|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/887 |
25.3.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/887
tat-22 ta’ Marzu 2024
li jemenda l-Annessi IV, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tagħlif tal-annimali, it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a, il-fażi introduttorja u l-punt (m) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u għat-tqegħid fis-suq tal-annimali ħajjin u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u, f’ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-projbizzjonijiet dwar it-tagħlif tal-annimali, li għalih hemm regoli speċifiċi stipulati fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 (2) emenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 biex jawtorizza l-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata mill-insetti, mit-tjur tat-trobbija u mill-annimali porċini, u l-għalf kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali għat-tagħlif tal-annimali porċini u tat-tjur tat-trobbija. Madankollu, jidher li (d), (e) u (f) ġew miżjuda bi żball fl-Anness IV, il-Kapitolu III, it-Taqsima B, il-punt 1, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Il-punt 1 kellu jibqa’ maħsub għall-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-għalf kompost li fih materjali tal-għalf li huma permessi fit-tagħlif ta’ kwalunkwe annimal mhux ruminanti mrobbi, meta jitqies li l-kundizzjonijiet speċifiċi fil-każ tal-użu ta’ materjali tal-għalf oħrajn huma stabbiliti fit-Taqsimiet xierqa tal-Kapitolu IV ta’ dak l-Anness. Involontarjament, dan irriżulta f’duplikazzjoni ta’ ċerti obbligi tal-elenkar għall-Istati Membri stabbiliti fil-Kapitolu V. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru diversi korrezzjonijiet xierqa fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 fit-Taqsima B tal-Kapitolu III, it-Taqsima H tal-Kapitolu IV, u t-Taqsima A tal-Kapitolu V ta’ dak l-Anness. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1605 (4), introduċa rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fil-pjanti li jipproċessaw il-fertilizzanti bl-għan li jiġu ddeterminati l-punti aħħarin għal ċerti fertilizzanti u tejjieba tal-ħamrija, li abbażi tagħhom imbagħad dawn il-prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr kontrolli ulterjuri tas-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li dan jiġi rifless fil-kundizzjonijiet relatati mal-esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u tejjieba tal-ħamrija li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali ruminanti, stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kapitolu V, it-Taqsima E ta’ dak l-Anness jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 stabbilew rekwiżiti dettaljati relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’, fost l-oħrajn, annimali ovini, kaprini u prodotti derivati minn dawn l-ispeċijiet. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (5), jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tranżitorji fl-Anness VIII, il-Kapitolu A, it-Taqsima A, il-punti 1.2 u 1.3, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li kienu maħsuba biex jiżguraw tranżizzjoni bla xkiel għal perjodu ta’ 7 snin, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-1 ta’ Jannar 2021. Issa huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji jitħassru. |
|
(6) |
Minbarra dan, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (6) fil-Kapitolu A, it-Taqsima A, il-punti 1.2, 1.3 u 4.1., ta’ dak ir-Regolament. Billi d-Direttiva 92/65/KEE issa tħassret bir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (7), mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dawn ir-referenzi jiġu aġġornati. |
|
(7) |
L-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 kienu emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/772 (8), biex jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-ikel (EFSA) tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar ir-reżistenza Ġenetika għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSE) fil-mogħoż (9), sabiex jiġi rikonoxxut li l-mogħoż jistgħu jkunu wkoll reżistenti ġenetikament għar-razez tal-iscrapie klassika, magħrufa li jseħħu b’mod naturali fil-popolazzjoni tal-mogħoż tal-Unjoni, meta jkollhom wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146. Madankollu, l-emendi magħmula fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 bir-Regolament (UE) 2020/772 ma allinjawx għalkollox il-kundizzjonijiet applikabbli għall-mogħoż reżistenti ġenetikament ma’ dawk applikabbli għan-nagħaġ reżistenti ġenetikament, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet biex azjenda agrikola tkun rikonoxxuta bħala li għandha riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat tal-iscrapie klassika u r-rekwiżiti għall-kummerċ intra-Unjoni tas-semen u tal-embrijuni kaprini stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u r-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ta’ annimali kaprini, annimali kaprini maħsuba għat-tnissil, kif ukoll tas-semen u tal-embrijuni kaprini stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament. Jidher li huwa xieraq li dan l-allinjament jiġi finalizzat biex jiġi promoss l-aħjar użu possibbli tal-annimali reżistenti ġenetikament u tal-prodotti ġerminali tagħhom biex tiġi kkontrollata l-iscrapie klassika. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi IV, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġu emendati u kkoreġuti skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001
L-Annessi IV, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont il-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa kkoreġut skont il-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, għajr l-annimali bil-pil, bi proteina dderivata mill-annimali (ĠU L 295, 18.8.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(4) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1605 tat-22 ta’ Mejju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 198, 8.8.2023, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/772 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għal enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-mogħoż u fir-razez fil-periklu li jintilfu (ĠU L 184, 12.6.2020, p. 43).
(9) EFSA Journal 2017;15(8):4962.
ANNESS
PARTI A
EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) NRU 999/2001
L-Annessi IV, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness IV, il-Kapitolu V, it-Taqsima E hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness VIII, il-Kapitolu A, it-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
PARTI B
KORREZZJONIJIET GĦAR-REGOLAMENT (KE) NRU 999/2001
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu III, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fil-Kapitolu IV, fit-Taqsima H, l-aħħar inċiż tal-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-Kapitolu V, fit-Taqsima A, fil-punt 1, (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1605 tat-22 ta’ Mejju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ punti ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 198, 8.8.2023, p. 1).”;
(*2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1).”;
(*3) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/887/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)