Official Journal L 058 , 05/03/1981 P. 0039 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0015
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0015
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 1981 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina approvata għall-għanijiet ta' l-importazzjoni ta' ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta' solipedi domestiċi fil-Komunità (81/91/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa u spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1] u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) (a) u (b) tagħha, Billi stabbilimenti f'pajjiżi li mhumiex membri ma jistgħux jiġu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lill-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti fid-Direttiva 72/462/KEE; Billi l-Arġentina bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta' stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità; Billi spezzjonijiet tal-Komunità fuq il-post urew li l-livelli ta' iġjene ta' ħafna minn dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għalhekk jistgħu jiġu mdaħħla fl-ewwel lista, imfassla skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija, ta' stabbilimenti li minnhom tista’ tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta' laħam frisk; Billi l-każ ta' l-istabbilimenti l-oħra proposti mill-Arġentina jrid jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-informazzjoni addizzjonali dwar il-livelli ta' iġjene tagħhom u l-abilità tagħhom li jadattaw malajr għall-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità; Billi sadattant u biex tiġi evitata xi interruzzjoni ħesrem ta' negozju eżistenti, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament biex ikomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta' laħam frisk lejn dawk l-Istati Membri li jkunu lesti biex jaċċettawhom; Billi għalhekk ikun meħtieġ li jerġgħu jiġu eżaminati u, jekk hemm bżonn, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-passi meħuda għal dan il-għan u l-iżviluppi li jkunu saru; Billi wieħed irid jiftakar li l-importazzjonijiet ta' laħam frisk huma wkoll suġġetti għal leġislazzjoni veterinarja oħra tal-Komunità, partikolarment fir-rigward ta' ħtiġijiet għall-ħarsien tas-saħħa, inklużi d-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit; Billi l-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista annessa ma’ din id-Deċiżjoni jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità preskritti band oħra u d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, partikolarment, l-importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri u l-esportazzjoni mill-ġdid lejn Stati Membri oħra ta' ċerti kategoriji ta' laħam, bħal laħam li jiżen anqas minn 3 kilogrammi, jew laħam li fih residwi ta' ċerti sustanzi li mhumiex koperti minn regoli speċjali armonizzati, jibqgħu suġġetti għall-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-Istat Membru li qed jimporta; Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-istabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina elenkati fl-Anness huma b'dan approvati għall-għanijiet ta' l-importazzjoni ta' ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta' solipedi domestiċi fil-Komunità. 2. Importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità preskritti banda oħra, u partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ħtiġijiet dwar il-ħarsien tas-saħħa. Artikolu 2 1. Stati Membri għandhom jipprojbixxu importazzjonijiet tal-kategoriji msemmija hawn fuq ta' laħam frisk imsemmi f'Artikolu 1(1) li jkunu ġejjin minn stabbilimenti minbarra dawk elenkati fl-Anness. 2. Din il-projbizzjoni, iżda, ma tapplikax sal-31 ta' Awissu 1981 għal stabbilimenti li mhumiex elenkati fl-Anness imma li jkunu ġew uffiċjalment approvati u proposti mill-awtoritajiet Arġentini mill-1 ta' Settembru 1980, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, sakemm ma titteħidx deċiżjoni kuntrarja, skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija hawn fuq, qabel l-1 ta' Settembru 1981. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista ta' dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1981. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha riġi riveduta, u jekk meħtieġ emendate, qabel l-1 ta' Lulju 1981. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Jannar 1981. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. -------------------------------------------------- ANNESS LISTA TA' STABBILIMENTI I. LAĦAM TAL-BOVINI A. Biċċerija u bini fejn isir it-tqattigħ Stabbiliment numru | Indirizz | 8 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-cuatrenos, Daniel Cerri — Buenos Aires | 9 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-yuqueri, Concordia — Entre Ríos, | 13 | Cia Swift de la Plata S. A., Rosario — Santa Fe | 15 | Frigorífico Colón S. A., Colón –Entre Ríos | 16 | Frigorífico regional Santa Elena S. A., Santa Elena — Entre Ríos | 20 | S. A. Frigorífico Monte Grande Ltda, Monte Grande — Buenos Aires | 89 | Frigorífico Carcarana S. A. C. I, Carcarana — Santa Fe | 249 | Industrias frigoríficas Nelson S. A. C. I. A, Nelson — Santa Fe | 1113 | La Morocha S. A. A. I. C. F., Villa Mercedes — San Luis | 1333 | Frigorífico argentino San Antonio — Pasa, Paraná — Entre Ríos | 1344 | Vizental y Cia S. A. C. I. A., Ramirez — Entre Ríos | 1352 | Frigorífico Meatex Ciafiiesa, Alejandro Korn — Buenos Aires | 1373 | Frigorífico el Gentenario S. A., Venado Tuerto — Santa Fe | 1383 | Barreca Hnos, Vivorata — Buenos Aires | 1399 | Frigorífico regional industria argentina S. A. I. C. — Fria, Casilda — Santa Fe | 1404 | Pedro Hnos S. A. I. C. I. F. A., Monte Chingolo — Buenos Aires | 1408 | Subpga S. A. C. I. E. I., Berazategui — Buenos Aires | 1905 | Frigorífico Yagunne SACIFA, Gonzales Catan — Buenos Aires | 1918 | Cocarsa Cia de carneceros S. A. I. C. A. I., San Fernando — Buenos Aires | 1920 | Frigorífico rioplatense S. A. I. C. I. F., General Pacheco — Buenos Aires | 1921 | San Telmo S. A. C. I. A. F. I. F., Mar del Plata — Buenos Aires | 1930 | Vizental y Cia S. A. C. I. A., San José — Entre Ríos | 1970 | Frigorífico regional industrias alimenticias reconquista S. A., Reconquista — Santa Fe | 1984 | Matadero y Frigorífico regional de Azul S. A. G. I. C., Azul — buenos Aires | 1989 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Rosario — Santa Fe | 2012 | Frigorífico el Duranzillo IFCA, S. A. I. F. C. A., Río Segundo — Cordóba | 2019 | Abastecedora delfino S. A. C. I., Tres Lomas — Buenos Aires | 2052 | Matadero y Frigorífico Antártico S. A. I. C., Gonzales Catan — Buenos Aires | 2064 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Bahía Blanca — Buenos Aires | 2065 | Frigorífico mediterraneos SAICIFA, Pajas Blancas | 2067 | Cia elaboranda de productos animales S. A. I. C. A. G. T., Ponteverda — Buenos Aires | 2072 | Frigorífico ganadero S. A. C. I., A F. I. G. M. S., Curuzu Cuatia — Corrientes | 2080 | Caucan S. A., Ezeiza — Buenos Aires | B. Bini fejn isir it-tqattigħ Stabbiliment numru | Indirizz | 273 | Frigorífico guardia nacional S. A., Guardia Nacional — 1166, Cap. Federal | 1122 | Frigorífico Lafayette S. A. I. C. A. G., Lafayette 1740 — Cap. Federal | 1311 | Frymat S. A. I. C. F. A., Buenos Aires 3680 — Santa Fe | 1920 a | Frigorífico rioplatense S. A. I. C. I. F., General Pacheco — Buenos Aires | II. LAĦAM TAN-NAGĦAĠ Biċċeriji u bini fejn isir it- tqattigħ Stabbiliment numru | Indirizz | 8 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-cuatrenos, Daniel Cerri — Buenos Aires | 9 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-yuqueri, Concordia — Entre Ríos, | 14 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Rio Grande, Tierra del fuego | 97 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Pto. deseado — Santa Cruz | 1352 | Frigorífico Meatex Ciafiisa, Alejandro Korn — Buenos Aires | 1408 | Subpga S. A. C. I. E. I, Berazateugi — Buenos Aires | 2006 | Vizental y Cia S. A. C. I. A, General Pico — La Pampa | 2044 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Comodoro Rivadavía — Chubut | 2062 | Finexcor, Pernal — Buenos Aires | 2072 | Frigorífico ganadero S. A. C. I. A., F. I. G. M. S., Curuzu Cuatia — Corrientes | III. LAĦAM TAŻ-ŻIEMEL Biċċerija u bini fejn isir it-tqattigħ Stabbiliment numru | Indirizz | 1400 | Frigorífico Juchco SCA, Gialeguay — Entre Ríos | 1451 | Lamar SRI, Mercedes — Buenos Aires | IV. MĦAŻEN TAL-FRIŻA Stabbiliment numru | Indirizz | 152 | Cornalfri, Pilar — Buenos Aires | 267 | Frymat S. A. C. I. F. A., Santa Fe | 308 | Frigorífico americano de morris Neremberg Ltda S. A. Boulogne sur mer, 260/2 Cap. Federal | 391 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Avellaneda — Buenos Aires | 1326 | Establecimiento azul SRI, Azul — Buenos Aires | 1838 | Guaicos S. A. I. I. F., Osvaldo Cruz 3047 — Cap. Federal | --------------------------------------------------