02007R0786 — MT — 19.02.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 786/2007 ta’ l-4 ta’ Lulju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175 5.7.2007, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2013 tal-4 ta’ Frar 2013 |
L 34 |
12 |
5.2.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/138 tad-29 ta' Jannar 2019 |
L 26 |
1 |
30.1.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 786/2007
ta’ l-4 ta’ Lulju 2007
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi zootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12% |
|||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||
|
4a3 |
►M2 Elanco GmbH ◄ |
Endo-1,4-beta-mannanase KE 3.2.1.78 (Hemicell) |
Kompożizzjoni ta' l-addittiv Preparazzjoni ta' l-endo-1,4-beta-mannanase prodott mill-Bacillus lentus (ATCC 55045) li għandu attività minima ta': Fil-forma likwida: 7,2 × 105 U (1)/ml Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Endo-1,4-beta-mannanase prodott bil-Bacillus lentus (ATCC 55045) Metodu analitiku (2) Analiżi taz-zokkor li jirreaġixxi għall-Endo-1,4-beta-mannanase permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' l-aċidu dinitrosaliċikliku fuq l-ammont ta' zokkor li jirreaġixxi. |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
79 200 U |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. 2. Għandu jintuża tagħmir ta' protezzjoni għan-nifs u nuċċali tas-sikurezza. 3. Għall-użu fl-għalf kompost li għandu ħafna hemicelluloses li fih il-galactomannan (eż. soya, qamħirrun) |
25 ta’ Lulju 2017 |
|
(1) Unità ta' attività hija ddefinita bħala l-ammont ta' enżima li tiġġenera 0,72 mikrogrammi ta' zokkor li jirreaġixxi (ekwivalenti tal-mannose) minn sottostrat li fih il-mannan (gomma tal-ħarrub) kull minuta meta l-pH tkun 7,5 u temp. 40 °C. (2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/ |
|||||||||