European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4792

30.7.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11618 – INFRANITY / EURAZEO / ETIX EVERYWHERE HOLDING)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4792)

1.   

Fit-23 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Infranity Equity Fund SCA SICAV-RAIF (“Infranity”, Franza), ikkontrollat minn Assicurazioni Generali (l-Italja),

—

Eurazeo Transition Infrastructure Fund (“Eurazeo”, Franza), ikkontrollat minn Eurazeo S.E. (Franza), u minn

—

Etix Everywhere Holding (“Etix”, Franza), ikkontrollat minn GDCG EE PTY Limited (l-Awstralja) u minn Eurazeo.

Infranity u Eurazeo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Etix.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Infranity, irrappreżentata mill-amministratur tal-portafoll tagħha Infranity SAS, hija kumpannija ta’ ġestjoni tal-assi inkorporata fi Franza li tispeċjalizza fl-investimenti infrastrutturali u kkontrollata minn Assicurazioni Generali, kumpannija tal-assigurazzjoni Taljana,

—

Eurazeo hija kumpanija ta’ investiment ikkwotata bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Pariġi li timmaniġġja portafoll ta’ assi diversifikati li jiffoka fuq tliet attivitajiet ewlenin: l-ekwità privata, id-dejn privat u l-assi reali,

—

Etix hija attiva fil-forniment ta’ ċentri tad-data skalabbli li jiżguraw konnettività b’veloċità għolja permezz tal-ospitar ta’ ċentri ewlenin tat-telekomunikazzjoni. Etix Everywhere Holding hija l-kumpannija holding, inkorporata fi Franza, tal-grupp Etix, li żviluppat portafoll ta’ 15-il ċentru tad-data li jinsabu fi Franza, fil-Belġju u fit-Tajlandja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11618 – INFRANITY / EURAZEO / ETIX EVERYWHERE HOLDING

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠC C 160, 5 ta’ Mejju 2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4792/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)