi emendat b’rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, liema rakkomandazzjoni ma għandhiex effett vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għal projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, deċiża minn Stat Membru, li ma jkunx għamel użu<?PAGE NO="11"?> mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija direttiva, kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku, abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2008/115 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ż-żamma fis-seħħ ta’ projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, deċiża minn Stat Membru kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, li saret definittiva, adottata għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti, meta d-deċiżjoni ta’ ritorn adottata fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin mill-imsemmi Stat Membru tkun ġiet irtirata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jipprojbixxi dħul lejn u soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri għal perijodu speċifikat, li jakkumpanja deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Din id-deċiżjoni tal-aħħar hija ddefinita fil-punt 4 tal-Artikolu 3 bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/115, id-deċiżjonijiet ta’ ritorn għandhom ikunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għat-tluq volontarju jew jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie osservat. Fil-każijiet l-oħra, id-deċiżjonijiet ta’ ritorn jistgħu jkunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> hija maħsuba sabiex tikkompleta deċiżjoni ta’ ritorn, billi tipprojbixxi lill-persuna kkonċernata għal żmien determinat wara r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ritorn<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tagħha, kif dan it-terminu huwa ddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115, u għalhekk wara t-tluq tagħha mit-territorju tal-Istati Membri, milli tidħol mill-ġdid f’dan it-territorju u sussegwentement tirrisjedi hemmhekk (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ouhrami</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:590">EU:C:2017:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>JZ (Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ projbizzjoni fuq id-dħul)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:724">EU:C:2020:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, projbizzjoni fuq id-dħul tipproduċi l-effetti tagħha biss mill-mument li fih il-persuna kkonċernata titlaq effettivament mit-territorju tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>JZ (Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ projbizzjoni fuq id-dħul)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:724">EU:C:2020:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju indikat, minn naħa, li, fid-dritt Ġermaniż, hija l-ordni ta’ tluq mit-territorju taħt piena ta’ tneħħija, fis-sens tal-Artikolu 59 tal-AufenthG, li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115, u, min-naħa l-oħra, li jekk BZ kien inizjalment is-suġġett ta’ tali deċiżjoni, din tal-aħħar, sussegwentement, ġiet irtirata, b’tali mod li l-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza deċiża kontra BZ attwalment ma takkumpanja ebda deċiżjoni ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk projbizzjoni fuq id-dħul li tirriżulta mid-Direttiva 2008/115 ma tistax tipproduċi l-effetti legali tagħha stess ħlief wara l-eżekuzzjoni, volontarja jew furzata, tad-deċiżjoni ta’ ritorn, din ma tistax tibqa’ fis-seħħ wara l-irtirar ta’ din id-deċiżjoni ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi ppreċiżat ukoll li mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115 jirriżulta li, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-artikolu, l-Istati Membri huma marbuta li jieħdu deċiżjoni ta’ ritorn kontra kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment fit-territorju tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta Stat Membru jkollu quddiemu ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab fit-territorju tiegħu u li ma jkollux jew ma jkollux iktar permess ta’ residenza validu, dan l-Istat Membru għandu jiddetermina, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, jekk hemmx lok li dan iċ-ċittadin jingħata permess ta’ residenza ġdid. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Istat Membru kkonċernat huwa obbligat jadotta fir-rigward tal-imsemmi ċittadin deċiżjoni ta’ ritorn li, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/115, tista’ jew għandha tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, ikun kuntrarju kemm għall-għan tad-Direttiva 2008/115, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tagħha, kif ukoll għall-formulazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, li tiġi ttollerata l-eżistenza ta’ status intermedju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr dritt jew permess ta’ residenza u, jekk ikun il-każ, ikunu s-suġġett ta’ projbizzjoni fuq id-dħul, iżda li fir-rigward tagħhom ma tkun għadha teżisti ebda deċiżjoni ta’ ritorn valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jibqgħu validi wkoll fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru li, bħal BZ, ma jistgħux jitneħħew, peress li l-prinċipju ta’ non-refoulement jipprekludi dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2008/115 jirriżulta li dan il-fatt ma jiġġustifikax in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’tali sitwazzjoni, iżda biss il-posponiment tat-tneħħija tiegħu, b’eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, il-fatt li deċiżjoni ta’ tkeċċija, bħal dik li kien is-suġġett tagħha BZ, saret definittiva ma jistax jiġġustifika li tinżamm fis-seħħ projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, filwaqt li, fir-rigward ta’ BZ, ma teżisti ebda deċiżjoni ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ż-żamma fis-seħħ ta’ projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, imposta minn Stat Membru kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, li tkun saret definittiva, adottata għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti, meta d-deċiżjoni ta’ ritorn adottata fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin mill-imsemmi Stat Membru tkun ġiet irtirata minkejja li din id-deċiżjoni ta’ tkeċċija tkun saret definittiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għal projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, deċiża minn Stat Membru, li ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija direttiva, kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku, abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ż-żamma fis-seħħ ta’ projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, imposta minn Stat Membru kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ ordni ta’ tkeċċija, li tkun saret definittiva, adottata għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti, meta d-deċiżjoni ta’ ritorn adottata fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin mill-imsemmi Stat Membru tkun ġiet irtirata minkejja li din id-deċiżjoni ta’ tkeċċija tkun saret definittiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>