<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12011MTB.0300131101.case.xml"><NO.CASE>T-443/08</NO.CASE><NO.CASE>T-455/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008TJ0443</NO.CELEX><NO.SEQ>0014.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-1319</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-1401</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>83</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110324">24.3.2011</DATE> — KAWŻI T-443/08 U T-455/08</LEFT><RIGHT>FREISTAAT SACHSEN <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi T-443/08 u T-455/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Freistaat Sachsen</HT> (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Land Sachsen-Anhalt</HT> (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn U. Soltész, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fil-Kawża T-443/08,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mitteldeutsche Flughafen AG,</HT> stabbilita f’Leipzig (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Flughafen Leipzig-Halle GmbH</HT>, stabbilita f’Leipzig,</P><P>irrappreżentati minn M. Núñez-Müller, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fil-Kawża T-455/08,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><?PAGE NO="II-1320"?><P>sostnuti minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT> irrappreżentata minn M. Lumma u B. Klein, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV)</HT>, irrappreżentata minn L. Giesberts, avukat,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn K. Gross, B. Martenczuk u E. Righini, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2008" NO.OJ="346" PAGE.FIRST="1">ĠU L 346, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><?PAGE NO="II-1321"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. E. Martins Ribeiro, President, S. Papasavvas (Relatur) u A. Dittrich, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Il-grupp DHL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>DHL<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>) huwa wieħed mill-gruppi prinċipali li joperaw fis-settur tal-kunsinna ta’ pakketti espress. Huwa kkontrollat 100 % minn Deutsche Post AG.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Wara li nnegozja ma’ diversi ajruporti, fl-2005, DHL iddeċieda li jitrasferixxi ċ-ċentru amministrattiv Ewropew għall-ġarr bl-ajru tiegħu minn Brussell (il-Belġju) lejn Leipzig-Halle (il-Ġermanja), mill-2008.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1322"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ajruport ta’ Leipzig-Halle jitħaddem minn Flughafen Leipzig-Halle GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FLH<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>), li hija sussidjarja ta’ Mitteldeutsche Flughafen AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>MF<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>). MF għandha 94 % tal-azzjonijiet f’FLH. L-azzjonisti l-oħra ta’ FHL huma l-Land Sachsen (5.5 %), il-Landkreis Nordsachsen (0.25 %) u l-belt ta’ Schkeuditz (0.25 %). L-azzjonisti ta’ MF huma l-Land Sachsen (76.64 %) u l-Land Sachsen-Anhalt (18.54 %), kif ukoll il-bliet ta’ Dresde (2.52 %), ta’ Halle (0.2 %) u ta’ Leipzig (2.1 %). MF ma għandha l-ebda azzjonist privat.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE>, MF iddeċidiet li tibni runway ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>). Din kellha tiġi ffinanzjata permezz ta’ kontribuzzjoni ta’ kapital, fl-ammont ta’ EUR 350 miljun, lil MF jew lil FLH mill-azzjonisti pubbliċi tagħhom (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kontribuzzjoni ta’ kapital<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050921">21 ta’ Settembru 2005</DATE>, FLH, MF u DHL Hub Leipzig GmbH iffirmaw ftehim qafas (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ftehim qafas<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>). Skont il-ftehim qafas, FLH hija obbligata tibni r-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar u tosserva impenji oħra matul dan iż-żmien kollu. Fost dawn l-impenji hemm, b’mod partikolari, il-garanzija li topera b’mod kontinwu fuq ir-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, 24 siegħa fuq 24 siegħa u 7 jiem fuq 7, u l-garanzija li mill-inqas 90 % tat-trasport bl-ajru mwettaq minn jew għal DHL ikun jista’ jsir fi kwalunkwe mument mill-imsemmija runway. Il-ftehim qafas jiffissa l-kundizzjonijiet li FLH u MF jiggarantixxu li jwettqu għall-bidu tal-bini u għat-tħaddim tar-runway il-ġdida, kif ukoll għall-funzjonament ulterjuri tagħha. Huwa jinkludi wkoll ftehim dwar il-kundizzjonijiet għall-użu, it-taxxi tal-ajruport u l-kiri tal-artijiet. Fir-rigward tal-garanziji ta’ wara li jibda t-tħaddim taċ-ċentru amministrattiv ġdid, il-ftehim qafas jipprovdi li jekk FLH, wara l-imsemmi tħaddim, ma tosservax il-kundizzjonijiet għall-użu inklużi fih, FLH u MF ikunu obbligati jikkumpensaw lil DHL Hub Leipzig għal kwalunkwe dannu u kwalunkwe telf li hija tkun subiet. Fil-każ ta’ limitazzjoni sostanzjali tal-attivitajiet tagħha, DHL Hub Leipzig tkun tista’ wkoll ixxolji l-ftehim qafas u titlob kumpens għall-ispejjeż kollha li huma direttament jew indirettament marbuta mat-trasferiment lejn ajruport ieħor. Jekk DHL Hub Leipzig ikollha tibdel l-ajruport minħabba projbizzjoni regolatorja tat-titjiriet ta’ bil-lejl, FLH tista’ tkun obbligata li tagħti kumpens.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1323"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Land Sachsen ħarġet dikjarazzjoni mill-Istat favur FLH u DHL Hub Leipzig (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dikjarazzjoni mill-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/>). Din għandha l-għan li tiżgura l-effiċjenza finanzjarja ta’ FLH waqt il-perijodu tal-ftehim qafas u tobbliga lil Land Sachsen tikkumpensa lil DHL Hub Leipzig, fil-każ li l-ajruport ta’ LeipzigHalle ma jkunx jista’ jintuża kif previst.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bil-ftehim qafas u bid-dikjarazzjoni mill-Istat, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali u l-awtoritajiet Ġermaniżi kkomunikawilha fl-<DATE ISO="20060724">24 ta’ Lulju 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060726">26 ta’ Lulju</DATE> u fil-<DATE ISO="20060821">21 ta’ Awwissu 2006</DATE> saru laqgħat li għalihom ipparteċipaw id-dipartimenti tal-Kummissjoni, FLH, MF, DHL u l-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE> il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 88(2) KE. Din kienet tirrigwarda l-ftehim qafas, id-dikjarazzjoni mill-Istat kif ukoll il-kontribuzzjoni ta’ kapital. Din id-deċiżjoni u s-sejħa lill-partijiet ikkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna msemmija ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-<DATE ISO="20070302">2 ta’ Marzu 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="7">ĠU C 48, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1324"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fit-<DATE ISO="20070223">23 ta’ Frar 2007</DATE>. Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn terzi kkonċernati li hija kkomunikat lill-awtoritajiet Ġermaniżi permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20070516">16 ta’ Mejju 2007</DATE>, filwaqt li tathom il-possibbiltà li jirrispondu fi żmien xahar. Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tal-imsemmija awtoritajiet permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20070613">13 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fuq talba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġew organizzati laqgħat fit-<DATE ISO="20070618">18 ta’ Ġunju</DATE> u fil-<DATE ISO="20070925">25 ta’ Settembru 2007</DATE>. Wara dawn il-laqgħat, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkomunikaw informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni, fid-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru</DATE> u fis-<DATE ISO="20071207">7</DATE> u t-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, kif ukoll fis-<DATE ISO="20080317">17 ta’ Marzu</DATE> u fid-<DATE ISO="20080409">9 ta’ April 2008</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/948/KE dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju ta’ DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2008" NO.OJ="346" PAGE.FIRST="1">ĠU L 346, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Deċiżjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni qieset li l-għajnuna mill-Istat ta’ EUR 350 miljun li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha l-intenzjoni li tagħti lil FLH għall-finijiet tal-bini tar-runway fid-direzzjoni ta’ nofsinhar u tal-infrastrutturi tal-ajruport konnessi magħha, kienet kompatibbli mas-suq komuni, skont l-Artikolu 87(3)(ċ) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ftehim qafas u tad-dikjarazzjoni mill-Istat, il-Kummissjoni qieset li, minn naħa, il-garanziji mingħajr restrizzjonijiet mogħtija f’dan il-ftehim u, min-naħa l-oħra, l-imsemmija ittra, kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE sa fejn il-Land Sachsen, MF u FLH koprew ir-riskji tal-operat ta’<?PAGE NO="II-1325"?> DHL taħt kundizzjonijiet li investitur privat li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>investitur privat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>) ma kienx jaċċetta. Peress li DHL kien diġà bbenefika mill-ammont massimu ta’ għajnuna għall-investiment kompatibbli skont l-Artikolu 87(3)(a) KE, il-Kummissjoni qieset li l-garanziji mingħajr restrizzjonijiet tal-ftehim qafas u tad-dikjarazzjoni mill-Istat ma kinux kompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-Deċiżjoni jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat ta’ 350 miljun euro li [r-Repubblika Federali ta]l-Ġermanja trid tagħti lill-ajruport Leipzig/Halle għall-bini tal-karreġġjata l-ġdid għat-tlugħ u l-inżul fin-nofsinhar u għal faċilitajiet tal-ajruport marbuta magħha hija skont l-Artikolu 87 paragrafu 3(c) [KE].</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat li [r-Repubblika Federali ta]l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHL permezz ta’ dikjarazzjoni mill-Istat mhijiex konformi mas-Suq Kommuni. Konsegwentament din l-għajnuna ma tistax tingħata.</ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="II-1326"?><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat ta[r-Repubblika Federali ta]l-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL dwar l-aċċettazzjoni ta’ garanziji mingħajr restrizzjonijiet (skont il-paragrafi 8 u 9 tal-ftehim strutturali [qafas]) mhijiex konformi mas-Suq Kommuni. Għalhekk dawn il-garanziji bla restrizzjonijiet stipulati fil-ftehim strutturali [qafas] għandhom jiġu annullati.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>[Ir-Repubblika Federali tal-]Ġermanja tiġbor lura l-parti mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 li kienet diġà disponibbli għad-DHL (jiġifieri l-ħlasijiet għall-garanziji għall-perjodu mill-<DATE ISO="20071001">1 ta’ Ottubru 2007</DATE> sa meta jiġu annullati l-garanziji mingħajr restrizzjonijiet).</P><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/></P></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li ġraw wara d-Deċiżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081118">18</DATE> u s-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-azzjonisti ta’ MF u ta’ FLH ikkonkludew ftehim dwar il-finanzjament tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar għall-ammont ta’ EUR 350 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan il-ftehim.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1327"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Din in-notifika ġiet irreġistrata taħt ir-referenza Nru 665/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, wara skambju ta’ korrispondenza u laqgħa mal-awtoritajiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2009) 7185, dwar l-għajnuna mill-Istat N 665/2008 (Il-Ġermanja – Ajruport ta’ Leipzig-Halle), li permezz tagħha hija tiddikjara li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament Nru 659/1999. Essenzjalment hija qieset, minn naħa, li peress li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu kkonfermaw li n-notifika kienet tirrigwarda l-istess miżuri ta’ finanzjament bħal dawk approvati mid-Deċiżjoni, l-imsemmija notifika kienet tirrigwarda miżura ta’ għajnuna li hija diġà awtorizzata fis-sens tal-Artikolu 1(b)(ii) tal-imsemmi regolament u, min-naħa l-oħra, li din in-notifika ma tirrigwardax emenda ta’ għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) fis-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ir-rikorrenti Freistaat Sachsen, Land Sachsen-Anhalt, MF u FLH, ippreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fit-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet li tintervjeni fil-kawżi preżenti insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fil-Qorti Ġenerali, fit-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) talbet li tintervjeni fil-kawżi preżenti insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1328"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ digrieti tat-<DATE ISO="20090330">30 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tal-ADV.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-ADV ippreżentat in-nota ta’ intervent tagħha fil-<DATE ISO="20090511">11 ta’ Mejju 2009</DATE>. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma ppreżentax nota ta’ intervent fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq in-noti ta’ intervent tal-ADV fis-26 (Kawża T-455/08) u fis-<DATE ISO="20090527">27 ta’ Mejju 2009</DATE> (Kawża T-443/08).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq in-nota ta’ intervent tal-ADV fit-<DATE ISO="20090729">29 ta’ Lulju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali, wara li nstemgħu l-partijiet, iddeċieda li jgħaqqad il-kawżi preżenti għall-finijiet tal-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Matul is-seduta, li seħħet fit-<DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE> u li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma pparteċipatx fiha, instemgħu it-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali. Matul din is-seduta huma ppreżentaw ukoll sentenza tal-Bundesgerichtshof (Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tal-<DATE ISO="20030404">4 ta’ April 2003</DATE>, li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tinkludiha fil-proċess.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1329"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara li nstemgħu il-partijiet fuq dan il-punt matul is-seduta, il-Qorti Ġenerali qieset li hemm lok li l-kawżi preżenti jingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza, skont l-Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, sostnuti mill-ADV, jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, sa fejn il-Kummissjoni ssostni, minn naħa, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija għajnuna mill-Istat tammonta għal EUR 350 miljun.</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="II-1330"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar in-nota ta’ intervent tal-ADV, il-Kummissjoni talbet ukoll li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkundanna lill-ADV għall-ispejjeż marbuta mal-intervent.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Mingħajr ma qajmet formalment eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni ssostni li r-rikors fil-Kawża T-443/08 huwa inammissibbli peress li r-rikorrenti f’din il-kawża ma humiex ikkonċernati indiviwalment u ma għandhomx interess ġuridiku, iżda huma jikkontestaw dan. F’dan il-kuntest, il-partijiet jopponu wkoll il-konsegwenzi ġuridiċi tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis opportun li, qabel kollox, teżamina l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ibbażata fuq nuqqas ta’ interess ġuridiku.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tal-konsegwenzi ġuridiċi tad-Deċiżjoni, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jsostnu, l-ewwel nett, li l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat twassal, skont id-dritt Ġermaniż, għall-invalidità tagħha. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof jirriżulta li kuntratt li jagħti<?PAGE NO="II-1331"?> għajnuna qabel ma din tkun ġiet innotifikata huwa invalidu b’mod irrimedjabbli, skont l-Artikolu 134 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż, minħabba l-ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 88(3) KE. Din l-invalidità ma tistax tiġi rregolarizzata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni jew minn konferma kuntrattwali tal-att li huwa null. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li tindika l-Kummissjoni, din l-invalidità ma teliminax l-effettività tad-Deċiżjoni. Fil-fatt, jekk l-imsemmija invalidità tiġi annullata, din ikollha effett dissważiv u għaldaqstant preventiv, li jsaħħaħ l-effikaċità tal-projbizzjoni ta’ implementazzjoni prevista fl-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni nett, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jesponu l-konsegwenzi li jista’ jkollha l-invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, b’mod partikolari, fir-rigward tad-dritt tal-kumpanniji u tal-insolvenza. Fl-ewwel lok huma jindikaw li, jekk id-Deċiżjoni tkun definittiva, FLH u MF ikunu mhedda b’insolvenza. L-invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital timplika, fil-fatt, il-ħlas ta’ interessi għolja għall-perijodu bejn l-għoti tal-għajnuna u d-Deċiżjoni, kif ukoll talba ta’ ħlas lura sa EUR 350 miljun. Din tal-aħħar tista’ twassal għall-insolvenza ta’ FLH. F’dan ir-rigward, għal dak li jikkonċerna l-fatt li d-dritt tal-Unjoni ma jeżiġix il-ħlas lura tal-għajnuna kollha, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jirrispondu li dan ma jfissirx li huwa jipprojbixxih, peress li l-Istati Membri jistgħu josservaw l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni billi jmorru lil hinn minn dawn. L-insolvenza ta’ FLH tista’ twassal għall-insolvenza ta’ MF, peress li din hija obbligata, skont id-dritt Ġermaniż, li tkopri l-iżbilanċ annwali tas-sussidjarja tagħha. L-insolvenza ta’ MF tista’, min-naħa tagħha, twassal għall-insolvenza ta’ sussidjarji oħrajn, fid-dawl tal-eżistenza ta’ kuntratti li jipprevedu l-kontroll u t-trasferiment ta’ profitti konklużi bejn MF u s-sussidjarji tagħha. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jenfasizzaw li l-insolvenza ta’ FLH tista’ ċċaħħad lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle mil-liċenzja sabiex jopera. Fil-fatt, skont id-dritt Ġermaniż, liċenzja sabiex topera hija rrevokata meta l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja, fosthom dik tal-qligħ ekonomiku tal-operatur, ma jkunux iktar sodisfatti. Issa, dan ikun il-każ jekk FLH tkun falluta. Jekk l-ajruport ma jkollux liċenzja sabiex jopera, huwa jkun fil-perikolu li jagħlaq, u dan jirriżulta f’telf ta’ numru kbir ta’ xogħlijiet. Fit-tielet lok, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jikkunsidraw l-eventwali konsegwenzi tal-invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital fuq l-eżattezza tal-kontijiet annwali antiki ta’ FLH u MF u r-rettifika tagħhom, kif ukoll l-eventwali ksur, mid-diretturi tagħhom, tal-obbligu li jiddikjaraw l-insolvenza ta’ dawn il-kumpanniji. Fir-raba’ lok, huma jirrilevaw<?PAGE NO="II-1332"?> li d-diretturi ta’ FLH u ta’ MF jistgħu jkunu responsabbli ċivilment, skont id-dritt Ġermaniż, minħabba l-waqfien tal-ħlas jew id-dejn eċċessiv tal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 isostnu li huma għandhom interess ġuridiku f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jsostnu li jeżisti interess ġuridiku meta deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax it-talbiet tal-persuni li pparteċipaw fil-proċedura amministrattiva. Issa, f’dan il-każ, matul il-proċedura amministrattiva, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ddefendew it-teżi li l-finanzjamenti ta’ infrastrutturi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat, filwaqt li l-Kummissjoni tqis li dan huwa l-każ. Fil-fehma tagħhom, l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna hija distinta mill-konstatazzjoni li ma ngħatat ebda għajnuna. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, hija rilevanti peress li tagħti lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tevalwa jekk il-miżura hijiex kompatibbli mas-suq komuni fis-sens tal-Artikolu 87(3) KE u sabiex tissuġġetta l-awtorizzazzjoni tagħha għal ċerti kundizzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Kummissjoni tista’, billi tawtorizza miżura, iċċaħħad lill-persuna interessata minn kull rimedju, ma huwiex kompatibbli mas-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji prevista mit-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 isostnu li l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat tirriżulta f’numru sostanzjali ta’ konsegwenzi dannużi għalihom, li jistgħu jiġu rrimedjati biss permezz tal-annullament parzjali tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, huma jsostnu li skont il-ġurisprudenza, il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat tikkostitwixxi deċiżjoni li tikkawża preġudizzju. Għaldaqstant, l-annullament ta’ deċiżjoni relattiva, b’mod partikolari, għall-klassifikazzjoni bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat jista’ jippreżenta interess, inkluż jekk l-għajnuna hija sussegwentement iddikjarata kompatibbli. Mill-ġurisprudenza<?PAGE NO="II-1333"?> jirriżulta wkoll li l-interess ġuridiku jista’ jiġi rikonoxxut meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tidher <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li tagħti benefiċċju, iżda li sussegwentement tirriżulta f’żvantaġġ, minħabba fatti li ma kinux inklużi fiha. Fl-aħħar nett, il-partikolarità ta’ dan il-każ, meta mqabbel mal-ġurisprudenza li hija l-iktar restrittiva, tirriżulta min-natura imprevedibbli, skont id-dritt Ġermaniż, tal-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligu ta’ notifika tal-kontribuzzjoni ta’ kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jsostnu li teżisti inċertezza dwar l-ammont tal-għajnuna. Fil-fatt, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni tqis li l-EUR 350 miljun tal-kontribuzzjoni ta’ kapital ma jaqax kollu kemm hu taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, peress li ċerti spejjeż jaqgħu taħt missjoni ta’ servizz pubbliku, hija madankollu tindika, fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, li għajnuna ta’ EUR 350 miljun hija kompatibbli mas-suq komuni. Għaldaqstant, il-kwistjoni ta’ liema hija l-parti minn din is-somma li ma taqax taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat tibqa’ miftuħa. Issa, l-invalidità, skont id-dritt nazzjonali, tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, kif ukoll il-konsegwenzi tagħha, tista’ tapplika biss għall-parti li hija kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet, il-persuni interessati ma jistgħux ikunu jafu liema somma taqa’ taħt l-Aritkolu 87 KE u liema hija l-portata tal-konsegwenzi inkwistjoni. Fil-fehma tar-rikorrenti fil-Kawża T-443/08, dan iwassal għal inċertezza legali li tirriżulta direttament mid-Deċiżjoni. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni fid-Deċiżjoni, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma jistgħux jippreċiżaw, b’mod ġudizzjarju, il-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan fid-dritt Ġermaniż u sentenza tal-Qorti Ġenerali biss tippermettilhom jaġixxu sussegwentement skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq in-nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tagħhom, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jfakkru li l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat tikkawża l-invalidità tal-kuntratt li fuqu hija bbażata, flimkien mal-konsegwenzi li jistgħu joħolqu preġudizzju, li jirriżultaw minn dan. Barra minn hekk, din il-klassifikazzjoni tinvolvi ksur tal-Artikolu 88(3) KE u għaldaqstant <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>difett ta’ illegalità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>. Apparti dan, l-imsemmija klassifikazzjoni tippreġudika s-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 sa fejn huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-finanzjamenti<?PAGE NO="II-1334"?> futuri tal-infrastrutturi tal-ajruporti. Barra minn hekk, il-kwistjoni jekk tali finanzjamenti jaqgħux taħt dispożizzjonijiet tat-Trattat KE u jekk il-Kummissjoni għandhiex il-kompetenzi previsti fl-Artikolu 88 KE tiddependi wkoll minn din il-klassifikazzjoni. Apparti dan, minn naħa, il-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u dawk li ma jikkostitwixxux dan huma suġġetti għal regoli differenti. Min-naħa l-oħra, peress li l-għajnuna awtorizzata kienet għajnuna eżistenti, kull tibdil fil-finanzjament tal-infrastrutturi għandu jiġi nnotifikat. Fl-aħħar nett, il-klassifikazzjoni inkwistjoni għandha riperkussjonijiet negattivi fuq il-legalità tal-għajnuna futura minħabba l-akkomulazzjoni li din tinvolvi.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta d-deskrizzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi tad-Deċiżjoni, magħmula mir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08, u ssostni li huma ma għandhomx interess ġuridiku fil-konfront tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li rikors għal annullament imressaq minn persuna fiżika jew ġuridika huwa ammissibbli biss sa fejn ir-rikorrenti jkollha interess fl-annullament tal-att ikkontestat. Dan l-interess għandu jkun effettiv u attwali u għandu jiġi evalwat fil-ġurnata li fiha jiġi ppreżentat ir-rikors (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Sniace vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-141/03" PAGE.ECR="II-1197" YEAR="2005">T-141/03, Ġabra p. II-1197</REF.DOC.ECR>, punt 25 u tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, Salvat père &amp; fils <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-136/05" PAGE.ECR="II-4063" YEAR="2007">T-136/05, Ġabra p. II-4063</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jitolbu l-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, sa fejn hija ssostni, minn naħa, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitiwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija għajnuna tammonta għal EUR 350 miljun.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1335"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont l-imsemmi artikolu, l-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ EUR 350 miljun, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar u għall-infrastrutturi tal-ajruport konnessi magħha, hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, is-sempliċi fatt li d-Deċiżjoni tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni u għaldaqstant, bħala prinċipju, ma hijiex ta’ preġudizzju għar-rikorrenti fil-Kawża T-443/08, ma teżonerax lill-qorti tal-Unjoni milli teżamina jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tipproduċix effetti legali vinkolanti tali li jaffettaw l-interessi tal-imsemmija rikorrenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20020130">30 ta’ Jannar 2002</DATE>, Nuove Industrie Molisane vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-212/00" PAGE.ECR="II-347" YEAR="2002">T-212/00, Ġabra p. II-347</REF.DOC.ECR>, punt 38, u Salvat père &amp; fils <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 46 iktar ’il fuq, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jqajmu argumenti ta’ natura proċedurali. F’dan il-kuntest, l-ewwel nett, huma jallegaw li d-Deċiżjoni ma kinitx tissodisfa t-talbiet li huma għamlu matul il-proċedura amministrattiva. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura tal-istħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat hija, fid-dawl tal-istruttura ġenerali tagħha, proċedura disponibbli biss fil-konfront tal-Istat Membru responsabbli mill-għoti tal-għajnuna (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-74/00 P+C-75/00 P" PAGE.ECR="I-7869" YEAR="2002">C-74/00 P u C-75/00 P, Ġabra p. I-7869</REF.DOC.ECR>, punt 81; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="234/84" PAGE.ECR="2263" YEAR="1986">234/84, Ġabra p. 2263</REF.DOC.ECR>, punt 29). L-impriżi benefiċjarji tal-għajnuna u l-entitajiet territorjali infrastatali li jagħtu l-għajnuna, l-istess bħall-kompetituri tal-benefiċjarji tal-għajnuna, jitqiesu biss bħala persuni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>interessati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/> f’din il-proċedura (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-228/99+T-233/99" PAGE.ECR="II-435" YEAR="2003">T-228/99 u T-233/99, Ġabra p. II-435</REF.DOC.ECR>, punt 122, u l-ġurisprudenza ċċitata), fejn il-ġurisprudenza essenzjalment tagħti lil dawn tal-aħħar ir-rwol ta’ sorsi ta’ informazzjoni (sentenza Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 125). Barra minn hekk, il-fatt li d-Deċiżjoni ma tikkorrispondix mal-pożizzjoni espressa mir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 matul il-proċedura amministrattiva, fih<?PAGE NO="II-1336"?> innifsu, ma jipproduċi l-ebda effett ġuridiku vinkolanti tali li jaffettwa l-interessi tagħhom. Għaldaqstant, l-interess ġuridiku tagħhom ma jistax jibbaża fuqu biss.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jikkonċerna l-argument ibbażat fuq il-fatt li l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat timplika li r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 għandhom jinnotifikaw il-finanzjamenti futuri ta’ infrastrutturi tal-ajruport, għandu jiġi kkonstatat li dan għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, l-obbligu li l-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jiġu nnotifikati joħroġ direttament mit-Trattat KE, u b’mod partikolari, mill-Arikolu 88(3) KE u mhux mid-Deċiżjoni li tikkonstata li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tielet nett, għal dak li jikkonċerna l-argument li l-imsemmija klassifikazzjoni ppermettiet lill-Kummissjoni sabiex teżerċita s-setgħat mogħtija lilha permezz tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat u sabiex teżamina l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni, qabel kollox għandu jiġi rrilevat li, il-fatt li l-Kummissjoni setgħet, wara li kklassifikat il-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat, teżamina l-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni ma huwiex, fih innifsu, determinanti fil-kuntest tal-isħarriġ tal-interess ġuridiku, peress li l-Kummissjoni ddikjarat, mingħajr ebda kundizzjoni, li l-imsemmija għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni u dan, bħala prinċipju, ma jistax ikun ta’ preġudizzju, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 49 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Imbagħad, sa fejn l-argument tar-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti u l-obbligi li jirriżultaw minnhom, b’mod partikolari mill-obbligu li jiġu ppreżentati rapporti annwali dwar l-iskema, għandu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex rilevanti. Fil-fatt, il-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna individwali u mhux skema ta’ għajnuna, tali li ladarba tiġi approvata, hija ma tistax titqies bħala skema ta’ għajnuna eżistenti. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskemi ta’ għajnuna eżistenti u l-obbligi li jirriżultaw minnhom ma humiex rilevanti għal dan il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1337"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hemm lok li jiġi miċħud l-argument li l-klassifikazzjoni inkwistjoni jista’ jkollha influwenza fuq għajnuna futura minħabba l-applikazzjoni ta’ regola ta’ nuqqas ta’ akkumulazzjoni. Fil-fatt, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma invokaw l-ebda dispożizzjoni li, fil-kuntest tal-infrastrutturi tal-ajruport, tipprojbixxi l-akkumulazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ għajnuna. Barra minn hekk, la l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 KE u 88 KE kif ukoll tal-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għal għajnuna mill-Istat għat-trasport bl-ajru (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1994" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="5">ĠU 1994, C 350, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Komunikazzjoni tal-1994<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>) u lanqas il-Linji gwida Komunitarji dwar il-finanzjament ta’ ajruporti u l-għajnuna għall-bidu mill-Istat mogħtija lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2005" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="1">ĠU 2005, C 312, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Linji gwida tal-2005<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>) ma jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw regola kontra l-akkumulazzjoni għal dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat favur l-infrastrutturi tal-ajruporti.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għal dak li jikkonċerna l-argument li, billi tawtorizza l-kontribuzzjoni ta’ kapital, il-Kummissjoni ma tistax iċċaħħad lir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 minn rimedju kontra l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat, għandu jitfakkar li l-Unjoni hija Unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt fejn l-istituzzjonijet tagħha huma suġġetti għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mat-Trattat KE u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt, li minnhom jagħmlu parti d-drittijiet fundamentali. Għaldaqstant, l-individwi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li huma jgawdu taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni peress li d-dritt għal protezzjoni bħal din jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri. Dan id-dritt huwa stabbilit ukoll mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19860515">15 ta’ Mejju 1986</DATE>, Johnston, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="222/84" PAGE.ECR="1651" YEAR="1986">222/84, Ġabra p. 1651</REF.DOC.ECR>, punt 18; tas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-424/99" PAGE.ECR="I-9285" YEAR="2001">C-424/99, Ġabra p. I-9285</REF.DOC.ECR>, punt 45, u tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/00 P" PAGE.ECR="I-6677" YEAR="2002">C-50/00 P, Ġabra p. I-6677</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39). Madankollu, f’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma huma, bl-ebda mod, imċaħħda minn kull protezzjoni ġuridizzjarja effettiva. Fil-fatt, anki jekk dan ir-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli, xejn ma jipprekludihom milli jissuġġerixxu lill-qorti nazzjonali, fil-kuntest ta’ kawża quddiem din tal-aħħar, fejn huma ser ikunu eventwalment imsejħa sabiex jassumu l-konsegwenzi tal-allegata invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital li huma jevokaw, sabiex isir rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE bl-għan li jimminaw mill-ġdid il-validità tad-Deċiżjoni sa fejn<?PAGE NO="II-1338"?> hija tikkonstata li l-miżura inkwistjoni hija għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Sniace vs Il-Kummissjoni, punt 46 iktar ’il fuq, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata) u sa fejn hija tikkonstata li l-imsemmija għajnuna tammonta għal EUR 350 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jirreferu għan-numru sostanzjali ta’ konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, huma jieħdu bħal sostenn, minn naħa, in-natura imprevedibbli tal-konsegwenzi ġuridiċi li joħorġu mill-imsemmija klassifikazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-inċertezza fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għal dak li jikkonċerna l-imsemmija natura imprevedibbli, għandu jiġi kkonstatat li hija ma tistax tkun il-bażi tal-interess ġuridiku fil-Kawża T-443/08.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżula li rikorrent ma jistax jinvoka sitwazzjonijiet futuri u inċerti sabiex jiġġustifika l-interess tiegħu li jitlob l-annullament tal-att ikkontestat (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="19920917">17 ta’ Settembru 1992</DATE>, NBV u NVB vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-138/89" PAGE.ECR="II-2181" YEAR="1992">T-138/89, Ġabra p. II-2181</REF.DOC.ECR>, punt 33; Sniace vs Il-Kummissjoni, punt 46 iktar ’il fuq, punt 26 u Salvat père &amp; fils <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 46 iktar ’il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 sempliċement isostnu li, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof dwar l-għajnuna illegali, il-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat twassal għall-invalidità tagħha mingħajr ebda rimedju, fid-dritt Ġermaniż, u jiddeskrivu l-konsegwenzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>possibbli<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/> ta’ dan. Madankollu, huma ma jipproduċu l-ebda prova li tippermetti li jitqies li l-invalidità u l-allegati konsegwenzi tagħha jikkostitwixxu, f’dan il-każ, interess effettiv u attwali fis-sens tal-ġurisprudenza.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1339"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar preliminarjament li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-għajnuna tkun ingħatat lill-benefiċjarju bi ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE, il-qorti nazzjonali, fuq talba ta’ operatur ieħor, tista’ tiddeċiedi, anki wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva, dwar il-validità tal-atti ta’ implementazzjoni u dwar l-irkupru tas-sostenn finanzjarju mogħti. Mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, CELF u ministre de la Culture et de la Communication (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/06" PAGE.ECR="I-469" YEAR="2008">C-199/06, Ġabra p. I-469</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sentenza CELF<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>, punt 46) jirriżulta li, f’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-qorti nazzjonali tordna l-miżuri adegwati sabiex jingħata rimedju effettiv għall-effetti tal-illegalità, iżda li, anki fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, dan ma jobbligahiex tirkupra l-għajnuna illegali kollha. Fl-istess każ, skont id-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali għandha tordna lill-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex iħallas l-interessi għall-perijodu tal-illegalità. Barra minn hekk, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali hija tista’, jekk ikun il-każ, tordna l-irkupru tal-għajnuna illegali, bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru li jerġa’ jimplementa l-għajnuna sussegwentement. Hija tista’ wkoll tasal sabiex tilqa’ talbiet għal kumpens minħabba n-natura illegali tal-għajnuna. Jidher għaldaqstant li, fl-ipoteżi ta’ implementazzjoni illegali ta’ għajnuna segwita minn deċiżjoni pożittiva min-naħa tal-Kummissjoni, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-benefiċjarju, minn naħa, jista’ jitlob il-ħlas tal-għajnuna dovuta fil-futur, u, min-naħa l-oħra, jista’ jżomm il-parti tal-għajnuna mogħtija preċedentement għad-deċiżjoni pożittiva, bla ħsara għall-konsegwenzi li joħorġu mill-illegalità tal-għajnuna mħallsa b’mod prematur, fil-kundizzjonijiet deskritti mis-sentenza CELF (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Wienstrom, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/07" PAGE.ECR="I-10393" YEAR="2008">C-384/07, Ġabra p. I-10393</REF.DOC.ECR>, punti 27 sa 30, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, minn naħa, tal-allegata invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, għandu jiġi rrilevat mingħajr ma jkun hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar il-konsegwenzi ġuridiċi skont id-dritt Ġermaniż, tal-illegalità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, li r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma jindikawx kif, minbarra l-allegati konsegwenzi li jirriżultaw minn din l-invalidità (ara punt 62 iktar ’il fuq), din tal-aħħar hija, fiha nnifisha, f’pożizzjoni li taffettwa l-interessi tagħhom, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 46 iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1340"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-allegati konsegwenzi tal-invalidità, l-argumenti tar-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, il-konsegwenzi msemmija, fil-każ li jseħħu, ma jkollhomx impatt dirett fuq l-imsemmija rikorrenti iżda jaffettwaw lil FLH u MF. Barra minn hekk, kif indikaw dawn tal-aħħar bħala risposta għal domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, huma fil-fatt huma stess u mhux ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 li kellhom iħallsu l-interessi fuq l-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ kapital għall-perijodu bejn l-għoti ta’ din tal-aħħar u d-Deċiżjoni kkontestata, u dan skont is-sentenza CELF, hekk kif il-Kummissjoni rrilevat fid-deċiżjoni tagħha tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (ara l-punt 20 iktar ’il fuq). Issa, l-inammissibbiltà ta’ talba għal annullament magħmula minn persuna fiżika jew ġuridika hija suġġetta għall-kundizzjoni li din tiġġustifika interess personali sabiex jinkiseb l-annullament tal-att ikkontestat (ara d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tad-<DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, Unjonie provinciale degli agricoltori di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-78/98" PAGE.ECR="II-1377" YEAR="1999">T-78/98, Ġabra p. II-1377</REF.DOC.ECR>, punt 30). Fir-rigward tal-fatt, imsemmi mir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08, li dawn tal-aħħar huma azzjonisti ta’ FLH u MF u jipparteċipaw fil-ħatra tad-diretturi tagħhom, ma hemm xejn li juri li dan jagħtihom interess ġuridiku speċifiku għalihom, li huwa distint minn dak tal-benefiċjarju, sabiex jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni. Issa, minbarra li tinvoka interess ġuridiku li huwa distint minn dak ta’ impriża kkonċernata minn att tal-Unjoni u li fiha hija żżomm parti mill-kapital, persuna ma tistax tiddefendi l-interessi tagħha fir-rigward ta’ dan l-att ħlief billi teżerċita d-drittijiet ta’ membru ta’ din l-impriża, li min-naħa tagħha għandha d-dritt li tippreżenta rikors (sentenza, tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20000620">20 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Euromin vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-597/97" PAGE.ECR="II-2419" YEAR="2000">T-597/97, Ġabra p. II-2419</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, imbagħad, għandu jiġi rrilevat li l-konsegwenzi msemmija mir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 huma futuri, ipotetiċi u inċerti b’tali mod li ma jistgħux jibbażaw l-interess ġuridiku tagħhom fuqhom, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 58 iktar ’il fuq. Preliminarjament, għandu fil-fatt jiġi rrilevat li, fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jirreferu għal konsegwenzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>possibbli<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/> tal-allegata invalidità tal-kontribuzzjoni ta’ kapital fil-qasam tad-dritt tal-kumpanniji u tal-insolvenza, u mhux għal konsegwenzi ċerti. Fir-rigward, qabel kollox, tar-riskju ta’ insolvenza ta’ FLH, dawn ir-rikorrenti jqisu li huwa l-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>jista’ jwassal [għal dan]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>, kif ukoll konsegwentement għal dik ta’ MF. Madankollu, meta kienu mistoqsija rigward dan mill-Qorti Ġenerali, l-imsemmija<?PAGE NO="II-1341"?> rikorrenti ma rreferew għall-ebda azzjoni li ġiet imressqa quddiem qorti nazzjonali li għandha bħala għan il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni, fejn barra minn hekk, din ma hijiex imposta mid-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 60 iktar ’il fuq. Apparti dan, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma pproduċew l-ebda prova li tippermetti li jintwera li l-ħlas tal-interessi, għall-perijodu bejn l-għoti tal-għajnuna u d-Deċiżjoni, jista’ jhedded lil FLH jew lil MF bl-insolvenza. Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li l-insolvenza tirriskja li ċċaħħad lill-ajruport ta’ LeipzigHalle mil-liċenzja sabiex jopera, dan għandu jiġi miċħud peress li r-riskju ta’ insolvenza ma huwiex stabbilit. Imbagħad, fir-rigward tal-konsegwenzi msemmija fil-qasam tal-kontabbiltà, mir-rikors jirriżulta li s-sitwazzjoni ġuridika ma hijiex ċerta fid-dritt Ġermaniż, kemm fil-livell tal-ġurisprudenza kif ukoll dak tad-dottrina, u li r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 jirreferu biss għal sitwazzjonijiet ipotetiċi, inkluż il-ksur tal-obbligu li tiġi ddikjarata l-insolvenza (ara l-punt 38 iktar ’il fuq), iżda li ma humiex ċerti. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-konsegwenzi fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili, ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma rreferew għal ebda proċedura li ġiet mibdija quddiem il-qorti nazzjonali u li hija intiża sabiex timmina lil FLH, MF jew id-diretturi tagħhom f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-ġurisprudenza dwar l-għajnuna mill-Istat li jirreferu għaliha r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 sabiex jiġġustifikaw l-ammissibbiltà tar-rikorsi tagħhom ma hijiex rilevanti f’dan il-każ. Għaldaqstant, fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-233/04" PAGE.ECR="II-591" YEAR="2008">T-233/04, Ġabra p. II-591</REF.DOC.ECR>), din kienet tikkonċerna r-rikors ta’ Stat Membru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-miżura inkwistjoni f’din il-kawża kienet tinkludi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, ikkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni, skont l-Aritkolu 87(3) KE. Issa, qabel kollox għandu jiġi rrilevat li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE jagħti lil kull Stat Membru d-dritt li jikkontesta, permezz ta’ rikors għal annullament, il-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, mingħajr ma l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ikun suġġett għall-kundizzjoni li jkun iġġustifikat minn interess ġuridiku, tali li din is-sentenza tikkonċerna sitwazzjoni differenti minn dik eżaminata f’dan il-każ. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 fir-replika tagħhom, minn din is-sentenza ma jirriżultax li l-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat hija suffiċjenti, fiha nnifisha, sabiex jiġi rikonoxxut interess ġuridiku meta l-Istat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni b’miżura filwaqt li jitlob lil din tal-aħħar sabiex tikkonstata li din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Imbagħad, għall-kuntrarju<?PAGE NO="II-1342"?> ta’ dan il-każ, il-miżura inkwistjoni fis-sentenza Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, kienet skema ta’ għajnuna, tali li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet tinvolvi applikazzjoni sussegwenti tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti. Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju ta’ dan il-każ ukoll, il-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni fl-imsemmija kawża kienet tipproduċi konsegwenzi fid-dawl tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-akkumulazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Alitalia vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-296/97" PAGE.ECR="II-3871" YEAR="2000">T-296/97, Ġabra p. II-3871</REF.DOC.ECR>), għandu jiġi enfasizzat li, bħal fil-kawża inkwistjoni fl-imsemmija sentenza, il-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat ippermettiet lill-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq komuni. Madankolu, b’differenza għas-sitwazzjoni inkwistjoni f’din is-sentenza, f’dan il-każ il-Kummissjoni awtorizzat il-kontribuzzjoni ta’ kapital mingħajr ma imponiet l-iċken kundizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE>, Alitalia vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-301/01" PAGE.ECR="II-1753" YEAR="2008">T-301/01, Ġabra p. II-1753</REF.DOC.ECR>), huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tikklassifika l-miżura inkwistjoni f’din il-kawża bħala għajnuna mill-Istat, irriżultat fl-issuġġettar tal-ħlas tat-tielet parti ta’ din l-għajnuna għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. Dan ma huwiex il-każ fil-kawża inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna, it-tieni nett, l-inċertezzi rigward l-ammont tal-għajnuna inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li sa fejn l-iffissar ta’ dan l-ammont jista’ jkollu impatt fuq l-irkupru tal-għajnuna illegali jew fuq il-ħlas ta’ interessi, dan ikollu impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ FLH u ta’ MF, li huma l-uniċi li jistgħu jkunu suġġetti għal dan l-irkupru jew għal dan il-ħlas u mhux direttament fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti<?PAGE NO="II-1343"?> fil-Kawża T-443/08. Għaldaqstant, huma ma jistgħux jibbażaw l-interess ġuridiku tagħhom fuq dawn l-inċertezzi.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 ma wrewx li jeżisti interess ġuridiku effettiv u attwali kontra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni sa fejn din issostni, minn naħa, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u min-naħa l-oħra, li l-imsemmija għajnuna tammonta għal EUR 350 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors fil-Kawża T-443/08 għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, mingħajr ma jkun meħtieġ l-eżami tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ interess individwali tar-rikorrenti f’din il-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom fil-Kawża T-455/08, ir-rikorrenti f’din il-kawża (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>rikorrenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>) iressqu tmien motivi bbażati, essenzjalment, l-ewwel wieħed fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE, it-tieni wieħed fuq li FLH ma setgħetx tkun il-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, it-tielet wieħed fuq l-impossibbiltà li FLH tiġi kklassifikata simultanjament bħala min jagħti u min jibbenefika mill-għajnuna mill-Istat, ir-raba’ wieħed fuq ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-ħames wieħed fuq ksur tad-dritt primarju mil-Linji gwida tal-2005, is-sitt wieħed, imressaq bħala motiv sussidjarju, fuq difett proċedurali, is-seba’ wieħed fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi li jirriżulta mit-Trattat KE u t-tmien wieħed fuq in-natura kontradittorja u fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-allegata għajnuna.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1344"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qieset li l-finanzjament tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-kunċett ta’ impriża, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, ma japplikax għall-ajruporti reġjonali, għall-anqas għal dak li jikkonċerna l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-bini ta’ dawn l-infrastrutturi ma jikkostitwixxix attività ekonomika iżda jaqa’ taħt il-politika tat-trasport, il-politika ekonomika u l-politika reġjonali. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet dan ir-rwol politiku tal-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar (premessi 261 u 262 tad-Deċiżjoni). Barra minn hekk, mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20070124">24 ta’ Jannar 2007</DATE> intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Pjan ta’ azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ ajruporti fl-Ewropa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> [KUMM(2006) 819 finali] jirriżulta li l-iżvilupp tal-ajruporti huwa wkoll fl-interessi tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar ma jikkostitwixxix attività ekonomika peress li kieku investitur privat ma jwettaqx din l-attività. Fil-fatt, ma jeżisti l-ebda prospett ta’ qligħ tal-investiment, minħabba li huwa impossibbli li l-ispejjeż tal-bini jgħaddu lil utenti tal-ajruport permezz ta’ tariffi tal-ajruporti.<?PAGE NO="II-1345"?> Skont ir-rikorrenti dan huwa impossibbli minħabba li, fil-Ġermanja, dawn it-tariffi huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità tal-ajruport tal-Land li fiha jkun jinsab l-ajruport, fejn l-investituri privati ma għandhom l-ebda influwenza fuq l-ammont tagħhom. Għaldaqstant, dawn tal-aħħar ma jistgħux jiġu ffissati b’mod ħieles mill-operatur skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, u fil-fatt, ma humiex relatati mal-ispejjeż tal-investiment. Għaldaqstant, l-imposti mħallsa mill-utenti tal-infrastrutturi tal-ajruporti ma jikkostitwixxux, bħalma tagħti x’tifhem b’mod żbaljat il-Kummissjoni, ħlas inkambju għall-bini tagħhom. Fir-rigward tal-ispazji mikrijin għal finijiet kummerċjali li ma jirrigwardawx operazzjoni ta’ titjiriet, dawn huma irrilevanti peress li l-kawża preżenti tikkonċerna r-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, li hija użata esklużivament għall-operazzjoni ta’ titjiriet.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, fid-dawl tal-fatt li t-tħaddim ma jagħtix qligħ lil investitur privat, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li huwa impossibbli li jinbena ajruport reġjonali, bħal dak ta’ Leipzig-Halle, billi jiġi bbażat biss fuq investimenti privati, b’tali mod li din l-attività ma tikkostitwixxix attività ekonomika iżda taqa’ taħt miżura ta’ politika strutturali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu wkoll li billi qablet, mingħajr ebda distinzjoni, l-ajruporti pubbliċi ma’ impriżi privati, il-Kummissjoni injorat il-missjoni speċifika tagħhom, ikkaratterizzata minn marġni ta’ manuvra ekonomika dgħajjef. Fil-fatt, qabel kollox, huma jsostnu spejjeż fissi ogħla mill-medja, għal dak li jirrigwarda installazzjonijiet, tħaddim u persunal. Barra minn hekk, il-marġni ta’ manuvra tagħhom huwa limitat mill-kobor tal-piżijiet u l-kundizzjonijiet legali stretti. Fl-aħħar nett, l-ispejjeż tal-infrastrutturi pubbliċi għandhom, bħala prinċipju, jiġu sostnuti mill-komunità, u li barra minn hekk, il-Kummissjoni rrikonoxxiet dan b’mod partikolari fir-rigward tal-portijiet. Issa, il-Kummissjoni ma tistax tapplika trattament differenti għall-portijiet u għall-ajruporti.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-attività ekonomika ma tikkostitwixxix l-għan prinċipali tal-ajruporti u l-fatt li huma jkunu eventwalment f’kompetizzjoni ma jippermettix li jiġi dedott li huma jikkostitwixxu impriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stess tikkunsidra li għandha ssir distinzjoni bejn id-diversi attivitajiet tal-operatur tal-ajruport<?PAGE NO="II-1346"?> (premessa 178 tad-Deċiżjoni), minħabba li mhux kollha huma ta’ natura ekonomika. F’din il-kawża, l-investiment jirrigwarda biss l-infrastruttura, li f’dan il-każ, hija r-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar. L-ebda investitur privat qatt ma huwa ser jinvesti fiha. Madankollu, il-Kummissjoni ma ħaditx dan inkunsiderazzjoni iżda bbażat ruħha fuq stampa globali tal-ajruport, meqjus bħala impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu wkoll, fir-replika tagħhom, li l-attività ta’ bini ta’ infrastrutturi tal-ajruport u dik tat-tħaddim ta’ dawn l-infrastrutturi jikkostitwixxu żewġ attivitajiet differenti li l-Kummissjoni trid tipproduċi prova tan-natura ekonomika tagħhom, b’mod pożittiv għal kull waħda fosthom, fejn in-neċessità ta’ din id-distinzjoni kienet ikkonfermata b’mod partikolari mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="20081217">17 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Ryanair vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-196/04" PAGE.ECR="II-3643" YEAR="2008">T-196/04, Ġabra p. II-3643</REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma għamlitx din id-distinzjoni u, billi ddeduċiet in-natura ekonomika tal-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar min-natura ekonomika tat-tħaddim tal-ajruport, hija ma wrietx in-natura ekonomika tal-imsemmi bini.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda prova tan-natura inseparabbli tal-attivitajiet ta’ bini u tat-tħaddim tal-infrastrutturi tal-ajruport. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jirribattu l-argument li l-bini huwa l-kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">sine qua non</HT> tat-tħaddim, filwaqt li jindikaw b’mod partikolari, li l-kwistjoni rilevanti tirrigwarda n-natura inseparabbli tal-attivitajiet fihom infushom u mhux il-kwistjoni tan-natura tagħhom. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa żbaljat peress li jeżisti numru vast ta’ kundizzjonijiet preliminari li mingħajrhom attività ekonomika ma tistax tkun imwettqa, peress li l-implementazzjoni tal-imsemmija kundizzjonijiet preliminari ma tikkostitwixxix awtomatikament attività ekonomika. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jirribattu d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-operatur ta’ installazzjoni għandu neċessarjament jiffinanzja l-bini tagħha, fuq il-bażi ta’ eżempji konkreti (mużewijiet,<?PAGE NO="II-1347"?> skejjel jew universitajiet pubbliċi, restoranti fuq l-awtostrada). Sussegwentement, ir-rikorrenti jirrilevaw li l-bini u t-tħaddim jikkonċernaw operaturi u setturi differenti. Barra minn hekk, huma jsostnu li d-distinzjoni bejn il-bini, it-tħaddim u l-użu tal-infrastrutturi hija prinċipju fundamentali tal-prattika tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-finanzjament tal-infrastrutturi mill-awtoritajiet pubbliċi. Issa, f’dan il-każ, il-kriterju għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju huwa sodisfatt peress li l-utenti potenzjali kollha għandhom aċċess ugwali u nondiskriminatorju għar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, b’tali mod li, jekk l-imsemmi prinċipju jiġi applikat, il-kontribuzzjoni ta’ kapital tkun eżenti mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta’ separazzjoni tal-attivitajiet jista’ jwassal għal stħarriġ ġeneralizzat tal-politika tal-infrastrutturi tal-Istati Membri, peress li l-Kummissjoni tista’ tistħarreġ, fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-finanzjament ta’ infrastrutturi fis-setturi kollha. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jikkontestaw id-dikjarazzjoni li l-fatt li l-finanzjament tal-bini tal-infrastrutturi ma għandux in-natura ta’ għajnuna mill-Istat, jippermetti lill-Istati Membri joħolqu kontinwament kompetituri ġodda, filwaqt li indikaw li din ma tikkorrispondix għar-realtà, peress li l-bini ta’ ajruport huwa eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jenfasizzaw li l-bini ta’ ajruporti ma huwiex ipprovdut minn operaturi privati. Għaldaqstant, fi ħdan l-Unjoni ma jeżisti l-ebda każ fejn l-investituri privati ffinanzjaw huma stess il-bini ta’ ajruport jew ta’ estensjoni sostanzjali ta’ dan tal-aħħar. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni qieset li l-kriterju tal-investitur privat kien sodisfatt. Min-naħa l-oħra, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE, tat-<DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Région wallone u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpannija tal-ajru Ryanair meta hija stabbilixxiet ruħha f’Charleroi (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2004" NO.OJ="137" PAGE.FIRST="1">ĠU L 137, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ma kien jeżisti l-ebda każ fl-Ewropa fejn ajruport privat inħoloq <HT TYPE="ITALIC">ex nihilo</HT>, mingħajr ma ntużaw fondi pubbliċi. Għaldaqstant, il-bini ta’ infrastrutturi tal-ajruport jagħmel parti mill-attivitajiet li dejjem twettqu minn stabbilimenti pubbliċi u għandhom neċessarjament jitwettqu minnhom. Għalhekk, in-natura ekonomika tiegħu hija eskluża minħabba n-nuqqas ta’ suq korrispondenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1348"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, ir-rikorrenti jirrilevaw li fir-rigward tad-dikjarazzjoni, li tinsab fil-premessa 169 tad-Deċiżjoni, li xi investituri privati wrew interess qawwi sabiex jinvestu f’xi ajruporti, il-Kummissjoni la tindika jekk dan l-interess jirrigwardax ajruporti reġjonali jew ajruporti prinċipali, u lanqas jekk kienx jirrigwarda sehem f’ajruporti diġà eżistenti jew ajruporti li għadhom ma nbnewx. Apparti dan, hija ma tagħti l-ebda eżempju sabiex issostni l-allegazzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, hija ma tagħmel ebda distinzjoni dwar jekk kinux investimenti fl-ajruporti kollha kemm huma, jew investimenti fl-infrastrutturi tat-trasport biss bħala tali, fejn dan il-każ tal-aħħar huwa madankollu l-uniku wieħed paragunabbli mal-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti jikkonstataw li l-Kummissjoni ma tipproduċi l-ebda prova dwar l-allegazzjoni tagħha, li tidher fil-premessa 170 tad-Deċiżjoni, li l-awtoritajiet biddlu l-pożizzjoni tagħhom fid-dawl tas-sehem tal-investituri privati fl-ajruporti.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti jirribattu, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2004/393 u ta’ studju universitarju tal-2001 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-applikazzjoni ta’ regoli dwar għajnuna mill-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>istudju tal-2001<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/>), id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-ajruporti huma fil-parti l-kbira tagħhom mibnija permezz ta’ fondi privati. Dan huwa żbaljat anki jekk tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni fil-Ġermanja biss. Fil-fatt, qabel kollox, is-sehem tal-imsieħba privati fl-ajruporti, inklużi dawk li joffru titjiriet internazzjonali, huma minoritarji. Imbagħad, għalkemm ċerti ajruporti huma parzjalment ipprivatizzati, madankollu, investituri privati ma pparteċipawx fil-bini tagħhom. Fl-aħħar nett, it-tentattivi sabiex l-ajruporti reġjonali jitħaddmu b’mod privat fallew diversi drabi. Għaldaqstant, fil-Ġermanja huwa fil-fatt impossibbli li jinbena ajruport reġjonali fuq bażi privata, mingħajr għajnuna pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1349"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti jirribattu r-rilevanza tal-eżempji ta’ infrastrutturi tal-ajruport mibnija permezz ta’ fondi privati ċċitati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-ajruport ta’ Ciudad Real (Spanja), it-terminal 5 tal-ajruport ta’ Heathrow (ir-Renju Unit) u l-ajruporti ta’ Vjenna (l-Awstrija) u ta’ Frankfurt am Main (il-Ġermanja).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jqisu bħala ineffettiv ir-riferiment, fil-Linji gwida tal-2005 u fid-Deċiżjoni, għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-128/98" PAGE.ECR="II-3929" YEAR="2000">T-128/98, Ġabra p. II-3929</REF.DOC.ECR>), ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-82/01 P" PAGE.ECR="I-9297" YEAR="2002">C-82/01 P, Ġabra p. I-9297</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ġurisprudenza ADP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>). Fil-fatt, qabel kollox, hija ma tirrigwardax il-bini ta’ infrastrutturi tal-ajruport, iżda t-tħaddim tagħhom. Barra minn hekk, hija ma tirrigwardax l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 87 KE iżda tikkonċerna ksur tal-projbizzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 82 KE. Fl-aħħar nett, hija tikkonċerna l-attività ta’ ajruport internazzjonali kbir, li hija distinta minn dik ta’ ajruporti reġjonali, bħal dak ta’ Leipzig-Halle.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>L-ADV qablet mal-osservazzjonijiet sottomessi mir-rikorrenti. L-ewwel nett, hija ssostni li l-bini ta’ infrastrutturi tal-ajruporti ma jikkostitwixxix attività ekonomika. It-tieni nett, l-ADV issostni li s-separazzjoni bejn it-twettiq ta’ missjoni ta’ awtorità pubblika fil-kuntest tal-finanzjament tal-infrastruttura, u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, fil-kuntest tat-tħaddim tagħha, ma tikkontradixxix il-ġurisprudenza ADP. It-tielet nett, l-ADV tirrileva li din is-separazzjoni fl-operat hija rrikonoxxuta mill-ġurisprudenza u mill-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni. Ir-raba’ nett, l-ADV tqis li l-finanzjament pubbliku ta’ proġetti ta’ interess ġenerali għandu jibqa’ possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti u tal-intervenjenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1350"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-klassifikazzjoni bħala għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha msemmija minn din id-dispożizzjoni jkunu sodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, din l-għajnuna għandha tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti. Ir-raba’ nett, din għandha twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20060222">22 ta’ Frar 2006</DATE>, Le Levant 001 <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-34/02" PAGE.ECR="II-267" YEAR="2006">T-34/02, Ġabra p. II-267</REF.DOC.ECR>, punt 110, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ impriża, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, huwa jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istat ġuridiku ta’ din l-entità u l-mod kif hija ffinanzjata (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/04" PAGE.ECR="I-289" YEAR="2006">C-222/04, Ġabra p. I-289</REF.DOC.ECR>, punt 107, u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, FENIN vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/03 P" PAGE.ECR="I-6295" YEAR="2006">C-205/03 P, Ġabra p. I-6295</REF.DOC.ECR>, punt 25, u tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, MOTOE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/07" PAGE.ECR="I-4863" YEAR="2008">C-49/07, Ġabra p. I-4863</REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilta, kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew servizzi f’suq partikolari tikkostitwixxi attività ekonomika (ara s-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 88 iktar ’il fuq, punt 108 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll is-sentenzi FENIN vs Il-Kummissjoni, punt 88 iktar ’il fuq, punt 25, u MOTOE, punt 88 iktar ’il fuq, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, kif iddefinit fit-Trattat KE, għandu natura legali u għandu jiġi interpretat abbażi ta’ elementi oġġettivi. Għal din ir-raġuni, il-qorti tal-Unjoni għandha, bħala prinċipju u fid-dawl tal-elementi konkreti tal-kawża mressqa quddiemha u kif ukoll tan-natura teknika jew kumplessa tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, teżerċita stħarriġ<?PAGE NO="II-1351"?> sħiħ fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE. Minn dan jirriżulta li hija l-qorti li għandha tivverifika jekk il-fatti invokati mill-Kummissjoni humiex materjalment eżatti u jekk humiex tali li jistabbilixxu li l-kundizzjonijiet li jippermettu l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>għajnuna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/> fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE humiex sodisfatti. Fir-rigward ta’ evalwazzjoni ekonomika kumplessa, għandu wkoll jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ att tal-Kummissjoni li jinvolvi tali evalwazzjoni għandu jillimita lilu nnifsu għall-verifika tal-osservazzjoni tar-regoli ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati sabiex issir l-għażla kkontestata, tan-nuqqas ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew in-nuqqas ta’ abbuż ta’ poter (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, Chronopost vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/06 P+C-342/06 P" PAGE.ECR="I-4777" YEAR="2008">C-341/06 P u C-342/06 P, Ġabra p. I-4777</REF.DOC.ECR>, punti 141 sa 143).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress illi l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jikkorrispondi għal sitwazzjoni oġġettiva li tiġi evalwata fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha, huma l-evalwazzjonijiet magħmula f’din id-data li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jitwettaq dan l-istħarriġ ġudizzjarju (sentenza Chronopost vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 90 iktar ’il fuq, punt 144).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipju li għandu jiġi eżaminat dan il-motiv, li fil-kuntest tiegħu, ir-rikorrenti essenzjalment isostnu li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, peress li, fir-rigward tal-estensjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruport, l-ajruporti reġjonali ma jikkostitwixxux impriżi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, inkwantu din l-attività ma hijiex attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tat-tħaddim tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle, FLH twettaq attività ekonomika. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-amministrazzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruporti tikkostitwixxi attività ekonomika (ara s-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, punt 88,<?PAGE NO="II-1352"?> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, dan huwa kkonfermat mill-fatt li FLH toffri servizzi tal-ajruport għal remunerazzjoni, b’mod partikolari, ta’ taxxi tal-ajruport, fejn dawn tal-aħħar għandhom jiġu analizzati bħala l-kontroparti ta’ servizzi pprovduti mill-konċessjonarju tal-ajruport (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, punt 90). Il-fatt li FLH tamministra ajruport reġjonali u mhux ajruport internazzjonali ma jistax jimmina n-natura ekonomika tal-attività tagħha, peress li din tikkonsisti f’li jiġu offruti servizzi bi ħlas fis-suq tas-servizzi tal-ajruporti reġjonali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ tali suq hija, f’dan il-każ, murija mill-fatt li l-ajruport ta’ Leipzig-Halle kien f’kompetizzjoni ma’ ajruporti reġjonali oħra, b’mod partikolari, dak ta’ Vatry (Franza), għat-twaqqif taċ-ċentru amministrattiv għat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru ta’ DHL, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari, mill-premessa 8 tad-Deċiżjoni. Barra minn hekk, l-ajruport inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, kien ukoll ajruport reġjonali. Fir-rigward tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 89 hawn fuq, dawn l-elementi kollha jippermettu li l-attività tat-tħaddim tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle minn FLH tiġi kklassifikata bħala attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li l-tħaddim tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar ser jagħmel parti mill-attività ekonomika ta’ FLH. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 177 tad-Deċiżjoni, ir-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar hija infrastruttura li ser tkun imħaddma minn FLH għal finijiet kummerċjali, peress li FLH ma tippermettix l-użu tal-imsemmija runway mingħajr remunerazzjoni, fl-interess komuni, iżda teżiġi li jitħallsu taxxi bħala kontraparti tal-użu tagħha. F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li t-taxxi tal-ajruport ser jikkostitwixxu s-sors prinċipali tad-dħul għall-finanzjament tar-runway il-ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar, kif indikat il-Kummissjoni fil-premessa 15 tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, il-bini u l-estensjoni tal-imsemmija runway ser jippermettu lil FLH tkabbar il-kapaċità tagħha u l-attività ekonomika ta’ tħaddim tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi kkunsidrat li, għall-finijiet tal-eżami tan-natura ekonomika tal-attività ta’ FLH fil-kuntest tal-finanzjament pubbliku tal-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, ma hemmx lok li jiġu sseparati l-attività li tikkonsisti<?PAGE NO="II-1353"?> fil-bini jew fit-tkabbir ta’ infrastruttura, f’dan il-każ, ir-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, mill-użu sussegwenti li jsir minnha u li n-natura ekonomika jew le tal-użu sussegwenti tal-infrastruttura mibnija tiddetermina neċessarjament in-natura tal-attività ta’ estensjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza FENIN vs Il-Kummissjoni, punt 88 iktar ’il fuq, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-runways huma elementi essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi mmexxija minn operatur ta’ ajruport. Il-bini ta’ runways jippermetti, għaldaqstant, lil ajurport sabiex iwettaq l-attività ekonomika prinċipali tiegħu jew fil-każijiet meta jkun jirrigwarda l-bini ta’ runway addizzjonali jew ta’ estensjoni ta’ runway eżistenti, jippermettilu li jiżviluppha.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti huma żbaljati meta jsostnu li n-natura ekonomika ta’ attività ma tippermettix li tiġi stabbilita n-natura ekonomika ta’ attività oħra ħlief bil-kundizzjoni li ż-żewġ attivitajiet ma jkunux isseparati u li ssir differenza bejniethom u li għandhom jiġu pprovduti mill-istess entità, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tipprova li dawn iż-żewġ kriterji huma sodisfatti. Barra minn hekk, dan l-argument ma huwiex sostnut b’mod espliċitu mill-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Ċertament, mhux l-attivitajiet kollha ta’ amminstratur ta’ ajruport huma neċessarjament ta’ natura ekonomika. Fil-fatt, l-attivitajiet marbuta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika ma humiex ta’ natura ekonomika, li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat KE (ara s-sentenza MOTOE, punt 88 iktar ’il fuq, punt 24, u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, il-klassifikazzjoni bħala attività li taqa’ taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika jew bħala attività ekonomika għandha ssir separatament għal kull attività mwettqa minn entità partikolari (sentenza MOTOE, punt 88 iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1354"?><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, peress li fid-dawl tan-natura u tal-għan tagħhom, il-bini u l-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport ma jaqgħux, bħala tali, taħt il-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, ħaġa li barra minn hekk ir-rikorrenti ma jallegawx espressament, il-Kummissjoni ma wettqet ebda żball meta, għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tan-natura ekonomika tal-attività ta’ FLH, hija ma għamlet ebda differenza bejn il-bini u l-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport, minn naħa, u t-tħaddim tagħha, min-naħa l-oħra. Għal dak li jirrigwarda l-allegazzjoni li, fil-premessa 178 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet in-neċessità li ssir distinzjoni bejn id-diversi attivitajiet tal-operatur, din għandha tiġi miċħuda peress li fl-imsemmija premessa, il-Kummissjoni sempliċement fakkret, essenzjalment, il-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 98 hawn fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li, sa fejn hija tħaddem ir-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, FLH twettaq attività ekonomika, u l-attività li tikkonsisti fil-bini tal-imsemmija runway ma tistax tiġi sseparata minnha. Għaldaqstant, l-argument li l-estensjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruport ma tikkostitwixxix attività ekonomika għandu jiġi miċħud peres li n-natura ekonomika ta’ din l-attività ma tistax tiġi eżaminata b’mod separat minn dik tat-tħaddim tal-infrastruttura.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>L-ebda argument mressaq mir-rikorrenti ma jinvalida din il-konkużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-argument li l-bini jew l-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar jaqa’ taħt il-politika reġjonali, il-politika ekonomika u l-politika tat-trasport, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilta jirriżulta li, minn naħa, l-Artikolu 87(1) KE ma jiddistingwix skont il-kawżi u l-għanijiet tal-interventi mill-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="173/73" PAGE.ECR="709" YEAR="1974">173/73, Ġabra p. 709</REF.DOC.ECR>, punt 27, u tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/94" PAGE.ECR="I-4551" YEAR="1996">C-241/94, Ġabra p. I-4551</REF.DOC.ECR>, punt 20; sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, L-Italja u Wam vs Il-Kummissjoni, T-304/04 u T-316/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 63) u, min-naħa l-oħra, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital min-naħa tal-awtoritajiet<?PAGE NO="II-1355"?> pubbliċi għandha tiġi evalwata skont il-kriterju tal-investitur privat, bl-esklużjoni ta’ kull kunsiderazzjoni ta’ natura soċjali jew ta’ politika reġjonali jew settorjali (ara s-senteza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kahla/Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-20/03" PAGE.ECR="II-2305" YEAR="2008">T-20/03, Ġabra p. II-2305</REF.DOC.ECR>, punt 242, u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, il-fatt li l-bini u t-tħaddim tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport jissodisfaw interess ġenerali, u b’mod partikolari l-iżvilupp reġjonali, ġie aċċettat mill-Kummissjoni u huwa kriterju li ttieħed inkunsiderazzjoni minn din tal-aħħar fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni, kif jirriżulta mill-premessi 258 sa 263 tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għandu ċertament jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994, fil-passat il-Kummissjoni qieset li t-twettiq ta’ proġetti ta’ infrastrutturi kienu jikkostitwixxu miżura ta’ politika ġenerali li hija ma setgħetx tistħarreġ skont ir-regoli tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-kwistjoni dwar jekk għajnuna hijiex għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat KE għandha tiġi deċiża abbażi ta’ elementi oġġettivi li jiġu evalwati fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="I-5479" YEAR="2006">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479</REF.DOC.ECR>, punt 137, u Chronopost vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 90 iktar ’il fuq, punt 95) u min-naħa l-oħra, li għalkemm il-Kummissjoni hija marbuta mil-linji gwida u mill-komunikazzjonijiet li hija tadotta fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, dan jgħodd biss sa fejn dawn it-testi ma jmorrux lil hinn minn applikazzjoni korretta tar-regoli tat-Trattat KE, peress li l-imsemmija testi ma jistgħux jiġu interpretati f’sens li jnaqqas il-portata tal-Artikoli 87 KE u 88 KE jew li jikser l-għanijiet previsti minnhom (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05 P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05 P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 65, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Issa, is-settur tal-ajruporti għadda minn żviluppi, imsemmija fil-premessi 169 sa 171 tad-Deċiżjoni, b’mod partikolari, dwar l-organizzazzjoni tiegħu u s-sitwazzjoni ekonomika u kompetittiva tiegħu. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza ADP<?PAGE NO="II-1356"?> irrikonoxxiet, mis-sena 2000, li l-amministratturi ta’ ajruporti jwettqu, bħala prinċipju, attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, li taqa’ fi ħdan id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, u dan ġie kkonfermat mis-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq (punt 88).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 104 hawn fuq, matul l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni dan l-iżvilupp u din l-interpretazzjoni, kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE għall-finanzjament tal-infrastrutturi marbuta mat-twettiq tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni tal-ajruport, anki jekk ma jiġix applikat il-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma wettqetx żball meta fil-premessa 174 tad-Deċiżjoni qieset li, mis-sena 2000, ma kienx hemm iktar lok, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jingħad ukoll li, peress li operatur tal-ajruport ma jwettaqx biss missjonijiet li jaqgħu b’mod partikolari taħt il-politika tal-iżvilupp tat-territorju jew tat-trasport, iżda wkoll, kif ġie rrilevat, iwettaq anki attività ekonomika, huwa għandu jiffinanzja permezz tar-riżorsi tiegħu stess, l-ispejjeż tal-binjiet li fuqhom hija bbażata l-attività ekonomika tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument li l-ispejjeż ta’ infrastrutturi pubbliċi għandhom jiġu sostnuti mill-komunità, għandu jiġi miċħud. Barra minn hekk, il-fatt li l-finanzjament ta’ infrastrutturi jeħtieġ riżorsi pubbliċi ma huwiex, fih innifsu u waħdu, rilevanti. Fil-fatt, huwa biss fil-każ li l-kapital jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ impriża, direttament jew indirettament mill-Istat, f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, li dan l-intervent minn awtoritajiet pubbliċi jkun jista’ ma jiġix ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-allegata separazzjoni tal-attivitajiet ta’ bini u ta’ tħaddim ta’ infrastrutturi tal-ajruport, għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1357"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-allegazzjoni mressqa mir-rikorrenti fir-replika tagħhom, li d-distinzjoni bejn il-bini, it-tħaddim u l-użu ta’ infrastruttura hija prinċipju fundamentali fil-prassi tal-Kummissjoni, inkluż f’setturi oħra minbarra s-settur tal-ajruport, li f’dan il-każ il-kriterju għall-applikazzjoni tiegħu huwa sodisfatt, għandu jiġi kkonstatat li hija għandha tiġi miċħuda peress li l-kriterju tal-implementazzjoni ta’ dan l-allegat prinċipju fundamentali, kif imsemmi mir-rikorrenti (ara l-punt 78 hawn fuq), ma huwiex rilevanti f’dan il-każ. Fil-fatt, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-fatt li l-użu ta’ infrastruttura huwa miftuħ għall-utenti potenzjali kollha b’mod ugwali u nondiskriminatorju jista’ jkun kriterju rilevanti li jippermetti li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ għajnuna favur utenti tal-infrastruttura inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, huwa ma jippermettix li jiġi ddeterminat jekk f’dan il-każ, il-finanzjament pubbliku ta’ din l-infrastruttura jikkostitwixxix għajnuna favur it-tħaddim ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, mingħajr ma jkun neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-eżistenza tal-allegata prassi, għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, hija ma tistax timmina l-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 100 hawn fuq li FLH twettaq attività ekonomika, li minnha l-attività li tikkonsisti fil-bini tal-imsemmija runway ma tistax tiġi sseparata. Fil-fatt, il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat li għandu natura legali u li għandu jiġi interpretat fuq bażi ta’ elementi oġġettivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Chronopost vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 90 iktar ’il fuq, punt 141), ma jistax jiddependi fuq evalwazzjoni suġġettiva tal-Kummissjoni u għandu jiġi ddeterminat indipendentement minn kull prassi preċedenti ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-eżempji konkreti pprovduti mir-rikorrenti, bħat-tħaddim ta’ kafetterija f’mużew jew restorant fuq l-awtostrada, dawn ma jippermettux li jitqies li t-tħaddim, minn naħa, u l-bini, min-naħa oħra, għandhom jiġu analizzati separatament. Fil-fatt, huma ma jagħmlux distinzjoni bejn l-attività prinċipali u l-attivitajiet relatati li jiddependu fuqha. Huwa għalhekk li l-attività prinċipali ta’ mużew ma hijiex it-tħaddim ta’ kafetterija u dik ta’ amministratur ta’ awtostrada ma hijiex it-tħaddim ta’ restorant fuq l-awtostrada. Min-naħa l-oħra, il-bini ta’ runway huwa marbut mal-attività ekonomika prinċipali ta’ ajruport, jiġifieri l-provvista ta’ servizzi tal-ajruporti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1358"?><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tielet nett, tal-argument li l-attivitajiet ta’ bini u ta’ tħaddim jikkonċernaw operaturi u setturi differenti, ma jaffettwax il-ħtieġa li tiġi eżaminata n-natura tal-attività preparatorja għat-twettiq ta’ attività ekonomika b’mod konġunt ma’ dik tal-aħħar, minħabba r-rabta li teżisti bejn it-tnejn, peress li l-bini u l-estensjoni tar-runway huma kundizzjonijiet preliminari għat-tħaddim tagħha. Fi kwalunkwe każ, fil-kuntest speċifiku tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, l-entitajiet inkwistjoni huma l-istess, peress li huma MF u FLH (din tal-aħħar hija kkontrollata mill-ewwel waħda) li bbenifikaw mill-imsemmija kontribuzzjoni intiża għall-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar u li, barra minn hekk, ser iħaddmuha.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Fir-rigward, fir-raba’ nett, tal-argument li l-Kummissjoni ma pproduċietx provi tan-natura inseparabbli tal-bini u tat-tħaddim ta’ infrastrutturi tal-ajruport, għandu jiġi rrilevat li meta huma ma jkollhomx natura ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika, il-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata li tipproduċi provi tan-natura ekonomika tal-partijiet kollha ta’ attività ta’ impriża, meta dawn jagħmlu parti mill-attività ekonomika ġenerali tagħha u jkun hemm rabta bejniethom. Fil-fatt, f’tali każ, il-Kummissjoni tista’ sempliċement tesponi l-motivi li minħabba fihom hija tqis li l-impriża twettaq attività ekonomika u tindika r-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-partijiet tal-attività inkwistjoni jagħmlu parti mill-imsemmija attività.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-iżviluppi imsemmija fil-premessi 169 sa 171 tad-Deċiżjoni, fil-premessa 172 il-Kummissjoni tindika li l-bini u t-tħaddim tal-ajruporti ma jistgħu jibqgħu jitqiesu bħala missjoni ta’ natura pubblika, li bħala prinċipju, ma humiex suġġetti għall-istħarriġ tal-għajnuna. Imbagħad għandu jiġi kkonstatat li mill-premessa 177 tad-Deċiżjoni jirriżulta li l-Kummissjoni kklassifikat lil FLH bħala impriża, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, billi bbażat ruħha fuq il-fatt li l-infrastruttura inkwistjoni hija mħaddma minn FLH għal finijiet kummerċjali u li għaldaqstant, din hija infrastruttura li tintuża għal finijiet kummerċjali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li l-Kummissjoni pproduċiet biżżejjed provi li jippermettu li tissostanzja r-rabta bejn l-estenzjoni u<?PAGE NO="II-1359"?> t-tħaddim tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, fil-kuntest tal-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għal dak li jikkonċerna l-argumenti li l-bini ta’ ajruporti ma huwiex ipprovdut minn operaturi privati u li l-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport ma jistax jikkostitwixxi attività ekonomika, peress li kieku investitur privat ma jwettaqx din l-attività, minħabba li ma għandhiex qligħ, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta minn dak li ntqal, l-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar hija attività marbuta direttamet mal-amministrazzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport, li tikkostitwixxi attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li attività ma tkunx ipprovduta minn operaturi privati jew li ma tipprovdix qligħ ma humiex kriterji rilevanti fil-kuntest tal-klassifikazzjoni tagħha bħala attività ekonomika. Fil-fatt, għall-finijiet ta’ din il-klassifikazzjoni, il-ġurisprudenza la teżiġi b’mod espliċitu (ara l-punt 89 hawn fuq) li l-attività inkwistjoni tkun imwettqa minn operaturi privati, u lanqas li tkun tipprovdi qligħ. Barra minn hekk, dan japplika wkoll għall-klassifikazzjoni bħala impriża (ara l-punt 88 hawn fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti għandhom għaldaqstant jiġi miċħud bħala ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argumenti intiżi sabiex jimminaw ir-rilevanza tal-ġurisprudenza ADP, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li l-kunċetti ta’ impriża u ta’ attività ekonomika huma identiċi fl-oqsma kollha tad-dritt tal-kompetizzjoni, sew jekk huma dispożizzjonijiet li jindirizzaw lill-impriżi u sew jekk dawk li jindirizzaw lill-Istati Membri, peress li dawn id-dispożizzjonijiet kollha jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-istess għan, jiġifieri dak imsemmi fl-Artikolu 3(g) KE, li jikkonsisti fil-kisba ta’ sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta fis-suq intern. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 88 hawn fuq tirreferi għall-kunċett ta’ impriża fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni mingħajr ma tagħmel distinzjoni jekk humiex dispożizzjonijiet li jindirizzaw lill-impriżi jew li jindirizzaw lill-Istati Membri. Barra minn hekk, kif il-Kummissjoni tenfasizza, il-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha rreferiet,<?PAGE NO="II-1360"?> fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat, għall-kunċett ta’ impriża applikat fil-kuntest ta’ akkordji (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 88 iktar ’il fuq, punt 107). Għaldaqstant, il-fatt li l-ġurisprudenza ADP tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE u mhux l-Artikolu 87 KE huwa irrilevanti. Għall-istess raġuni, l-argumenti tar-rikorrenti intiżi sabiex jikkontestaw ir-rilevanza tas-sentenza FENIN vs Il-Kummissjoni, punt 88 iktar ’il fuq, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Sussegwentement, anki jekk il-ġurisprudenza ADP tikkonċerna ċerti ajruporti internazzjonali kbar, hija ġiet madankollu kkonfermata mis-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, li kienet tirrigwarda ajruport reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm għandu jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza inkwistjoni ma tirreferix għall-attivitajiet ta’ bini ta’ infrastrutturi, xorta jibqa’ l-fatt li dan ma jimminax il-konklużjonjiet preċedenti, li huma bbażati fuq in-natura inseparabbli tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ tħaddim ta’ ajruport u dik tal-bini jew tal-estensjoni tal-infrastrutturi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Kummissjoni ġustament qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1361"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq li FLH ma tistax tkun benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li FLH ma tistax tkun benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat peress li din hija mezz pubbliku ta’ investiment (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>single purpose vehicle<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>SPV<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>). Fil-fatt, huma jsostnu li anki jekk FLH hija persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, distinta mill-awtoritajiet pubbliċi li jikkontrollawha, l-uniku skop li jrid jintlaħaq bil-ħolqien tagħha u l-uniku għan tagħha huma l-amministrazzjoni u t-tħaddim tal-infrastrutturi pubbliċi tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle. Għaldaqstant, FLH inħolqot biss għall-amministrazzjoni ta’ dan l-ajruport u sabiex jitwettqu l-operazzjonijet neċessarji għal dan il-għan. Għaldaqstant hija għandha titqies bħala SPV. Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li FLH għandha numru kbir ta’ kompiti, ir-rikorrenti jirrispondu li l-Kummissjoni tinjora l-fatt li l-bini tal-infrastruttura ta’ ajruport għandu jitqies b’mod distint mit-tħaddim tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jenfasizzaw li, fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-prinċipju tal-ħolqien ta’ SPV, li għandha biss detenturi tal-azzjonijiet pubbliċi, bħal kumpanniji li jamministraw fondi. Fil-fehma tagħhom, dawn is-SPV jinħolqu minn awtoritajiet pubbliċi sabiex jilħqu għan wieħed u għandhom il-kapital neċessarju sabiex jiġu amministrati fl-interess pubbliku. Għaldaqstant, huma jintervjenu b’mod awtonomu fil-konfront ta’ terzi, iżda mhux ta’ awtoritajiet pubbliċi li jagħmlulhom disponibbli l-fondi tagħhom. Apparti dan, minkejja t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kapital pubbliku li huma jridu jamministraw, dawn il-kumpanniji ma humiex ikklassifikati mill-Kummissjoni bħala benefiċjari ta’ għajnuna mill-Istat. Skont ir-rikorrenti, is-sitwazzjoni ta’ FLH u dik ta’ dawn il-kumpanniji hija simili, peress li hija għandha l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ utenti potenzjali, l-infrastruttura tal-ajruport b’mod miftuħ u nondiskriminatorju. FLH ma għandhiex<?PAGE NO="II-1362"?> il-funzjoni ta’ imprenditur fir-rigward ta’ dawn l-infrastrutturi, billi dawn ma ġewx fdati lilha għal użu ħieles iżda sabiex jitħaddmu għan-nom u skont l-istruzzjonijiet tal-azzjonisti.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont ir-rikorrenti, peress li l-Land ta’ Sachsen u l-assoċjati tagħha għażlu li jawtorizzaw lil FLH sabiex twettaq l-estensjoni tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport, huma kellhom jipprovdulha l-mezzi finanzjarji neċessarji sabiex tkun tista’ twettaq dan. Bħala assoċjat, l-Istat kien ukoll obbligat jagħmel l-istess, skont id-dritt Ġermaniż. Għaldaqstant, il-finanzjamenti pprovduti mill-Istat bħala proprjetarju tas-SPV u li kienu ddedikati għall-iżvilupp tal-infrastrutturi, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Din l-evalwazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza ADP, li ma tirrigwardax il-provvista ta’ infrastrutturi għal kumpanniji li joperaw l-ajruport, iżda li hija dwar l-azzjonijet tal-kumpanniji li joperaw l-ajruport fil-konfront ta’ terzi. Fi kwalunkwe każ, anki jekk ajruport jitqies bħala operatur fis-suq, fil-konfront ta’ terzi, dan ma jfissirx li l-kumpannija responsabbli mill-infrastrutturi għandha titqies ukoll bħala impriża fir-relazzjonijet tagħha mal-proprjetarji tagħha, li f’dan il-każ huma l-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jgħidu wkoll li l-kunsiderazzjonijiet dwar l-istħarriġ ta’ FLH juri kemm ma kienx eżatt l-approċċ tal-Kummissjoni. Fil-fatt, FLH hija kkontrollata 100 % mill-awtoritajiet pubbliċi. Issa, għalkemm kienu dawn stess li bnew u amministraw l-ajruport, il-finanzjament tal-infrastrutturi ma kienx tqies bħala għajnuna mill-Istat, iżda bħala sempliċi finanzjament intern għall-amministrazzjoni, ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku. Skont ir-rikorrenti, l-istess japplika meta l-awtoritajiet pubbliċi jafdaw din il-missjoni lil entità ġuridika awtonoma maħluqa għal dan il-għan biss, li f’dan il-każ hija FLH. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2001) 2967, tal-<DATE ISO="20011005">5 ta’ Ottubru 2001</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 86/2001 (L-Irlanda – Aer Rianta).</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jqisu li, billi qieset li hija kompetenti sabiex twettaq stħarrig fuq il-miżuri adottati mill-amministrazzjoni pubblika, il-Kummissjoni eċċediet il-kompetenzi mogħtija lilha. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi<?PAGE NO="II-1363"?> lill-Unjoni, l-organizzazzjoni amministrattiva tibqa’ taqa’, skont l-Artikolu 5(1) u (2) KE, taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri, inkluż għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu jekk l-infrastrutturi tagħhom għandhomx jiġu amministrati direttament minn awtorità pubblika jew minn impriża maħluqa għal dan il-għan. Skont ir-rikorrenti, jekk tali impriża kellha titqies bħala benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, dan iwassal sabiex l-Istati jiġu miċħuda mill-possibbiltà li joħolqu kumpanniji għall-operat. Għaldaqstant, dan ikollu influwenza fuq l-istrutturi amministrattivi tal-Istati Membri, u dan ma jaqax taħt il-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonfuta l-argument tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar mill-ġdid li, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li twettaq attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridika ta’ din l-entità u tal-mod kif tiġi ffinanzjata (ara s-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 88 iktar ’il fuq, punt 107, u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikoli 87 KE jkopri l-impriżi kollha, privati jew pubbliċi u l-produzzjonijiet kollha tal-imsemmija impriżi, bl-unika eċċezzjoni tal-Artikolu 86(2) KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19940315">15 ta’ Marzu 1994</DATE>, Banco Exterior de España, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-387/92" PAGE.ECR="I-877" YEAR="1994">C-387/92, Ġabra p. I-877</REF.DOC.ECR>, punt 11).</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-eżistenza jew le ta’ personalità ġuridika distinta minn dik tal-Istat, mogħtija mid-dritt nazzjonali, lil korp li jwettaq attivitajiet ekonomiċi, ma għandhiex influwenza fuq l-eżistenza ta’ relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u dan il-korp (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19870616">16 ta’ Ġunju 1987</DATE>,<?PAGE NO="II-1364"?> Il-Kummissjoni vs L-Italja, Ġabra p. 2599, punt 10 u 13), u għaldaqstant fuq il-possibbiltà li l-imsemmi korp jibbenefika minn għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Bħalma wkoll ma jistax jiġi aċċettat li s-sempliċi fatt li jinħolqu istituzzjonijiet awtonomi responsabbli mid-distribuzzjoni ta’ għajnuna, jippermetti li jiġu evitati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/99" PAGE.ECR="I-4397" YEAR="2002">C-482/99, Ġabra p. I-4397</REF.DOC.ECR>, punt 23), lanqas ma jista’ jiġi ttollerat li s-sempliċi fatt li tinħoloq SPV jista’ jippermetti lil din tal-aħħar illi tevita l-imsemmija regoli. Fil-fatt, għandu jiġi eżaminat jekk din l-entità twettaqx attività ekonomika u għaldaqstant tistax tiġi kklassifikata bħala impriża u jekk ibbenefikatx minn trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-mezzi u tal-fondi ta’ investiment, li barra minn hekk, jirreferu għalihom ir-rikorrenti stess. Fil-fatt, kif jirriżulta mil-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat gћall-promozzjoni ta’ investmenti ta’ kapital ta’ riskju fl-impriżi żgћar u ta’ daqs medju (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2006" NO.OJ="194" PAGE.FIRST="2">ĠU 2006, C 194, p. 2</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni ma teskludix li fond jew mezz ta’ investiment ikun jista’ jitqies bħala impriża li tibbenefika minn għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, fl-ewwel paragrafu tal-punt 3.2 tal-imsemmija Linji gwida, hija tqis li għandu jiġi ddeterminat jekk dan jistax ikun il-każ. Fil-ħames paragrafu ta’ dan il-punt, il-Kummissjoni tindika li, b’mod ġenerali, hija għandha tendenza tqis fond jew mezz ta’ investiment bħala struttura intermedjarja li tippermetti t-trasferiment ta’ għajnuna lill-investituri u/jew lill-impriżi li fihom isir l-investiment, u mhux bħala l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna. Madankollu, hija ma teskludiex li dan jista’ jkun hekk f’ċerti każijiet, kif jirriżulta mill-ħames paragrafu tal-punt 3.2 tal-imsemmija Linji gwida, b’mod partikolari, taħt ċerti kundizzjonijiet, meta jkun hemm miżuri li jinvolvu trasferimenti diretti favur il-mezz ta’ investiment jew il-fond eżistenti li jgħaqqad flimkien numru kbir ta’ investituri differenti u li tippreżenta ruħha bħal impriża indipendenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1365"?><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv, FLH twettaq attività ekonomika u konsegwentement għandha titqies bħala impriża, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, li hija attiva fis-suq tal-ajruporti. Huwa stabbilit ukoll li hija d-destinatarja tal-finanzjament pubbliku kkostitwit mill-kontribuzzjoni ta’ kapital, li huwa mogħti direttament lil FLH minn entitajiet pubbliċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ma jkun neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk FLH hijiex SPV, u fid-dawl tal-prinċipju msemmi fil-punt 130 hawn fuq, l-argument ibbażat fuq li FLH ma tistax titqies bħala benefiċjarja tal-kontribuzzjoni ta’ kapital minħabba l-fatt li din hija SPV, għandu jiġi miċħud. Dan japplika bl-istess mod għall-argument ibbażat fuq il-fatt li, jekk l-awtoritajiet Ġermaniżi bnew u amministraw huma stess l-ajruport, il-finanzjament ma kienx ikun meqjus bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni C (2001) 2967, li jirreferu għaliha r-rikorrenti (ara l-punt 125 hawn fuq), din ma tippermettilhomx li jsostnu l-argument tagħhom. Fil-fatt, din id-deċiżjoni tirrigwarda, b’mod partikolari, il-bidla fis-sid tal-ajruport, fejn l-Istat ittrasferixxa l-proprjetà lil amministratur, u dan ma kienx jikkostitwixxi, f’dan il-każ, għajnuna mill-Istat peress li l-Kummissjoni kienet qieset li l-Artikolu 87 KE ma kienx jipprekludi lill-Istati Membri milli jużaw ir-riżorsi tal-Istat sabiex joħolqu u jipposjedu impriża. Min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni ma tippermettix li jiġi meqjus li, trasferiment ta’ riżorsi ta’ Stat lil impriża, ikkostitwita mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex tamministra ajruport tevita, minħabba dan is-sempliċi fatt, il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-rikorrenti huma żbaljati meta jsostnu li FLH ma setgħetx tkun benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat. Għal dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq il-fatt li, billi qieset li hija kompetenti sabiex twettaq stħarriġ fuq il-miżuri adottati mill-amministrazzjoni pubblika, il-Kummissjoni eċċediet il-kompetenzi mogħtija lilha, dan jaqa’ taħt l-eżami tal-ewwel ilment tas-seba’ motiv (ara l-punti 203 sa 206 iktar ’il quddiem), li għaldaqstant huwa rrinvijat għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1366"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-impossibbiltà li FLH tiġi kklassifikata simultanjament bħala min jagħti u min jibbenefika mill-għajnuna mill-Istat</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li d-Deċiżjoni hija kontradittorja, peress li FLH hija meqjusa simultanjament bħala min jibbenefika u min jagħti l-għajnuna. Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset li FLH, minn naħa, kienet benefiċjarja tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, u min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-ftehim qafas, kienet l-entità li tat l-għajnuna lil DHL. Issa, dawn iż-żewġ funzjonijiet huma irrikonċiljabbli. Fil-fatt, il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kapital ta’ riskju turi li waħda teskludi lill-oħra, peress li min jagħti għajnuna jista’ biss jagħti jew jittrasferixxi l-għajnuna lil impriża oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jenfasizzaw li, jekk it-teżi tal-Kummissjoni li investitur privat ma kienx jagħti l-garanzija mingħajr restrizzjonijiet lil DHL hija fondata, dan juri li FLH ma taġixxix bħala imprenditur fis-suq. Għaldaqstant, FLH tista’ eventwalment tagħti għajnuna iżda ma tistax tkun simultanjament il-benefiċjarja ta’ għajnuna. Barra minn hekk, it-teżi li FLH tat għajnuna turi li ma hijiex impriża, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Fil-fatt, impriża ma tagħtix għajnuna peress li, per natura, din tirrigwarda sussidju li ma jiġix rimborsat u li ebda impriża ma tipprovdi servizz mingħajr kontroparti.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Kummissjoni li hija eżaminat separatament id-diversi miżuri inkwistjoni, ir-rikorrenti jirrispondu li l-fatt li, fir-realità, il-Kummissjoni ma għamlitx id-distinzjonijiet meħtiega, jirriżulta mill-fatt li stabbilixxiet b’mod żbaljat, fuq il-bażi tan-natura ekonomika tal-attività ta’ tħaddim tal-ajruport, li kienet<?PAGE NO="II-1367"?> teżisti natura ekonomika tal-attività ta’ bini ta’ infrastrutturi. Billi torbot lil dawn iż-żewġ attivitajiet, hija tpoġġi lil FLH f’rwol doppju ta’ min jagħti u min jibbenifika mill-għajnuna, filwaqt li din il-funzjoni doppja hija loġikament eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jitfakkar li FLH kienet il-benefiċjarja tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, fejn din tal-aħħar tqieset bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, kif jirriżulta mill-premessi 165 sa 224 tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Imbagħad għandu jiġi rrilevat li, skont il-premessi 225 sa 252 tad-Deċiżjoni, DHL kien il-benefiċjarju tal-garanziji mingħajr restrizzjonijiet mogħtija skont il-paragrafi 8 u 9 tal-ftehim qafas u tad-dikjarazzjoni mill-Istat, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, mogħtija mil-Land ta’ Sachsen, MF u FLH. B’mod partikolari għandu jiġi rrilevat li l-ftehim qafas ġie konkluż bejn FLH u MF, minn naħa, u DHL, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni qieset li FLH kienet il-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, li f’dan il-każ, kienet il-kontribuzzjoni ta’ kapital, kif ukoll, barra minn hekk, waħda mill-impriżi li taw għajnuna mill-Istat oħra, jiġifieri l-garanziji li jirriżultaw mill-ftehim qafas u mid-dikjarazzjoni mill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1368"?><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni hija distinta, u peress li barra minn hekk hija kienet suġġetta għal eżami separat fid-Deċiżjoni, ma jistax jitqies, bħalma jallegaw ir-rikorrenti, li l-klassifikazzjonijiet bħala min jibbenefika u min jagħti l-għajnuna huma, f’dan il-każ, inkompatibbli. Fil-fatt, impriża pubblika tista, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 128 hawn fuq, tkun benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, meta din tkun impriża attiva f’suq. Madankollu, xejn ma jeskludi li, fil-kuntest ta’ miżura distinta, l-imsemmija impriża tista’ wkoll tagħti għajnuna. Għaldaqstant, għajnuna mill-Istat tista’ tingħata mhux biss direttament mill-Istat, iżda wkoll minn korpi pubbliċi jew privati li l-Istat jistabbilixxi jew jaħtar sabiex l-għajnuna tiġi amministrata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, punt 130 iktar ’il fuq, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, l-Istat huwa perfettament f’pożizzjoni, billi jeżerċita l-influwenza dominanti tiegħu fuq impriżi pubbliċi, li jorjenta l-użu tar-riżorsi tagħhom sabiex jiffinanzjaw, skont il-każ, vantaġġi speċifiċi favur impriżi oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, punt 130 iktar ’il fuq, punt 38). Għaldaqstant, ir-rikorrenti huma żbaljati meta jsostnu li impriżi, fis-sens tal-Artikolu 87 KE, ma jistgħux jagħtu għajnuna, u li FLH għandha jew tiġi konnessa mal-Istat, jew titqies bħala impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, għall-kuntarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti, il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ kapital ta’ riskju ma tippermettix li tintwera l-inkompatibbiltà tal-funzjonijiet ta’ min jibbenefika mill-għajnuna u min jagħti din l-għajnuna. L-ebda element tal-imsemmija prassi ma tippermetti, fil-fatt, li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni eskludiet, mingħajr ebda kundizzjoni, li benefiċjarju ta’ miżura li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jista’, fl-istess waqt, ikun dak li jagħti miżura oħra li tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, mid-deċiżjonijiet imsemmija mir-rikorrenti kif ukoll mil-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat gћall-promozzjoni ta’ investmenti ta’ kapital ta’ riskju fl-impriżi żgћar u ta’ daqs medju essenzjalment jirriżulta li l-Kummissjoni teżamina, f’kull każ u fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi għal kull miżura proposta, jekk tistax teżisti għajnuna mill-Istat fil-livell ta’ investituri, fil-livell tal-fond ta’ investiment u fil-livell ta’ impriżi li fihom isir l-investiment. Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 2329, tad-<DATE ISO="20070529">29 ta’ Mejju 2007</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat N 732/2006 (Il-Pajjiżi l-Baxxi – Skema ta’ kapital ta’<?PAGE NO="II-1369"?> riskju<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>BioGeneration Venture Fund<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/>), il-Kummissjoni qieset li ma jistax jiġi eskluż li teżisti għajnuna fil-livell tal-fond u fil-livell ta’ impriżi li fihom isir l-investiment.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, kif ukoll tal-fatt li l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni huma distinti minn xulxin, għandu jiġi kkunsidrat li xejn ma jipprekludi li FLH, minn naħa, bħala entità pubblika tista’ tkun min jagħti l-għajnuna riċevuta minn DHL permezz tal-ftehim qafas u tad-dikjarazzjoni mill-Istat u, min-naħa l-oħra, bħala impriża attiva fis-suq tal-ajruporti, tkun min jibbenefika minn għajnuna mill-Istat, li f’dan il-każ hija l-kontribuzzjoni ta’ kapital. Issa, mill-eżami tal-ewwel u tat-tieni motiv jirriżulta li l-Kummissjoni ġustament qieset, minn naħa, li FLH twettaq attività ekonomika u hija impriża fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, li hija l-benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat ikkostitwita mill-kontribuzzjoni ta’ kapital. Barra minn hekk, ebda element ma jippermetti li jiġi mminat il-fatt li, bħala l-firmatarja tal-ftehim qafas, FLH għandha titqies bħala entità li tagħti l-għajnuna relatata miegħu, u lanqas l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fil-premessa 227 tad-Deċiżjoni, li tgħid li l-ftehim qafas u d-dikjarazzjoni mill-Istat huma ffinanzjati minn riżorsi pubbliċi u li d-deċiżjonijiet tal-għoti ta’ dawn ir-riżorsi tal-Istat huma tal-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma jikkontestawx dan.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti, id-Deċiżjoni ma hijiex kontradittorja sa fejn hija tikklassifika lil FLH bħala min jibbenefika u min jagħti l-għajnuna simultanjament. Minn dan jirriżulta wkoll li l-argument li, peress li l-Kummissjoni qieset li investitur privat ma kienx jagħti garanziji lil DHL, FLH ma tistax titqies bħala imprenditur fis-suq, b’tali mod li hija ma tistax tkun benefiċjarja ta’ għajnuna, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1370"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit- trattament</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jallegaw li l-applikazzjoni f’dan il-każ tal-Linji gwida tal-2005 tikser il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività, ir-rikorrenti jsostnu qabel xejn li, għall-kuntrarju ta’ dak li hija ssostni, f’dan il-każ il-Kummissjoni applikat il-Linji gwida tal-2005. Dan jirriżulta mill-premessa 30 tad-Deċiżjoni kif ukoll min-natura kontradittorja, f’diversi aspetti tagħha, fir-rigward tar-riferimenti għal-Linji gwida tal-2005 (premessi 30, 174, 176 u 195).</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti mbagħad isostnu li l-Linji gwida tal-2005 ma setgħux jiġu applikati peress li d-data rilevanti sabiex jiġi evalwat l-għoti tal-kontribuzzjoni ta’ kapital hija qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Fil-fatt, huma jipprovdu li japplikaw għal għajnuna mogħtija wara l-pubblikazzjoni tagħhom, id-<DATE ISO="20051209">9 ta’ Diċembru 2005</DATE>, billi għaldaqstant jeskludu espressament il-possibbiltà ta’ applikazzjoni retroattiva. F’dan il-każ, kien wara deċizjoni tal-bord tad-diretturi ta’ MF, tal-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE>, li l-azzjonisti ta’ din tal-aħħar iddeċidew li jagħmlu disponibbli l-kontribuzzjoni ta’ kapital għad-dispożizzjoni ta’ FLH. Għaldaqstant din ingħatat lil FLH wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji gwida tal-2005, f’data fejn il-Komunikazzjoni tal-1994 biss kienet fis-seħħ. Konsegwentement, billi poġġiet il-kontribuzzjoni ta’ kapital taħt il-Linji gwida tal-2005, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1371"?><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jgħidu wkoll li, skont il-ġurisprudenza, leġiżlazzjoni ġdida li l-Istat Membru jsir jaf biha fl-istadju tal-abbozz, ma hijiex intiża sabiex tapplika b’mod retroattiv. Għaldaqstant, il-Linji gwida tal-2005, li emendaw il-kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, iktar minn sena wara l-għoti tagħha u li l-abbozz tagħhom ma ġiex ikkomunikat lill-Istati Membri ħlief diversi xhur wara li saret l-imsemmija kontribuzzjoni, jistgħu ħafna inqas ikollhom effett retroattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, ir-rikorrenti jsostnu li, waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, fl-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE>, ma kienx prevedibbli li l-Kummissjoni tbiddel l-evalwazzjoni tagħha, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, li tikkonċerna l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali. It-teżi li dan il-finanzjament jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat dehret biss fl-2005, jiġifieri wara l-għoti tal-kontribuzzjoni ta’ kapital. Fil-fatt, sa l-adozzjoni tal-Linji gwida tal-2005, ma kien hemm ebda prassi stabbilita tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward u kienet teżisti inċertezza legali kbira. Anki jekk jingħad li kienet teżisti prassi, l-awtoritajiet Ġermaniżi jew ir-rikorrenti ma setgħux isiru jafu bihom peress li d-deċiżjonijiet inkwistjoni, minn naħa, kienu jkunu ppubblikati biss fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni, iżda mhux fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra, ma kinux ikunu ppubblikati bil-Ġermaniż, u għaldaqstant ir-rikorrenti ma kinux jistgħu jifhmuhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti jqisu li l-bidla li saret fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE, ma kinitx prevedibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw li dan l-iżvilupp ma setax jiġi dedott mill-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni, mill-ġurisprudenza jew mill-istudju tal-2001. F’dan ir-rigward hija tenfasizza b’mod partikolari li, jekk il-ġurisprudenza ADP kellha l-intenzjoni li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri kollha meħuda fis-settur tal-ajruporti, il-Kummissjoni kellha, sa minn dan iż-żmien, tirrevoka l-Komunikazzjoni tal-1994 jew temendaha, sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali. Madankollu, dan ma kienx il-każ, b’tali mod li qabel id-Deċiżjoni, il-ġurisprudenza ma setgħetx tiġi interpretata fis-sens li l-bini tal-infrastrutturi reġjonali kien jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, iżda li l-prinċipji tal-Komunikazzjoni tal-1994 kienu jkomplu japplikaw. Għal dak li jirrigwarda l-fatt,<?PAGE NO="II-1372"?> imsemmi mill-Kummissjoni, li qabel l-adozzjoni tal-Linji gwida tal-2005 l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw miżuri li jikkonċernaw il-bini jew l-iżvilupp tal-ajruporti reġjonali (għajnuna mill-Istat N 644i/2002), ir-rikorrenti jirrispondu li l-Istati Membri jinnotifikaw regolarment miżuri minħabba raġunijiet ta’ ċertezza legali, anki meta huma jqisu li dawn ma jirrigwardawx għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, minn din in-notifika ma jistax jiġi dedott li, qabel l-impenn dwar il-finanzjament tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu jitilqu mill-prinċipju li seta’ jirrigwarda għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li peress li l-Linji gwida tal-2005 jirregolaw b’mod dettaljat l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħhom, billi l-Kummissjoni applikathom għal data qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, hija kisret il-kriterji ta’ eżami tagħhom stess, kriterji li hija obbligat ruħha li tosserva u li fuq l-osservanza tagħhom l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddependu. F’dan ir-rigward, fir-replika tagħhom huma jippreċiżaw li, billi l-kontribuzzjoni ta’ kapital ġiet suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat filwaqt li hija ma setgħetx tapplika l-Linji gwida tal-2005, il-Kummissjoni kisret il-Komunikazzjoni tal-1994 u għaldaqstant, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">patere legem quam ipse fecisti</HT>. Fil-fatt, il-Kummissjoni hija obbligata mil-linji gwida li tadotthom sakemm ma jmorrux kontra d-dritt primarju. Issa, fid-data tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni ta’ kapital, il-Komunikazzjoni tal-1994 ma kinitx tikser id-dritt primarju, billi l-ġurisprudenza ma teżiġix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri relattivi għall-infrastrutturi tal-ajruport, u dan kien ikkonfermat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ir-rikorrenti jsostnu li numru kbir ta’ ajruporti Ewropej ibbenefikaw minn għajnuna pubblika għall-bini u għal-iżvilupp ta’ infrastrutturi. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, FLH ma tistax tkun għaldaqstant l-unika waħda<?PAGE NO="II-1373"?> kkonċernata mill-bidla fil-politika tal-Kummissjoni, li tikkonsisti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività, għandu jiġi kkonstatat li, għal dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, l-ebda element tad-Deċiżjoni ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni applikat id-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dak li jikkonċerna l-ewwel nett, il-kriterju tal-impriża u tal-attività ekonomika, il-Kummissjoni rrilevat, fil-premessa 173 tad-Deċiżjoni, li mill-ġurisprudenza ADP jirriżulta li l-amministraturi tal-ajruporti jwettqu, bħala prinċipju, attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, li taqa’ fi ħdan id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fis-settur, il-Kummissjoni tqis, kif indikat fil-premessa 174 tad-Deċiżjoni, li sa mis-sena 2000, is-sena tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, punt 84 iktar ’il fuq, ma kienx hemm iktar lok, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 176 tad-Deċiżjoni, li minn wara din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat kellhom japplikaw għal dan is-settur, filwaqt li enfasizzat li dan ma kienx jikkostitwixxi applikazzjoni retroattiva tal-Linji gwida tal-2005, peress li din kienet biss kjarifika mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1374"?><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Dan l-approċċ għandu jiġi approvat peress li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija limitata biss sabiex tiċċara u tippreċiża t-tifsira u l-portata tagħha, kif kellha tinftiehem u tiġi applikata mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-289/03" PAGE.ECR="II-81" YEAR="2008">T-289/03, Ġabra p. II-81</REF.DOC.ECR>, punt 159, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kriterju tal-attività ekonomika, il-Kummissjoni setgħet timplementa, b’mod validu, il-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza ADP, billi tapplikhom għaċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, b’mod partikolari, f’dak li jitratta l-finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruport, u dan ma jikkostitwixxix applikazzjoni retroattiva tal-Linji gwida tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda premessa tad-Deċiżjoni dwar il-kriterji ta’ impriża u ta’ attività ekonomika ma tindika b’mod espliċitu, li l-Kummissjoni applikat b’mod retroattiv, il-Linji gwida tal-2005, fejn barra minn hekk, il-premessa 176 tindika espressament il-kuntrarju. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-riferiment għall-imsemmija linji gwida li jinsab fil-premessa 30 tad-Deċiżjoni jikkonċerna l-evalwazzjoni, matul l-eżami preliminari, tal-kompatibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ kapital mas-suq komuni u mhux il-klassifikazzjoni ta’ din bħala għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, id-dikjarazzjoni li tinsab fil-premessa 174 tad-Deċiżjoni li tgħid li, fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur tal-ajruporti, fil-Linji gwida tal-2005 tagħha, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>estendiet<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/> l-approċċ segwit fil-ġurisprudenza ADP għall-ajruporti ta’ kull tip, ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni applikat l-imsemmija linji gwida, billi din id-dikjarazzjoni fil-fatt tindika li dawn jikkodifikaw is-sitwazzjoni legali eżistenti sa mill-imsemmija ġurisprudenza, filwaqt li tispjega numru minn dawn l-implikazzjonijiet, b’mod partikolari għall-ajruporti reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Imbagħad, għal dak li jikkonċerna l-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku, id-Deċiżjoni ma tindikax li l-Linji gwida tal-2005 kienu ġew applikati. Għall-kuntrarju, hija tindika fil-premessa 195 tagħha, li l-applikar tal-prinċipju tal-investitur privat ma jirriżultax<?PAGE NO="II-1375"?> mil-Linji gwida tal-2005, iżda mill-iżvilupp tal-ġurisprudenza u ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u barra minn hekk, ir-rikorrenti ma jikkontestawx dan l-aspett tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-kriterji ta’ imputabbiltà lill-Istat, ta’ partikolarità, ta’ distorsjoni ta’ kompetizzjoni, u ta’ impatt fuq il-kummerċ, id-Deċiżjoni ma tinkludi ebda element li jindika li l-Kummissjoni applikat elementi relattivi għall-imsemmija kriterji li jinsabu fil-Linji gwida tal-2005, u barra minn hekk, ir-rikorrenti lanqas jallegaw dan.</TXT></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, il-Kummissjoni ma applikatx il-Linji gwida tal-2005. Għandu jingħad ukoll li peress li r-rikorrenti ma kkontestawx id-Deċiżjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ kapital mas-suq komuni, ma hemmx lok li jiġi eżaminat, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, jekk billi għamlet din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni applikatx b’mod retroattiv il-Linji gwida tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, l-ilment ibbażat fuq l-applikazzjoni retroattiva tal-Linji gwida tal-2005 għall-bini u għall-finanzjament tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ilmenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, peress li l-Kummissjoni ma applikatx il-Linji gwida tal-2005 fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, l-imsemmija lmenti għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, huma jibbażaw ruħhom fuq il-premessa żbaljata ta’ applikazzjoni retroattiva tal-imsemmija linji gwida.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1376"?><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dawn l-ilmenti jidhru infondati. Fil-fatt, il-ġurisprudenza ADP, li minnha jirriżulta li t-tħaddim ta’ ajruport jikkostitwixxi attività ekonomika, tmur lura għas-sena 2000. Barra minn hekk, is-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, punt 77 iktar ’il fuq, li kienet tikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ qabel il-Linji gwida tal-2005, ikkonfermat il-ġurisprudenza ADP fil-kuntest tat-tħaddim ta’ ajruport reġjonali. Barra minn hekk, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (2001) D/286839, tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat N 58/2000 (L-Italja – Promozzjoni tas-sistema tal-ajruporti ta’ Piemonte), jirriżulta li f’din id-data, il-Kummissjoni ma kinitx teskludi li miżura favur l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali tista’ possibbilment tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, f’din id-deċiżjoni, li għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti, kienet tikkonċerna wkoll il-finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti, il-Kummissjoni essenzjalment qieset, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 17, li jekk il-miżura inkwistjoni kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat, hija tkun kompatibbli mas-suq komuni bis-saħħa tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE. Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw, fis-sena 2002, l-għajnuna mill-Istat N 644i/2002, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali bħalma jsostnu r-rikorrenti (ara l-punt 153 hawn fuq), dan sar minħabba li huma raw il-possibblità li l-miżuri inkwistjoni, li kellhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura tal-ajruport reġjonali, setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura dwar l-imsemmija għajnuna, il-Kummissjoni essenzjalment indikat lill-awtoritajiet Ġermaniżi, fit-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE>, billi rreferiet għall-ġurisprudenza ADP, li ma kienx hemm ċertezza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-għajnuna għall-bini u għall-iżvilupp ta’ ajruporti reġjonali tista’ tkun [...] ikkunsidrata bħala miżura ġenerali dwar l-infrastrutturi rilevanti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanza, ir-rikorrenti huma żbaljati meta jsostnu li, fid-data tad-deċiżjoni dwar il-bini tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, f’Diċembru 2004, ma kienx prevedibbli li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali, jinbidlu. Dan japplika wkoll għall-allegazzjoni dwar il-fatt li t-teżi li l-finanzjament tal-bini tal-ajruporti reġjonali jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat dehret biss fl-2005, wara l-għoti tal-kontribuzzjoni ta’ kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ilmenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1377"?><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet u l-aħħar lok, tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu jiġi rrilevat li l-fatt li l-finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali jista’ possibbilment jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jikkonċerna lill-ajruporti kollha, sa mis-sena 2000, b’tali mod li FLH ma tistax titqies bħala l-unika operatriċi tal-ajruport ikkonċernat minn dan it-tibdil, bħalma jallegaw ir-rikorrenti. Il-fatt li qabel din id-data l-ajruporti bbenefikaw minn miżuri ta’ finanzjament, ma jimminax il-fatt li issa l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruporti kollha reġjonali jistgħu jiġu eżaminati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt primarju mil-Linji gwida tal-2005</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li l-Linji gwida tal-2005 jiksru d-dritt primarju għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1378"?><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Linji gwida tal-2005 ma humiex eżatti, peress li l-bini u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruporti ma jikkostitwixxux attività ekonomika. Għaldaqstant, huma jmorru kontra d-dritt primarju u ma jistgħux jikkostitwixxu bażi legali adatta għad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Linji gwida tal-2005 huma kontradittorji u, konsegwentement, jiksru l-prinċipji ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, il-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994, li jsemmi li t-twettiq ta’ proġetti ta’ infrastrutturi jikkostitwixxi miżura ta’ politika ekonomika ġenerali li l-Kummissjoni ma tistax tistħarreġ skont ir-regoli tat-trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, ma ġiex imħassar. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li jkun magħruf sa liema punt il-bini u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-ajruporti jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jenfasizzaw li, billi qieset li l-Linji gwida tal-2005 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jikkomplimentaw<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/> il-Komunikazzjoni tal-1994, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ma xtaqitx timmina l-prinċipju stabbilit f’din tal-aħħar, li barra minn hekk hija tirreferi għalih fil-Linji gwida tal-2005. Madankollu, il-Kummissjoni pproċediet biex timminah sa fejn il-Linji gwida tal-2005 japplikaw għall-attivitajiet tal-ajruport kollha, fejn fosthom jinsab il-bini tal-infrastrutturi. Barra minn hekk, dawn il-linji gwida jindikaw, b’kontradizzjoni mal-Komunikazzjoni tal-1994, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>meta operatur tal-ajruport iwettaq attività ekonomika […] huwa għandu jiffinanzja l-ispejjeż għall-użu jew għall-bini tal-infrastruttura li jamministra mir-riżorsi tiegħu stess<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]. Filwaqt li jirrelevaw li, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-ġurisprudenza ADP, ir-rikorrenti jfakkru li l-imsemmija ġurisprudenza ppreċiżat li t-tħaddim ta’ ajruport internazzjonali kbir jista’ jitqies bħala attività ekonomika, iżda ma tat l-ebda indikazzjoni dwar l-ajruporti reġjonali. Skont ir-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni donnha ma tixtieqx iktar teskludi l-bini ta’ infrastrutturi minn taħt l-istħarriġ tagħha, bħalma kien il-każ bis-saħħa tal-Komunikazzjoni tal-1994, il-Linji gwida tal-2005<?PAGE NO="II-1379"?> huma kontradittorji. Jekk il-Kummissjoni kienet tqis li l-miżuri ta’ finanzjament tal-bini jew tal-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, hija messha ħassret, b’mod espress, il-Komunikazzjoni tal-1994 u adottat waħda ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>177</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li l-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994 kien ġie injorat u annulat mil-Linji gwida tal-2005, ir-rikorrenti jqisu li dawn huma żbaljati. Fil-fatt, il-punti 18 u 19 tal-Linji gwida tal-2005 ma jiċċarawx b’mod espliċitu r-relazzjoni tagħhom mal-Komunikazzjoni tal-1994. Skont ir-rikorrenti, il-Linji gwida tal-2005 fihom konfużjoni, peress li minn naħa, huma ma jannullawx b’mod espliċitu l-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994 u, min-naħa l-oħra, jinjorawh. Din il-kontradizzjoni twassal sabiex il-Linji gwida tal-2005 ma jkunux applikabbli għall-finanzjamenti ta’ infrastrutturi u tikkonferma li huma jiksru l-Artikolu 87 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>178</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument li d-Deċiżjoni ma hijiex ibbażata fuq il-Linji gwida tal-2005, ir-rikorrenti jfakkru li l-Kummissjoni effettivament applikathom (ara l-punt 149 hawn fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>179</NO.P><TXT>L-ADV taqbel mal-osservazzjonijiet tar-rikorrenti. Fil-fehma tagħha, il-Linji gwida tal-2005 ma humiex applikabbli. F’dan ir-rigward hija ssostni li l-Kummissjoni ma tistax tiddetermina, f’linji gwida, l-elementi li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, f’dan il-każ, il-kunċett ta’ eżistenza ta’ attività ekonomika, bi ksur tad-dritt primarju.</TXT></NP><NP><NO.P>180</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonfuta l-argument tar-rikorrenti u tal-ADV.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1380"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>181</NO.P><TXT>Peress li, kif ġie rrilevat fil-kuntest tal-eżami tar-raba’ motiv, il-Kummissjoni ma applikatx il-Linji gwida tal-2005, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, għandu jiġi kkonstatat li dan il-motiv huwa ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>182</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ dan il-motiv, li huwa simili għal eċċezzjoni ta’ illegalità, ir-rikorrenti jsostnu, minn naħa, li l-Linji gwida tal-2005 ma humiex eżatti, peress li l-bini u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruporti ma jikkostitwixxux attività ekonomika u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija linji gwida huma kontradittorji u, konsegwentement, jiksru l-prinċipju ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali, għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjamenti ta’ infrastrutturi tal-ajruport. Issa, peress li f’dan ir-rigward, il-Linji gwida tal-2005 ma ġewx applikati f’dan il-każ, l-ilmenti esposti mir-rikorrenti li huma relatati magħhom huma ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>183</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq difett proċedurali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>184</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma applikatx il-proċedura adatta. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li, għal dak li jikkonċerna l-ajruporti reġjonali, bħal dak<?PAGE NO="II-1381"?> ta’ Leipzig-Halle, ma kienx jeżisti suq fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-iżvilupp tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar fl-2004. Dawn l-ajruporti ma kinux iwettqu attività ekonomika u ma kinux f’kompetizzjoni ma’ ajruporti oħrajn. Barra minn hekk, kieku l-ajruporti reġjonali f’dan il-mument jinsabu f’kompetizzjoni, li jeżisti suq u li d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat huma għaldaqstant applikati, dan jirriżulta fi kwalunkwe każ, fi żvilupp reċenti, bħalma tammetti l-Kummissjoni fil-Linji gwida tal-2005. Għaldaqstant, anki jekk jitqies li l-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din għandha fi kwalunkew każ, tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999. Konsegwentement, peress li l-Kummissjoni ma applikatx, f’dan il-każ, il-proċedura prevista mill-imsemmi regolament għall-għajnuna eżistenti, b’mod partikolari, fis-sens tal-Artikoli 17 sa 19, id-Deċiżjoni hija vvizzjata minn difett proċedurali.</TXT></NP><NP><NO.P>185</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Artikoli 17 sa 19 tar-Regolament Nru 659/1999 japplikaw biss għall-iskemi ta’ għajnuna u mhux għall-għajnuna individwali, fil-każ li tkun eżatta, din twassal għall-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex tistħarreġ il-miżura inkwistjoni f’dan il-każ. Fil-fatt, minn naħa, ma kinux jeżistu miżuri xierqa fis-sens tal-Artikolu 88(1) KE u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma kinitx awtorizzata sabiex tistħarreġ għajnuna individwali eżistenti skont ir-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>186</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li dan il-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>187</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li t-Trattat KE jintroduċi proċeduri distinti skont jekk l-għajnuna tkunx eżistenti jew ġdida. Filwaqt li l-għajnuna ġdida għandha, skont l-Artikolu 88(3) KE, tiġi nnotifikata bil-quddiem lill-Kummissjoni u ma tistax tiġi<?PAGE NO="II-1382"?> implementata qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali, l-għajnuna eżistenti tista’, skont l-Artikolu 88(1) KE, tiġi eżegwita b’mod regolari kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx ikkonstatat l-inkompatibbiltà tagħha (sentenza Banco Exterior de España, punt 128 iktar ’il fuq, punt 22, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20000615">15 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Alzetta <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-298/97+T-312/97+T-313/97+T-315/97+T-600/97+T-601/97+T-602/97+T-603/97+T-604/97+T-605/97+T-606/97+T-607/97+T-1/98+T-3/98+T-4/98+T-5/98+T-6/98+T-23/98" PAGE.ECR="II-2319" YEAR="2000">T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa T-607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Ġabra p. II-2319</REF.DOC.ECR>, punt 148). Għaldaqstant, l-għajnuna eżistenti tista’ biss tkun is-suġġett, jekk ikun il-każ, ta’ deċiżjoni ta’ inkompatibbiltà li toħloq effetti fil-ġejjieni (sentenza Alzetta <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 147).</TXT></NP><NP><NO.P>188</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999, għajnuna eżistenti hija kull għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>li jista’ jitwaqqaf li meta daħlet fis-seħħ ma kkostitwietx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-iżvilupp tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Memrbu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032"/>. Dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>evoluzzjoni [żvilupp] tas-suq komuni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/> jista’ jinftiehem bħala bidla fil-kuntest ekonomiku u ġuridiku fis-settur ikkonċernat mill-miżura inkwistjoni. Tali bidla tista’ b’mod partikolari, tirriżulta mil-liberalizzazzjoni ta’ suq inizjalment magħluq għall-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>189</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-premessi 174 u 176 tad-Deċiżjoni, fid-dawl tal-iżvilupp tas-settur tal-ajruporti u tal-ġurisprudenza ADP, il-Kummissjoni qieset li, mis-sena 2000, ma kienx hemm iktar lok, <HT TYPE="ITALIC">a priori,</HT> li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti. Barra minn hekk, mid-Deċiżjoni SG (2001) D/286839 (ara l-punt 167 hawn fuq) jirriżulta li l-Kummissjoni pprevediet, fl-2001, li l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Ġermaniżi wkoll ipprevedew din il-possibbiltà peress li fl-2002 huma nnotifikaw l-għajnuna mill-Istat N 644i/2002, fejn barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura dwar din l-għajnuna, il-Kummissjoni informat lill-imsemmija awtoritajiet, fl-2003, bid-dubji tagħha dwar il-possibbiltà li l-miżuri inkwistjoni jistgħu jikkostitwixxu miżura ta’ infrastrutturi ġenerali (ara l-punt 167 hawn fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1383"?><NP><NO.P>190</NO.P><TXT>Issa, il-kontribuzzjoni ta’ kapital ingħatat f’Novembru 2004, jiġifieri fi żmien meta l-Kummissjoni kienet diġà indikat li hija kienet tqis li tali finanzjament seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>191</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti li, fir-rigward tal-ajruporti bħal dak ta’ Leipzig-Halle, ma kienx jeżisti suq meta ġiet adottata d-deċiżjoni tal-iżvilupp tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar tal-ajruport, dawn l-ajruporti ma jwettqux attività ekonomika u peress li ma humiex f’kompetizzjoni bejniethom, huwa biżżejjed li jitfakkar li, fil-kuntest tal-ewwel motiv, ġie stabbilit li FLH twettaq attività ekonomika u li hija f’kompetizzjoni ma’ ajruporti oħrajn (ara l-punt 93 hawn fuq), u li jiġi kkonstatat li l-ebda prova ma tippermetti li jitqies li dan ma kienx il-każ meta ngħatat il-kontribuzzjoni ta’ kapital. Għal dak li jikkonċerna l-iżvilupp imsemmi mill-Kummissjoni fil-Linji gwida tal-2005, din tmur lura għal qabel id-deċiżjoni tal-iffinanzjar tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar fl-2004. Fil-fatt, fil-punt 5 ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tirreferi għal żvilupp li seħħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>dawn l-aħħar snin<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet diġà ssemmi dan l-iżvilupp fl-2001 fid-Deċiżjoni SG (2001) D/286839 tagħha, b’mod partikolari, fil-premessa 11.</TXT></NP><NP><NO.P>192</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li l-kontribuzzjoni ta’ kapital ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna fil-mument meta ngħatat, iżda li sar hekk wara minħabba l-iżvilupp tas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>193</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-kontribuzzjoni ta’ kapital ma kinitx għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>194</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, għalhemm huwa minnu li d-Deċiżjoni ma tirrispondix speċifikament l-argument li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu qajmu matul il-proċedura<?PAGE NO="II-1384"?> ta’ investigazzjoni formali, li jgħid li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti (premessa 70 tad-Deċiżjoni), xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-persuni kkonċernati, iżda huwa biżżejjed li l-fatti jiġu esposti u li l-kunsiderazzjonijiet legali jingħataw importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-349/03" PAGE.ECR="II-2197" YEAR="2005">T-349/03, Ġabra p. II-2197</REF.DOC.ECR>, punti 63 u 64, u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, id-Deċiżjoni tinkludi elementi neċessarji, b’mod partikolari, fil-premessi 174 sa 176, li jippermettu li jinftiehmu l-motivi li għalihom l-għajnuna ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>195</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tat-tqassim ta’ kompetenzi li jirriżulta mit-Trattat KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>196</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li, permezz tal-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ impriża, il-Kummissjoni tikser id-dritt primarju, peress li hija tissuġġetta għall-istħarrig ta’ għajnuna mill-Istat, miżuri tal-Istat li ma jaqgħux taħtu.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1385"?><NP><NO.P>197</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni injorat il-kompetenzi tal-Istati Membri. Fil-fatt, fir-rigard ta’ miżuri ta’ politika reġjonali u ekonomika, l-Istati Membri għandhom kompetenza esklużiva għal dak li jikkonċerna l-bini ta’ infrastrutturi, filwaqt li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kompetenza f’dan il-qasam. Issa, permezz tad-definizzjoni estensiva tal-kunċett ta’ impriża li tidher fil-Linji gwida tal-2005, il-Kummissjoni twaqqa’ tali miżuri taħt id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni, li għalihom ingħatat il-kompetenzi. B’dan il-mod, hija tagħti lilha nnifisha setgħa ta’ stħarriġ, li tippermettilha li tivverifika, u eventwalment li tiċħad, il-proġetti mwettqa mill-Istati Membri. Din is-setgħa hija anki ikbar minn dak tal-qrati amministrattivi Ġermaniżi. Għaldaqstant, billi ddefinixxiet il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, b’tali mod li daħlet fuq il-kompetenza tal-Istati, kif jirriżulta b’mod partikolari, mill-premessa 261 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Barra minn hekk, peress li hija ma hijiex f’pożizzjoni li tipprovdi stħarriġ aħjar fil-livell tal-Unjoni minn dak li jista’ jsir fil-livell nazzjonali, hija tikser ukoll l-Artikolu 5(2) KE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jippreċiżaw li l-garanzija ta’ aċċess mingħajr diskriminazzjoni tal-utenti għall-infrastrutturi ma jiġġustifikax l-istħarriġ tal-Kummissjoni. Fil-fatt, minn naħa, tali aċċess huwa żgurat permezz tal-obbligu ta’ servizz pubbliku, u min-naħa l-oħra, it-tariffi huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, wara konsultazzjoni mal-utenti u fl-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>198</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma tistax testendi, b’mod vinkolanti, il-kriterji tal-Artikolu 87(1) KE permezz tal-linji gwida. Fil-fatt, dawn huma miżuri xierqa, fis-sens tal-Artikolu 88(1) KE jew rakkomandazzjonijiet, fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 249 KE, li għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni. Issa, billi l-Linji gwida tal-2005 estendew il-kunċett ta’ impriża għall kull tip ta’ ajruport, hija eċċediet dan il-limitu u kisret l-Artikolu 88(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>199</NO.P><TXT>L-ADV taqbel mal-osservazzjonijiet tar-rikorrenti. Fil-fehma tagħha, it-tqassim tal-kompetenzi previst mid-dritt tal-Unjoni ma jippermettix li bini tal-infrastrutturi tal-ajruporti jiġi suġġett sistematikament għall-iskema ta’ għajnuna tal-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1386"?><NP><NO.P>200</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonfuta l-argument tar-rikorrenti u tal-ADV.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>201</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi enfasizzat li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(1) KE jeżiġi li kull istituzzjoni taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha bit-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>202</NO.P><TXT>Imbagħad għandu jitfakkar li billi, permezz tal-Artikolu 88 KE, it-Trattat KE jipprovdi għall-eżami kostanti u l-istħarriġ tal-għajnuna mill-Kummissjoni, l-intenzjoni tiegħu hija li r-rikonoxximent tal-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni ssir permezz ta’ proċedura xierqa li l-implementazzjoni tagħha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u li tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti Ġenerali jew mill-Qorti tal-Ġustizzja. B’hekk, l-Artikoli 87 KE u 88 KE jirriżervaw rwol ċentrali lil din tal-aħħar fir-rikonoxximent tal-inkompatibbiltà eventwali ta’ għajnuna (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/90" PAGE.ECR="I-5505" YEAR="1991">C-354/90, Ġabra p. I-5505</REF.DOC.ECR>, punti 9 u 14).</TXT></NP><NP><NO.P>203</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment li l-Kummissjoni injorat il-kompetenzi tal-Istati Membri, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv, ma twettaqx żball mill-Kummissjoni meta qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Konsegwentement, hija kellha s-setgħa li tisħarriġha skont l-Artikolu 87(2) u (3),<?PAGE NO="II-1387"?> f’konformita mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt preċedenti. Għaldaqstant, hija ma setgħetx tinjora l-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>204</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwada l-allegazzjoni li l-politika reġjonali u ekonomika, li jagħmel parti minnha l-iżvilupp tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar, jaqgħu esklużivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk dan kien il-każ, dan il-fatt ma jistax ikollu bħala konsegwenza li l-Kummissjoni tiċċaħħad mis-setgħa tagħha ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat li huma mogħti lilha mill-Artikoli 87 KE u 88 K, fil-każ fejn il-finanzjamenti mogħtija fil-kuntest tal-imsemmija politika jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>205</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-fatt li l-Kummissjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tipprovdi stħarriġ aħjar minn dak li jista’ jitwettaq fil-livell nazzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) KE, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ma huwiex rilevanti, peress li huwa stabbilit li, bis-saħħa tat-Trattat KE, il-Kummissjoni kellha s-setgħa tistħarreġ il-miżura inkwistjoni f’dan il-każ, billi tirrigwarda għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>206</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi miċħud l-ilment, espost fil-kuntest tat-tieni motiv, li jgħid li billi qieset li hija kompetenti sabiex tistħarreġ il-miżuri adottati mill-amministrazzjoni pubblika, il-Kummissjoni teċċedi l-kompetenzi mogħtija lilha, minħabba li l-Istati Membri huma liberi sabiex jiddeċiedu jekk l-infrastrutturi tagħhom għandhomx jiġu amministrati direttament minn awtorità pubblika jew minn impriża maħluqa għal dan il-għan.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1388"?><NP><NO.P>207</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma tistax testendi l-kriterji tal-Artikolu 87(1) KE permezz tal-linji gwida, huwa biżżejjed li jitfakkar li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma applikatx il-Linji gwida tal-2005 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>208</NO.P><TXT>Fi kwalunkew każ, għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti, linji gwida bħal dawn ma jikkostitwixxux miżuri xierqa fis-sens tal-Artikolu 88(1) KE. Fil-fatt, minn naħa, il-miżuri xierqa msemmija f’dan l-artikolu jirreferu għall-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp progressiv jew għall-funzjonament tas-suq komuni li l-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri fil-kuntest tal-eżami kostanti tal-iskemi kollha ta’ għajnuna eżistenti f’dawn l-Istati. Issa, f’dan il-każ, il-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna ġdida invidiwali u mhux skema ta’ għajnuna eżistenti. Min-naħa l-oħra, min-natura u mill-kontenut tagħhom jirriżulta ċarament li l-Linji gwida tal-2005 jikkostitwixxu, għall-Kummissjoni, att ta’ gwida għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-ajruporti, li permezz tiegħu hija llimitat hija stess din is-setgħa. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista’ timponi fuqha nnifisha gwidi għall-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali tagħha, permezz ta’ atti bħal linji gwida, sakemm dawn l-atti jinkludu regoli indikattivi fuq id-direzzjoni li għandha tiġi segwita minn din l-istituzzjoni u sakemm dawn ma jmorrux kontra r-regoli tat-Trattat KE. Meta l-Kummissjoni tadotta linji gwida intiżi sabiex jippreċiżaw, fl-osservanza tat-Trattat KE, il-kriterji li għandha l-intenzjoni li tapplika fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, minn dan jirriżuta limitazzjoni minnha nnifisha ta’ din is-setgħa peress li din timponi fuqha stess l-obbligu li tikkonforma mar-regoli indikattivi li hija tkun imponiet fuqha stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Kronofrance vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-27/02" PAGE.ECR="II-4177" YEAR="2004">T-27/02, Ġabra p. II-4177</REF.DOC.ECR>, punt 79, u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, kif essenzjalment jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv, xejn ma jippermetti li jitqies li, billi estendiet il-kunċett ta’ impriża lill-ajruporti kollha, inklużi dawk reġjonali, il-Kummissjoni eċċediet is-setgħa tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>209</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment għandu wkoll jiġi miċħud, kif ukoll konsegwentement, is-seba’ motiv fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1389"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq in-natura kontradittorja u fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-allegata għajnuna</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>210</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li d-Deċiżjoni hija kontradittorja. Fil-fatt, minn naħa, hija tiffissa l-ammont tal-allegata għajnuna għal EUR 350 miljun (Artikolu 1) u, min-naħa l-oħra, hija tindika li ċerti spejjeż, li jaqgħu taħt missjoni ta’ servizz pubbliku, stmati għal EUR 108.2 miljun, ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE (premessa 182 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Din il-kontradizzjoni twassal għal konsegwenzi legali serji għar-rikorrenti. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, huma għandhom iħallsu l-interessi fuq l-ammont tal-għajnuna għall-perijodu ta’ bejn l-għoti u l-awtorizzazzjoni tiegħu, fejn dan ma huwiex il-każ għall-rimbors tal-ispejjeż ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku. F’dan il-każ, id-differenza tammonta għal madwar EUR 25 miljun. Barra minn hekk, din il-kontradizzjoni tipprekludi li r-rikorrenti u l-assoċjati tagħhom jistgħu jikklassifikaw b’mod legalment korrett, il-finanzjamenti tal-infrastrutturi futuri, peress li, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikklassifika l-għajnuna mill-Istat bħala ħlas ta’ kumpens magħmul għal missjoni ta’ servizz pubbliku, li għaldaqstant tissuġġetahom għall-obbligu ta’ notifika.</TXT></NP><NP><NO.P>211</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li n-natura kontradittorja tad-Deċiżjoni għandha twassal għall-annullament tagħha, fejn tqum anki l-kwistjoni jekk din għandhiex titqies bħala legalment ineżistenti, minħabba s-serjetà tal-irregolarità tagħha. Barra minn hekk, huma jqisu li l-indikazzjonijiet kontradittorji tad-Deċiżjoni jikkostitwixxu żball ta’ motivazzjoni u għaldaqstant ksur tal-Artikolu 253 KE li għandu wkoll iwassal għall-annullament tagħha. Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti kif ukoll il-Land ta’ Sachsen u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw, abbażi tad-Deċiżjoni, liema parti tal-miżura inkwistjoni hija kklassifikata bħala għajnuna<?PAGE NO="II-1390"?> mill-Istat u liema parti hija kklassifikata bħala miżura ta’ kumpens li ma tikkostitwixxix tali għajnuna u, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma hijiex f’pożizzjoni li tagħmel l-istħarriġ tagħha minħabba n-natura kontradittorja tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>212</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Kummissjoni li setgħet tħalli miftuħa l-kwistjoni tal-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż li jaqgħu taħt il-missjoni ta’ servizz pubbliku, ir-rikorrenti jirrispondu li l-Kummissjoni stmat b’mod espress l-ammont tal-allegata għajnuna fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, iżda min-naħa l-oħra, hija ma naqsitx il-ħlasijiet ta’ kumpens li hija tirrikonoxxi li jeżistu. Konsegwentement, il-kwistjoni ta’ jekk ir-rikorrenti setgħux jistmaw l-ammont tal-allegata għajnuna ma hijiex importanti ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>213</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-ġurisprudenza li tgħid li huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tinkludi indikazzjonijiet li jippermettu lid-destinatarju tagħha li jistabbilixxi huwa stess l-ammont tal-għajnuna mingħajr diffikultajiet eċċessivi, ir-rikorrenti jsostnu li hija ma tippermettix li l-ilment ibbażat fuq in-natura kontradittorja tad-Deċiżjoni jiġi miċħud. Barra minn hekk, din il-ġurisprudenza tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet negattivi u mhux id-deċiżjonijiet pożittivi, b’tali mod li ma hijiex rilevanti. Fi kwalunkwe każ, hija toffri sostenn lill-argument tar-rikorrenti peress li d-Deċiżjoni ma tinkludix indikazzjonijiet li ma humiex kontradittorji li jippermettu lid-destinartarju tagħha jew lir-rikorrenti li jistabbilixxu l-ammont tal-għajnuna, mingħajr diffikultajiet eċċessivi. Konsegwentement, anki qorti nazzjonali ma tistax twettaq il-kompiti fdati lilha, iżda trid tieħu l-għajnuna tal-Kummissjoni. Madankollu, din il-possibblità ma tagħtix rimedju għan-natura kontradittorja tad-Deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>214</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument li l-ħlasijiet ta’ kumpens ġew invokati biss fi stadju avvanzat, dan ma jiġġustifikax l-adozzjoni ta’ deċiżjoni kontradittorja. Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti ma kellhom ebda influwenza f’dan ir-rigward u min-naħa l-oħra, l-informazzjoni inkwistjoni ġiet inkluża fil-fajl xhur qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni u għaldaqstant setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni. Anki jekk dawn l-argumenti ma ġewx ippreżentati ħlief ftit żmien qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni<?PAGE NO="II-1391"?> madankollu kienet obbligata li tmexxi l-proċedura bl-iktar mod xieraq u għaldaqstant, skont il-każ, li twettaq riċerki addizzjonali mingħajr ma tkun marbuta b’ebda terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>215</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-Kummissjoni ssostni li fid-Deċiżjoni hija setgħet tħalli sospiża l-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż li jaqgħu taħt il-missjonijiet ta’ servizz pubbliku, peress li din ma kinitx ser tinfluwenza r-riżultat tal-eżami tagħha. Għaldaqstant, tkun xi tkun il-parti ammissibbli tal-ispejjeż invokati mill-awtoritajiet Ġermaniżi għall-finanzjament tal-imsemmija missjonijiet, hija ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni kontra dan il-finanzjament. Konsegwentement, hija ma kellhiex għalfejn tiddetermina b’mod definittiv sa fejn dan il-finanzjament pubbliku ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jew kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat awtorizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>216</NO.P><TXT>Imbagħad, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma teżiġi li, meta tordna l-ħlas lura ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha titħallas lura. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tinkludi indikazzjonijiet li jippermettu li d-destinatarju tagħha jkun jista’ jiddetermina dan l-ammont hu stess, mingħajr diffikultajiet eċċessivi. Issa, jekk anki fil-każ ta’ għajnuna illegali, ma huwiex obbligatorju li l-ammont eżatt tal-għajnuna jkun indikat fid-deċiżjoni, tali rekwiżit ma jistax ikun impost fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>217</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma allegawx ħlief fi stadju avvanzat tal-proċedura li parti kunsiderevoli tal-finanzjament pubbliku kien intiż għat-twettiq tal-missjonijiet li jaqgħu taħt prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Għaldaqstant, analiżi kompleta tal-kalkolu tal-ispejjeż ippreżentati mill-imsemmija awtoritajiet kienet tittardja l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1392"?><NP><NO.P>218</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, skont il-ġurisprudenza, fil-każ ta’ għajnuna illegali li hija tawtorizza, qorti nazzjonali hija obbligata tordna l-ħlas tal-interessi għall-perijodu ta’ bejn l-għoti tal-għajnuna u l-awtorizzazzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Apparti dan, sabiex tkun tista’ twettaq dan il-kompitu, din il-qorti trid tkun tista’ tikkwantifika l-parti tal-għajnuna li hija illegali imma kompatibbli. Madankollu, f’tali każ, hija tkun tista’ tindirizza lill-Kummissjoni sabiex tikseb għajnuna min-naħa tagħha, skont il-prinċipju ta’ għajnuna reċiproka li joħroġ mill-Artikolu 10 KE u tirreferi għall-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1995" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="8">ĠU 1995, C 312, p. 8</REF.DOC.OJ>). Barra minn hekk, skont it-tqassim tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni previst mill-ġurisprudenza, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tindika l-kriterji rilevanti, bħalma għamlet fid-Deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, ma huwiex meħtieġ li hija tistabbilixxi fid-dettall, fid-deċiżjoni pożittiva tagħha, il-parti tal-għajnuna illegali iżda kompatibbli fis-somma totali mogħtija, jew anki li tiffissa l-ammont tal-interessi li jridu jiġu rkuprati minħabba l-għoti prematur tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>219</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Deċiżjoni ma hijiex kontradittorja, billi l-Kummissjoni tista’ sempliċement tiddikjara l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija, jiġifieri EUR 350 miljun, kompatibbli mas-suq komuni, mingħajr ma jkollha għalfejn tiddetermina, b’mod definittiv, sa fejn ċerti partijiet minn dan l-ammont għandu jitqiesu bħala li ma jikkostitwixxux għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>220</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tgħid ukoll li, meta d-dispożittiv tad-Deċiżjoni jiġi interpretat fid-dawl tal-premessi tagħha, huwa evidenti li hija awtorizzat għajnuna fl-ammont massimu ta’ EUR 350 miljun għall-iżvilupp tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar. Meta d-Deċiżjoni tinqara kompletament, ma jibqa’ ebda dubju għal dak li jirrigwarda l-kontenut tad-dispożittiv. Għaldaqstant, id-diffikultajiet esperjenzati mir-rikorrenti ma jikkonċernawx l-interpretazzoni tad-Deċiżjoni, iżda l-kwistjoni ta’ jekk, fil-kuntest ta’ proċeduri eventwali quddiem il-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni jkollhiex tikkwantifika b’mod preċiż il-parti tal-kontribuzzjoni li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Issa, il-Kummissjoni tiċħad tali ipoteżi, minħabba t-tqassim tal-kompiti<?PAGE NO="II-1393"?> bejn il-qorti tal-Unjoni u l-qorti nazzjonali kif ukoll il-ġurisprudenza li tgħid li, anki fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, hija ma hijiex obbligata li tikkwantifika l-ammont tal-għajnuna li trid tingħata lura.</TXT></NP><NP><NO.P>221</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hija eżaminat il-kwalità ta’ impriża ta’ FLH u għaldaqstant, l-applikabbiltà tal-Artikolu 87(1) KE u li hija rreferiet għall-applikabbiltà tat-test tal-investitur privat, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument li r-rikorrenti ma għamlux disponibbli l-informazzjoni korrispondenti qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Kieku hija indirizzat din il-kwistjoni f’dan l-istadju tal-proċedura, dan kien iwassal għal dewmien fil-proċedura. Għal dak li jirrigwarda l-kumment li hija ma hijiex marbuta b’termini vinkolanti, il-Kummissjoni tenfasizza li, fil-prinċipju, hija tipprova tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>222</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li kontradizzjoni fil-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur tal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 253 KE, tali li jaffettwa l-validità tal-att inkwistjoni jekk ikun stabbilit li, minħabba din il-kontradizzjoni, id-destinatarju tal-att ma huwiex f’pożizzjoni li jifhem, kompletament jew parzjalment, il-motivi veri tad-deċiżjoni u li, minħabba dan, id-dispożittiv tal-att huwa, kompletament jew parzjalment, nieqes minn kull sostenn ġuridiku (sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, Kish Glass vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-65/96" PAGE.ECR="II-1885" YEAR="2000">T-65/96, Ġabra p. II-1885</REF.DOC.ECR>, punt 85).</TXT></NP><NP><NO.P>223</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dispożittiv ta’ att biss jista’ jipproduċi effetti legali vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, TWD vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-355/95 P" PAGE.ECR="I-2549" YEAR="1997">C-355/95 P, Ġabra p. I-2549</REF.DOC.ECR>, punt 21, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20021120">20 ta’ Novembru 2002</DATE>, Lagardère u Canal+ vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-251/00" PAGE.ECR="II-4825" YEAR="2002">T-251/00, Ġabra p. II-4825</REF.DOC.ECR>, punt 67).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1394"?><NP><NO.P>224</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, l-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ EUR 350 miljun li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-bini ta’ runway ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar u ta’ infrastrutturi tal-ajruport konnessi hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>225</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fil-premessa 12 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni indikat li, meta fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hija kkalkolat li l-bini tar-runway il-ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar, li kien jirrappreżenta s-somma ta’ EUR 350 miljun, kien ser ikun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni ta’ kapital pubbliku. Barra minn hekk, wara li fil-premessa 180 tad-Deċiżjoni hija fakkret li l-finanzjament ta’ funzjonijiet li jagħmlu parti mill-missjonijiet tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, jew ta’ infrastrutturi marbuta magħhom ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fil-premessa 182 tad-Deċiżjoni l-Kummissjoni rrikonoxxiet li, f’dan il-każ, ċerti spejjeż jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-missjonijiet pubbliċi. Dawn l-ispejjeż huma marbuta ma’ funzjonijiet għas-sigurtà u tal-pulizija, ma’ miżuri għall-protezzjoni minn ħruq u għas-sigurtà pubblika, mas-sigurtà marbuta mal-operat, mas-servizzi meteoroloġiċi Ġermaniżi u mal-istituzzjoni Ġermaniża għall-kontroll tat-traffiku fl-ajru. Għaldaqstant, fil-premessa 183 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sakemm dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-missjonijiet pubbliċi, l-ispejjeż inkwistjoni ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. F’dan ir-rigward hija qieset li, anki fil-każ li hija ssegwi l-argument tal-awtoritajiet Ġermaniżi li l-ispejjeż ma jistgħu, fl-ebda każ, jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, din l-evalwazzjoni ma taffettwa bl-ebda mod, il-kwistjoni ta’ dan il-każ u li, anki jekk dawn l-ispejjeż kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dik tkun għajnuna awtorizzata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li ma kienx neċessarju li din il-kwistjoni tiġi deċiża b’mod definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>226</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li fil-premessi 182 u 183 tad-Deċiżjoni hija ammettiet li ċerti spejjeż involuti fil-kontribuzzjoni ta’ kapital jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-missjonijiet pubbliċi u għaldaqstant ma setgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni,<?PAGE NO="II-1395"?> il-Kummissjoni madankollu qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet kollha kemm hi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>227</NO.P><TXT>Huwa minnu li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma teżiġi li, meta tordna l-ħlas lura ta’ għajnuna li ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tingħata lura. Huwa biżżejjed illi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lid-destinatarju tagħha jiddetermina dan l-ammont huwa stess, mingħajr diffikultà eċċessiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19880713">13 ta’ Lulju 1988</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="102/87" PAGE.ECR="I-4067" YEAR="1988">102/87, Ġabra p. I-4067</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>228</NO.P><TXT>Madankollu, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk tali prinċipju japplikax ukoll meta l-Kummissjoni tiddikjara għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, għandu jitqies li, fil-każ fejn hija tiddeċiedi li tindika l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, fid-dispożittiv ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tindika l-ammont eżatt tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>229</NO.P><TXT>Il-preċiżjoni tal-ammont ta’ għajnuna illegali indikat mill-Kummissjoni fid-dispożittiv ta’ deċiżjoni finali li tikkonstata l-kompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq komuni, fis-sens tal-Artikolu 87 KE hija ħafna iktar importanti meta jista’ jkollha konsegwenza fuq l-ammont tal-interessi li l-benefiċjarju jista’ jkun mitlub li jħallas. Fil-fatt, skont id-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali eventwalment adita hija obbligata li tordna lill-benefiċjarju tal-għajnuna li jħallas l-interessi għall-perijodu tal-illegalità (sentenza CELF, punt 60 iktar ’il fuq, punt 55). Issa, l-ammont ta’ dawn l-interessi jiddependi, b’mod partikolari, mill-ammont tal-għajnuna mill-Istat bħala tali. Fil-fatt, huwa abbażi tal-ammont totali tal-għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u mhux fuq dak tal-unika parti tal-ammont tal-għajnuna illegali kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni li għandhom jiġu kkalkolati l-interessi inkwistjoni. Barra minn hekk, f’dan il-każ, matul is-seduta r-rikorrenti indikaw li kien abbażi tal-ammont kollu kemm hu ta’ EUR 350 miljun, indikat fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, li huma ħallsu l-interessi għall-perijodu ta’ illegalità.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1396"?><NP><NO.P>230</NO.P><TXT>Madankollu, l-ammont tal-għajnuna mill-Istat imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni jidher żbaljat fid-dawl tar-raġunijiet li jinsabu fil-premessi 182 u 183, peress li, kif ġie rrilevat, minn dawn tal-aħħar jirriżulta li s-somom li jkopru l-missjonijiet ta’ servizzi pubbliċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u għaldaqstant kellhom jiġu mnaqqsa mill-ammont totali tal-kontribuzzjoni ta’ kapital, jiġifieri EUR 350 miljun, ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>231</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma allegawx ħlief fi stadju avvanzat tal-proċedura li parti kunsiderevoli tal-finanzjament pubbliku kien intiż għat-twettiq ta’ missjonijiet li jaqgħu taħt il-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, minn naħa, mill-premessa 183 tad-Deċiżjoni jirriżulta b’mod espliċitu li l-Kummissjoni deliberatament qieset li ma kienx hemm iktar lok li tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-finanzjament ta’ ċerti spejjeż setax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, minħabba li, jekk dan jittieħed li huwa l-każ, dan ikun għajnuna awtorizzata. Min-naħa l-oħra, hija ma invokatx il-komunikazzjoni tardiva tal-informazzjoni. Minn naħa, bħalma rrilevaw ir-rikorrenti u kif jirriżulta mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999, meta jkun hemm għajnuna illegali, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma għandha tkun marbuta bl-ebda terminu imperattiv jew indikattiv għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>232</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li, billi interpretat id-dispożittiv tad-Deċiżjoni fid-dawl tal-premessi tagħha, huwa evidenti li hija awtorizzat għajnuna fl-ammont massimu ta’ EUR 350 miljun għall-iżvilupp tar-runway fid-direzzjoni tan-nofsinhar. Fil-fatt, kif jirriżulta minn dak li ntqal, il-kwistjoni rilevanti għal dan il-każ ma hijiex li jsir magħruf l-ammont tal-għajnuna kompatibbli, iżda l-ammont tal-għajnuna, bħala tali. Issa, meta l-premessi 182 u 183, kif ukoll l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni jinqraw flimkien, jidher li hemm kontradizzjoni, irrilevata fil-punt 226 hawn fuq, tali li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qieset li d-Deċiżjoni ma kienet tħalli ebda dubju għal dak li jirrigwarda l-kontenut tad-dispożittiv tagħha. Fi kwalunkwe każ, peress li d-dispożittiv tad-Deċiżjoni huwa ċar u mhux ekwivoku sa fejn jiffissa l-ammont tal-għajnuna inkwistjoni għal EUR 350 miljun, ma hemmx lok li l-imsemmi dispożittiv jiġi interpretat fid-dawl tal-motivi tad-Deċiżjoni. Fil-fatt, huwa biss fil-każ ta’ nuqqas ta’ kjarezza tat-termini użati fid-dispożittiv ta’ deċiżjoni li dan għandu jiġi interpertat billi jsir riferiment għall-motivi tad-deċiżjoni (sentenza<?PAGE NO="II-1397"?> tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Ventouris vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-59/99" PAGE.ECR="II-5257" YEAR="2003">T-59/99, Ġabra p. II-5257</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>233</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni għandu jiġi annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-bini ta’ runway ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar u ta’ infrastrutturi tal-ajruport konnessi, għal EUR 350 miljun.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>234</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li l-Qorti Ġenerali tista’ taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq kap jew iktar kapi, jew għal motivi eċċezzjonali. Fl-aħħar nett, skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, minn naħa, l-Istati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, u min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li parti intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>235</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li r-rikorrenti fil-Kawża T-443/08 tilfu, għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għall-ispejjeż kif mitluba mill-Kummissjoni f’din il-kawża.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1398"?><NP><NO.P>236</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti fil-Kawża T-455/08 tilfu parzjalment, il-Qorti Ġenerali tqis li tkun saret evalwazzjoni ġusta tal-fatti tal-kawża billi jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>237</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ADV u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fil-Kawżi T-443/08 u T-455/08.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kawżi T-443/08 u T-455/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors fil-Kawża T-443/08 huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle, huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-bini ta’ runway ġdida fid-direzzjoni tan-nofsinhar u ta’ infrastrutturi tal-ajruport konnessi, għal EUR 350 miljun.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-1399"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-455/08 huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Freistaat Sachsen u l-Land ta’ Sachsen-Anhalt huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-443/08.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">7)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-Kawża T-455/08.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">8)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti fil-Kawżi T-443/08 u T-455/08.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Martins Ribeiro</P><P>Papasavvas</P><P>Dittrich</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="II-1400"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1321</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-deċiżjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1324</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li ġraw wara d-Deċiżjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1326</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1327</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>It-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1329</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1330</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1330</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1334</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1343</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1344</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1344</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1350</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq li FLH ma tistax tkun benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1361</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1361</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1363</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-impossibbiltŕ li FLH tiġi kklassifikata simultanjament bħala min jagħti u min jibbenefika mill-għajnuna mill-Istat</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1366</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1366</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1367</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><?PAGE NO="II-1401"?><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattivitŕ, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit- trattament</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1370</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1370</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1373</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt primarju mil-Linji gwida tal-2005</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1377</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1377</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1380</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq difett proċedurali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1380</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1380</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1381</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tat-tqassim ta’ kompetenzi li jirriżulta mit-Trattat KE</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1384</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1384</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1386</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq in-natura kontradittorja u fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-allegata għajnuna</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1389</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>L-argumenti tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1389</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1393</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>II - 1397</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>